Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1257

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1257/2014 tal- 24 ta' Novembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 337, 25.11.2014, p. 53–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R1009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1257/oj

    25.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 337/53

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1257/2014

    tal-24 ta' Novembru 2014

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-fertilizzanti bl-iskop li jiġu adattati l-Annessi I u IV

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(1) u (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-imluħ tal-potassju greġġi huma materjali miksuba mir-riżorsi naturali permezz tax-xogħol fil-minjieri. Għall-prodotti naturali bħal dawn, ir-rekwiżiti għall-kontenut nutrittiv minimu stipulati fl-entrata 1 tat-Tabella A.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 ġew stabbiliti bi qbil ma' prassi industrijali tajba. Madankollu, billi l-grad tal-potassju minerali qed jonqos b'mod naturali, il-produtturi qed jiltaqgħu ma' diffikultajiet dejjem akbar biex jikkonformaw mal-limiti attwali, u dan jipperikola l-provvista kontinwa tal-fertilizzanti miksuba mill-imluħ tal-potassju greġġ lill-bdiewa professjonali. Għalhekk, dawn il-limiti għandhom jitnaqqsu kemxejn bl-emendar tal-entrata 1 tat-Tabella A.3 ta' dak l-Anness, sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jkomplu jbiegħu l-prodott tagħhom fis-suq bħala “fertilizzant KE”. Din l-emenda tqis li l-valuri ta' limitu riveduti, jiġifieri kemxejn iktar baxxi, jippermettu wkoll li ssir fertilizzazzjoni effiċjenti u, għalhekk, jistgħu jitqiesu bħala progress tekniku bi qbil mal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003.

    (2)

    It-3,4-dimetil-1H-pirażol fosfat (minn hawn 'il quddiem “DMPP”) huwa inibitur tan-nitrifikazzjoni tajjeb għall-użu mal-fertilizzanti tan-nitroġenu komuni (solidi jew likwidi). Id-DMPP inaqqas ir-riskju li n-nitroġenu jiġi rilaxxat fil-ħamrija u fl-atmosfera u, għalhekk, ittejjeb l-effiċjenza fl-użu tan-nitroġenu.

    (3)

    Ir-reazzjoni tat-taħlita tal-N-butil-tijofosforiku-triammid u l-N-propil-tijofosforiku-triammid (minn hawn 'il quddiem “NBPT/NPPT”) hija inibitur tal-ureażi. L-NBPT/NPPT inaqqas ir-riskju li n-nitroġenu jintilef fil-forma ta' emissjonijiet tal-ammonja wara l-applikazzjoni ta' fertilizzanti li fihom l-urea u b'hekk ittejjeb l-effiċjenza fl-użu tan-nitroġenu.

    (4)

    Sabiex dawn isiru aktar disponibbli għall-bdiewa madwar l-Unjoni, id-DMPP u l-NBPT/NPPT għandhom jiżdiedu mal-listi tal-inibituri tan-nitrifikazzjoni u tal-ureażi awtorizzati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 skont l-Artikolu 31(1) tar- Regolament (KE) Nru 2003/2003.

    (5)

    Il-fertilizzanti sempliċi, solidi jew fluwidi, abbażi tal-urea formaldeid, kif ukoll il-fertilizzanti NPK, NP u NK solidi li fihom l-urea formaldeid, huma elenkati bħala tipi ta' fertilizzant fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003.Għalkemm il-kondensati tal-urea formaldeid huma stabbli f'soluzzjoni u f'sospensjoni, il-fertilizzanti NPK, NP u NK likwidi li fihom l-urea formaldeid għadhom mhux elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 bħala tip ta' prodott individwali. Billi l-interess fil-kummerċjalizzazzjoni tal-fertilizzanti NPK, NP u NK likwidi li fihom ċertu ammont ta' urea formaldeid bħala sors tan-nitroġenu qiegħed kull ma jmur jikber, l-urea formaldeid għandu jkun permess fil-preparazzjoni tal-fertilizzanti NPK, NP u NK likwidi. Għalhekk, għandhom jiżdiedu sitt deżinjazzjonijiet tat-tip ġodda mat-Tabella C.2 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.

    (6)

    Minbarra li jiġu inkluzi d-DMPP u l-NBPT/NPPT fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, għandhom jiġu miżjuda l-metodi analitiċi li għandhom jiġu applikati għall-kontroll uffiċjali ta' dawn il-fertilizzanti mal-Anness IV ta' dak ir-Regolament.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Sabiex jiġi żgurat li l-metodu għall-analiżi tal-NBPT/NPPT, li bħalissa qed jiġi vvalidat, jiġi ppubblikat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni qabel iż-żieda tal-NBPT/NPPT mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 u l-metodu analitiku l-ġdid għal dak it-tip ta' fertilizzant fl-Anness IV tiegħu, l-applikazzjoni għandha tkun differita fir-rigward ta' dawk l-emendi.

    (9)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    L-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Anness I, il-punt (4) u l-Anness II, il-punt (2), għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER

    (1)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.

    ANNESS I

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fit-Tabella A.3, l-entrata 1 fit-tabella tinbidel b'dan li ġej:

    “1

    Melħ tal-potassju greġġ

    Prodott miksub mill-imluħ tal-potassju greġgi

    9 % K2O

    Potassju espress bħala K2O li jinħall fl-ilma

    2 % MgO

    Manjeżju fl-għamla ta' mluħ li jinħallu fl-ilma, espress bħala ossidu tal-manjeżju

    Jistgħu jiżdiedu l-ismijiet kummerċjali tas-soltu

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    Ossidu tal-manjeżju li jinħall fl-ilma

    Ossidu tas-sodju totali

    Il-kontenut tal-klorur għandu jiġi ddikjarat”

    (2)

    It-Tabella C.2 hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrati C.2.2 sa C.2.8 jinbidlu b'dan li ġej:

    “C.2.2

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Soluzzjoni tal-fertilizzant NPK li fih l-urea formaldeid

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott jinkiseb b'mod kimiku u billi jinħall fl-ilma, f'forma stabbli fi pressjoni atmosferika, mingħajr iż-żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali u li fih l-urea formaldeid

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total 15 % (N + P2O5 + K2O)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti:

    5 % N, mill-anqas 25 % mill-kontenut iddikjarat tan-nitroġenu totali għandu jkun ġej min-nitroġenu tal-forma (5)

    3 % P2O5

    3 % K2O

    Kontenut massimu ta' bjuret: (N ureiku+ urea formaldeid N) × 0,026

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti — Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Nitroġenu nitriku

    (3)

    Nitroġenu ammoniaku

    (4)

    Nitroġenu ureiku

    (5)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    P2O5 li jinħall fl-ilma

    K2O li jinħall fl-ilma

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Jekk kwalunkwe waħda mill-forom tan-nitroġenu (2), (3) u (4) tammonta għal mhux inqas minn 1 % tal-piż, dan għandu jiġi ddikjarat

    (3)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    (4)

    Jekk il-kontenut ta' bjuret ikun inqas minn 0,2 %, tista' tiżdied il-frażi ‘kontenut baxx ta' bjuret’

    P2O5 li jinħall fl-ilma

    (1)

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    (2)

    Il-frażi ‘kontenut baxx ta' klorur’ tista' tintuża biss meta l-kontenut ta' Cl ma jkunx iktar minn 2 %

    (3)

    Il-kontenut ta' klorur jista' jiġi ddikjarat

    C.2.3

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Sospensjoni tal-fertilizzant NPK

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Prodott fil-forma likwida, li fih in-nutrijenti nkisbu minn sustanzi kemm f'soluzzjoni kif ukoll f'sospensjoni fl-ilma, mingħajr żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total: 20 %, (N + P2O5 + K2O)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti: 3 % N, 4 % P2O5, 4 % K2O

    Kontenut massimu ta' bjuret: N ureiku × 0,026

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti — Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Nitroġenu nitriku

    (3)

    Nitroġenu ammoniaku

    (4)

    Nitroġenu ureiku

    (1)

    P2O5 li jinħall fl-ilma

    (2)

    P2O5 li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali

    (3)

    P2O5 li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u l-ilma

    K2O li jinħall fl-ilma

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Jekk kwalunkwe waħda mill-forom tan-nitroġenu (2), (3) u (4) tammonta għal mhux inqas minn 1 % tal-piż, dan għandu jiġi ddikjarat

    (3)

    Jekk il-kontenut ta' bjuret ikun inqas minn 0,2 %, tista' tiżdied il-frażi ‘kontenut baxx ta' bjuret’

    Il-fertilizzanti ma għandux ikun fihom gagazza Thomas, fosfat tal-kalċju-aluminju, fosfati kalċinati, fosfati parzjalment solubilizzati jew fosfati tal-blat

    (1)

    Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma jkun inqas minn 2 %, għandha tiġi ddikjarata solubilità ta' 2 biss

    (2)

    Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma jkun mill-inqas 2 %, għandhom jiġu ddikjarati solubilità ta' 3 u l-kontenut tal-P2O5 li jinħall fl-ilma

    (1)

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    (2)

    Il-frażi ‘kontenut baxx ta' klorur’ tista' tintuża biss meta l-kontenut ta' Cl ma jkunx iktar minn 2 %

    (3)

    Il-kontenut ta' klorur jista' jiġi ddikjarat

    C.2.4

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Sospensjoni tal-fertilizzant NPK li fih il-formaldeid tal-urea

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott f'forma likwida, li fih in-nutrijenti nkisbu minn sustanzi f'soluzzjoni kif ukoll f'sospensjoni fl-ilma, mingħajr żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali, u li fih il-urea formaldeid

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total 20 % (N + P2O5 + K2O)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti:

    5 % N, mill-anqas 25 % mill-kontenut iddikjarat tan-nitroġenu totali għandu jkun ġej min-nitroġenu tal-forma (5)

    Mill-inqas 3/5 tal-kontenut iddikjarat tan-nitroġenu (5) għandu jkun jinħall fil-misħun

    4 % P2O5

    4 % K2O

    Kontenut massimu ta' bjuret: (N ureiku + N mill-urea formaldeid) × 0,026

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti — Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Nitroġenu nitriku

    (3)

    Nitroġenu ammoniaku

    (4)

    Nitroġenu ureiku

    (5)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    (1)

    P2O5 li jinħall fl-ilma

    (2)

    P2O5 li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali

    (3)

    P2O5 li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u fl-ilma

    K2O li jinħall fl-ilma

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Jekk kwalunkwe waħda mill-forom tan-nitroġenu (2), (3) u (4) tammonta għal mhux inqas minn 1 % tal-piż, dan għandu jiġi ddikjarat

    (3)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    (4)

    Jekk il-kontenut ta' bjuret ikun inqas minn 0,2 %, tista' tiżdied il-frażi ‘kontenut baxx ta' bjuret’

    Il-fertilizzanti ma għandux ikun fihom gagazza Thomas, fosfat tal-kalċju-aluminju, fosfati kalċinati, fosfati parzjalment solubilizzati jew fosfati tal-blat

    (1)

    Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma jkun inqas minn 2 %, għandha tiġi ddikjarata solubilità ta' (2) biss

    (2)

    Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma jkun mill-inqas 2 %, għandhom jiġu ddikjarati solubilità ta' (3) u l-kontenut tal-P2O5 li jinħall fl-ilma

    (1)

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    (2)

    Il-frażi ‘kontenut baxx ta' klorur’ tista' tintuża biss meta l-kontenut ta' Cl ma jkunx iktar minn 2 %

    (3)

    Il-kontenut tal-klorur jista' jiġi ddikjarat

    C.2.5

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Soluzzjoni tal-fertilizzant NP

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott jinkiseb b'mod kimiku u billi jinħall fl-ilma, f'forma stabbli fi pressjoni atmosferika, mingħajr iż-żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total: 18 %, (N + P2O5)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti: 3 % N, 5 % P2O5

    C.2.6

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Soluzzjoni tal-fertilizzant NP li fih l-urea formaldeid

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott jinkiseb b'mod kimiku u billi jinħall fl-ilma, f'forma stabbli fi pressjoni atmosferika, mingħajr iż-żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali, u li fih l-urea formaldeid

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total 18 % (N + P2O5)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti:

    5 % N, mill-anqas 25 % mill-kontenut iddikjarat tan-nitroġenu totali għandu jkun ġej min-nitroġenu tal-forma (5)

    5 % P2O5

    Kontenut massimu ta' bjuret: (N ureiku + N mill-urea formaldeid) × 0,026

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti — Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Nitroġenu nitriku

    (3)

    Nitroġenu ammoniaku

    (4)

    Nitroġenu ureiku

    (5)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    P2O5 li jinħall fl-ilma

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Jekk kwalunkwe waħda mill-forom tan-nitroġenu (2), (3) u (4) tammonta għal mhux inqas minn 1 % tal-piż, dan għandu jiġi ddikjarat

    (3)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    (4)

    Jekk il-kontenut ta' bjuret ikun inqas minn 0,2 %, tista' tiżdied il-frażi ‘kontenut baxx ta' bjuret’

    P2O5 li jinħall fl-ilma

    C.2.7

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Sospensjoni tal-fertilizzant NP

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott f'forma likwida, li fih in-nutrijenti nkisbu minn sustanzi f'soluzzjoni kif ukoll f'sospensjoni fl-ilma, mingħajr żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total: 18 %, (N + P2O5)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti: 3 % N, 5 % P2O5

    Kontenut massimu ta' bjuret: N ureiku × 0,026

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti. Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Nitroġenu nitriku

    (3)

    Nitroġenu ammoniaku

    (4)

    Nitroġenu ureiku

    (1)

    P2O5 li jinħall fl-ilma

    (2)

    P2O5 li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali

    (3)

    P2O5 li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u l-ilma

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Jekk kwalunkwe waħda mill-forom tan-nitroġenu (2), (3) u (4) tammonta għal mhux inqas minn 1 % tal-piż, dan għandu jiġi ddikjarat

    (3)

    Jekk il-kontenut ta' bjuret ikun inqas minn 0,2 %, tista' tiżdied il-frażi ‘kontenut baxx ta' bjuret’

    Il-fertilizzanti ma għandux ikun fihom gagazza Thomas, fosfat tal-kalċju-aluminju, fosfati kalċinati, fosfati parzjalment solubilizzati jew fosfati tal-blat

    (1)

    Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma jkun inqas minn 2 %, għandha tiġi ddikjarata solubilità ta' (2) biss

    (2)

    Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma jkun mill-inqas 2 %, għandhom jiġu ddikjarati solubilità ta' (3) u l-kontenut tal-P2O5 li jinħall fl-ilma

    C.2.8

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Sospensjoni tal-fertilizzant NP li fih il-urea formaldeid

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott f'forma likwida, li fih in-nutrijenti nkisbu minn sustanzi f'soluzzjoni kif ukoll f'sospensjoni fl-ilma, mingħajr żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali, u li fih il-urea formaldeid

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total 18 % (N + P2O5)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti:

    5 % N, mill-anqas 25 % mill-kontenut iddikjarat tan-nitroġenu totali għandu jkun ġej min-nitroġenu tal-forma (5)

    Mill-inqas 3/5 tal-kontenut iddikjarat tan-nitroġenu (5) għandu jkun jinħall fil-misħun

    5 % P2O5

    Kontenut massimu ta' bjuret: (N ureiku + N mill-urea formaldeid) × 0,026

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti — Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Nitroġenu nitriku

    (3)

    Nitroġenu ammoniaku

    (4)

    Nitroġenu ureiku

    (5)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    (1)

    P2O5 li jinħall fl-ilma

    (2)

    P2O5 li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali

    (3)

    P2O5 li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u fl-ilma

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Jekk kwalunkwe waħda mill-forom tan-nitroġenu (2), (3) jew (4) tammonta għal mhux inqas minn 1 % skont il-piż, dan għandu jiġi ddikjarat.

    (3)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    (4)

    Jekk il-kontenut ta' bjuret ikun inqas minn 0,2 %, tista' tiżdied il-frażi ‘kontenut baxx ta' bjuret’

    Il-fertilizzanti ma għandux ikun fihom gagazza Thomas, fosfat tal-kalċju-aluminju, fosfati kalċinati, fosfati parzjalment solubilizzati jew fosfati tal-blat

    (1)

    Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma jkun inqas minn 2 %, għandha tiġi ddikjarata solubilità ta' (2) biss

    (2)

    Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma jkun mill-inqas 2 %, għandhom jiġu ddikjarati solubilità ta' (3) u l-kontenut tal-P2O5 li jinħall fl-ilma”

    (b)

    jizdiedu l-entrati C.2.9 sa C.2.14 li ġejjin:

    “C.2.9

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Soluzzjoni tal-fertilizzant NK

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott jinkiseb b'mod kimiku u billi jinħall fl-ilma, f'forma stabbli fi pressjoni atmosferika, mingħajr iż-żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total: 15 % (N + K2O)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti: 3 % N, 5 % K2O

    Kontenut massimu ta' bjuret: N ureiku × 0,026

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti — Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Nitroġenu nitriku

    (3)

    Nitroġenu ammoniaku

    (4)

    Nitroġenu ureiku

    K2O li jinħall fl-ilma

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Jekk kwalunkwe waħda mill-forom tan-nitroġenu (2), (3) u (4) tammonta għal mhux inqas minn 1 % tal-piż, dan għandu jiġi ddikjarat

    (3)

    Jekk il-kontenut ta' bjuret ikun inqas minn 0,2 %, tista' tiżdied il-frażi ‘kontenut baxx ta' bjuret’

    (1)

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    (2)

    Il-frażi 'kontenut baxx ta' klorur' tista' tintuża biss meta l-kontenut ta' Cl ma jkunx iktar minn 2 %

    (3)

    Il-kontenut tal-klorur jista' jiġi ddikjarat

    C.2.10

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Soluzzjoni tal-fertilizzant NK li fiha l-urea formaldeid

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott jinkiseb b'mod kimiku u billi jinħall fl-ilma, f'forma stabbli fi pressjoni atmosferika, mingħajr iż-żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali, u li fih l-urea formaldeid

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total 15 % (N + K2O)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti:

    5 % N, mill-anqas 25 % mill-kontenut iddikjarat tan-nitroġenu totali għandu jkun ġej min-nitroġenu tal-forma (5)

    5 % K2O

    Kontenut massimu ta' bjuret: (N ureiku + N mill-urea formaldeid) × 0,026

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti — Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Nitroġenu nitriku

    (3)

    Nitroġenu ammoniaku

    (4)

    Nitroġenu ureiku

    (5)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    K2O li jinħall fl-ilma

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Jekk kwalunkwe waħda mill-forom tan-nitroġenu (2), (3) u (4) tammonta għal mhux inqas minn 1 % tal-piż, dan għandu jiġi ddikjarat

    (3)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    (4)

    Jekk il-kontenut ta' bjuret ikun inqas minn 0,2 %, tista' tiżdied il-frażi ‘kontenut baxx ta' bjuret’

    (1)

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    (2)

    Il-frażi ‘kontenut baxx ta' klorur’ tista' tintuża biss meta l-kontenut ta' Cl ma jkunx iktar minn 2 %

    (3)

    Il-kontenut tal-klorur jista' jiġi ddikjarat

    C.2.11

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Sospensjoni tal-fertilizzant NK

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott f'forma likwida, li fih in-nutrijenti nkisbu minn sustanzi f'soluzzjoni kif ukoll f'sospensjoni fl-ilma, mingħajr żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total: 18 % (N + K2O)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti: 3 % N, 5 % K2O

    Kontenut massimu ta' bjuret: N ureiku × 0,026

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti — Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Nitroġenu nitriku

    (3)

    Nitroġenu ammoniaku

    (4)

    Nitroġenu ureiku

    K2O li jinħall fl-ilma

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Jekk kwalunkwe waħda mill-forom tan-nitroġenu (2), (3) u (4) tammonta għal mhux inqas minn 1 % tal-piż, dan għandu jiġi ddikjarat

    (3)

    Jekk il-kontenut ta' bjuret ikun inqas minn 0,2 %, tista' tiżdied il-frażi ‘kontenut baxx ta' bjuret’

    (1)

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    (2)

    Il-frażi ‘kontenut baxx ta' klorur’ tista' tintuża biss meta l-kontenut ta' Cl ma jkunx iktar minn 2 %

    (3)

    Il-kontenut tal-klorur jista' jiġi ddikjarat

    C.2.12

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Sospensjoni tal-fertilizzant NK li fih il-urea formaldeid

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott f'forma likwida, li fih in-nutrijenti nkisbu minn sustanzi f'soluzzjoni kif ukoll f'sospensjoni fl-ilma, mingħajr żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali, u li fih il-urea formaldeid

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total 18 % (N + K2O)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti:

    5 % N, mill-anqas 25 % mill-kontenut iddikjarat tan-nitroġenu totali għandu jkun ġej min-nitroġenu tal-forma (5)

    Mill-inqas 3/5 tal-kontenut iddikjarat tan-nitroġenu (5) għandu jkun jinħall fil-misħun

    5 % K2O

    Kontenut massimu ta' bjuret: (N ureiku + N mill-urea formaldeid) × 0,026

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti — Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Nitroġenu nitriku

    (3)

    Nitroġenu ammoniaku

    (4)

    Nitroġenu ureiku

    (5)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    K2O li jinħall fl-ilma

    (1)

    Nitroġenu totali

    (2)

    Jekk kwalunkwe waħda mill-forom tan-nitroġenu (2), (3) u (4) tammonta għal mhux inqas minn 1 % tal-piż, dan għandu jiġi ddikjarat

    (3)

    Nitroġenu mill-urea formaldeid

    (4)

    Jekk il-kontenut ta' bjuret ikun inqas minn 0,2 %, tista' tiżdied il-frażi ‘kontenut baxx ta' bjuret’

    (1)

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    (2)

    Il-frażi ‘kontenut baxx ta' klorur’ tista' tintuża biss meta l-kontenut ta' Cl ma jkunx iktar minn 2 %

    (3)

    Il-kontenut tal-klorur jista' jiġi ddikjarat

    C.2.13

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Soluzzjoni tal-fertilizzant PK

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott jinkiseb b'mod kimiku u billi jinħall fl-ilma, mingħajr iż-żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġni mill-annimali jew veġetali

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total: 18 % (P2O5 + K2O)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti: 5 % P2O5, 5 % K2O

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti — Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    P2O5 li jinħall fl-ilma

    K2O li jinħall fl-ilma

    P2O5 li jinħall fl-ilma

    (1)

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    (2)

    Il-frażi ‘kontenut baxx ta' klorur’ tista' tintuża biss meta l-kontenut ta' Cl ma jkunx iktar minn 2 %

    (3)

    Il-kontenut tal-klorur jista' jiġi ddikjarat

    C.2.14

    Deżinjazzjoni tat-tip:

    Sospensjoni tal-fertilizzant PK

    Dejta dwar il-metodu tal-produzzjoni:

    Il-prodott f'forma likwida, li fih in-nutrijenti nkisbu minn sustanzi f'soluzzjoni kif ukoll f'sospensjoni fl-ilma, mingħajr żieda ta' nutrijenti organiċi ta' oriġini mill-annimali jew veġetali

    Kontenut minimu ta' nutrijenti (perċentwal skont il-piż) u rekwiżiti oħra:

    Total: 18 % (P2O5 + K2O)

    Għal kull wieħed min-nutrijenti: 5 % P2O5, 5 % K2O

    Il-forom, is-solubilitajiet u l-kontenut tan-nutrijenti għandhom jiġu ddikjarati kif speċifikat fil-kolonni 4, 5 u 6 — Daqs tal-partikola

    Dejta għall-identifikazzjoni tal-fertilizzanti — Rekwiżiti oħra

    N

    P2O5

    K2O

    N

    P2O5

    K2O

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    (1)

    P2O5 li jinħall fl-ilma

    (2)

    P2O5 li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali

    (3)

    P2O5 li jinħall fiċ-ċitrat tal-ammonju newtrali u l-ilma

    K2O li jinħall fl-ilma

    Il-fertilizzanti ma għandux ikun fihom gagazza Thomas, fosfat tal-kalċju-aluminju, fosfati kalċinati, fosfati parzjalment solubilizzati jew fosfati tal-blat

    (1)

    Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma jkun inqas minn 2 %, għandha tiġi ddikjarata solubilità ta' (2) biss

    (2)

    Jekk il-P2O5 li jinħall fl-ilma jkun mill-inqas 2 %, għandhom jiġu ddikjarati solubilità ta' (3) u l-kontenut tal-P2O5 li jinħall fl-ilma

    (1)

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    (2)

    Il-frażi ‘kontenut baxx ta' klorur’ tista' tintuża biss meta l-kontenut ta' Cl ma jkunx iktar minn 2 %

    (3)

    Il-kontenut tal-klorur jista' jiġi ddikjarat”

    (3)

    fit-Tabella F.1 tiddaħħal l-entrata 4 li ġejja:

    “4

    3,4-dimetil-1H-pirażol fosfat (DMPP)

    Nru KE 424-640-9

    Minimu: 0,8

    Massimu: 1,6”

    (4)

    fit-Tabella F.2 tiddaħħal l-entrata 3 li ġejja:

    “3

    It-taħlita tar-reazzjoni tal-N-butil-tijofosforiku-triammid (NBPT) u l-N-propil-tijofosforiku-triammid (NPPT) (proporzjon 3:1 (1))

    Nru KE 700-457-2

    Minimu: 0,02

    Massimu: 0,3”

    (1)  It-tolleranza tal-porzjon tal-N-propil-tijofosforiku-triammid (NPPT): 20 %.

    ANNESS II

    Fl-Anness IV, it-Taqsima B, tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, jiżdiedu l-metodi li ġejjin:

    “Metodu 12.6

    Kalkolu tad-DMPP

    EN 16328: Fertilizzanti — Kalkolu tat-3,4-dimetil-1H-pirażol fosfat (DMPP) — Metodu li juża l-kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC)

    Lil dan il-metodu ta' analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.

    Metodu 12.7

    Kalkolu tal-NBPT/NPPT

    EN 16651: Fertilizzanti — Kalkolu tal-N-(n-Butil)aċidu tijofosforiku-triammid (NBPT) u l-N-(n-Propil)aċidu tijofosforiku-triammid (NPPT) — Il-metodu li jinvolvi l-użu tal-kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja (HPLC)

    Lil dan il-metodu ta' analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

    Top