Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0643

    Deċiżjoni (UE) 2015/643 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' April 2015 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2014/016 IE/Lufthansa Technik, ippreżentata mill-Irlanda)

    ĠU L 106, 24.4.2015, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/643/oj

    24.4.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 106/27


    DEĊIŻJONI (UE) 2015/643 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-15 ta' April 2015

    dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2014/016 IE/Lufthansa Technik, ippreżentata mill-Irlanda)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari Punt 13 tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit biex isostni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lil persuni li jaħdmu għal rashom li jkunu temmew l-attività tagħhom b'riżultat ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, b'riżultat ta' kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), jew b'riżultat ta' kriżi ekonomika u finanzjarja globali ġdida, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

    (2)

    L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (4) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG f'ammont massimu annwali ta' EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011).

    (3)

    Fid-19 ta' Settembru 2014, l-Irlanda ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tal-għoti tas-sensji f'Lufthansa Technik Airmotive Ireland Ltd. u f'żewġ sussidjarji tagħha fl-Irlanda, u ssupplimentatha b'informazzjoni addizzjonali kif previst fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

    (4)

    Għalhekk, il-FEG għandu jiġi mmobbilizzat sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja li tammonta għal EUR 2 490 758 għall-applikazzjoni mressqa mill-Irlanda,

    ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 490 758 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussel, il-15 ta' April 2015.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    M. SCHULZ

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

    (2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


    Top