This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0795
Regulation of the European Central Bank (EU) No 795/2014 of 3 July 2014 on oversight requirements for systemically important payment systems (ECB/2014/28)
Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 tat- 3 ta' Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28)
Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 795/2014 tat- 3 ta' Lulju 2014 dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (BĊE/2014/28)
ĠU L 217, 23.7.2014, p. 16–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 25/05/2021
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014R0795R(01) | (ET) | |||
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 2 punt 42 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 2 punt 18a | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt 18 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 2 punt 14 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 21a | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 2 punt 44 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 17 paragrafu 2 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 4 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 21b | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 22 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 2 punt 40 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 16 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 4 paragrafu 7a | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 21 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 5 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 3 L | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 17 paragrafu 1 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 15 paragrafu 1a | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 1 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 13 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 24 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 3 punt (ii) | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 2 punt 43 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 3a | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 7 L 2 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 4 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 15 paragrafu 4a | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 6 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Żieda | artikolu 2 punt 41 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 2 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32017R2094 | Sostituzzjoni | artikolu 23 | 06/12/2017 | |
Modified by | 32021R0728 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 5 | 25/05/2021 | |
Modified by | 32021R0728 | Sostituzzjoni | artikolu 21 paragrafu 2 | 25/05/2021 | |
Modified by | 32021R0728 | Żieda | artikolu 2c | 25/05/2021 | |
Modified by | 32021R0728 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 2 | 25/05/2021 | |
Modified by | 32021R0728 | Żieda | artikolu 2a | 25/05/2021 | |
Modified by | 32021R0728 | Żieda | artikolu 2b | 25/05/2021 | |
Modified by | 32021R0728 | Żieda | artikolu 2d | 25/05/2021 | |
Modified by | 32021R0728 | Sostituzzjoni | artikolu 22 paragrafu 6 | 25/05/2021 | |
Modified by | 32021R0728 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 3b | 25/05/2021 | |
Modified by | 32021R0728 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 3a | 25/05/2021 | |
Modified by | 32021R0728 | Żieda | artikolu 1 paragrafu 3-a | 25/05/2021 |
23.7.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 217/16 |
REGOLAMENT TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW (UE) Nru 795/2014
tat-3 ta' Lulju 2014
dwar ir-rekwiżiti ta' sorveljanza għal sistemi ta' ħlas sistemikament importanti
(BĊE/2014/28)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, partikolarment l-Artikolu 3.1, l-Artikolu 22 u l-ewwel inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-raba' inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat u r-raba' inċiż tal-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) jagħtu s-setgħa lill-Eurosistema sabiex tippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' ħlas. |
(2) |
L-Eurosistema tippromwovi l-operat bla xkiel tas-sistemi ta' ħlas, inter alia, billi twettaq sorveljanza. |
(3) |
F'Jannar 2001, l-Eurosistema adottat il-Prinċipji Ewlenin għas-Sistemi ta' Ħlas Sistemikament Importanti żviluppati mill-Kumitat dwar is-Sistemi ta' Ħlas u Saldu (CPSS) tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS) bħala ħtiġijiet minimi għas-sistemi ta' ħlas sistemikament importanti (SIPS) (1). |
(4) |
F'April 2012, il-Prinċipji Ewlenin għas-Sistemi ta' Ħlas Sistemikament Importanti ġew issostitwiti mill-prinċipji għall-infrastruttura tas-suq finanzjarju tas-CPSS u l-Kumitat Tekniku tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) (minn hawn 'il quddiem “il-prinċipji tas-CPSS-IOSCO”) (2), li jarmonizzaw u jsaħħu l-istandards għas-sorveljanza internazzjonali eżistenti għal, inter alia, is-SIPS. |
(5) |
Skont il-prinċipji tas-CPSS-IOSCO, is-SIPS għandhom ikunu suġġetti għal sorveljanza effettiva, bi kriterji żvelati pubblikament u ddefiniti b'mod ċar, minħabba l-potenzjal tagħhom li jqanqlu riskji sistemiċi jekk jiġu protetti b'mod insuffiċjenti kontra r-riskji li għalihom ikunu esposti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom setgħat u riżorsi suffiċjenti biex jissodisfaw il-kompiti rispettivi tagħhom, inkluż it-teħid ta' azzjoni korrettiva. Is-CPSS-IOSCO jirrakkomandaw l-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji bl-iktar mod sħiħ li jippermettu l-oqfsa regolatorji u legali nazzjonali. |
(6) |
Għalhekk, u sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza u s-sodizza tas-SIPS, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) iddeċieda li jimplimenta l-prinċipji tas-CPSS-IOSCO permezz ta' regolament. L-awtoritajiet f'pajjiżi differenti huma mistennija wkoll li b'mod simili jintroduċu u japplikaw il-prinċipji tas-CPSS-IOSCO fil-qafas reogalotorju u legali nazzjonali bl-iktar mod sħiħ li jippermetti qafas bħal dan. |
(7) |
Dan ir-Regolament ikopri s-SIPS, inkluż kemm is-sistemi ta' ħlas ta' valur għoli kif ukoll is-sistemi ta' ħlas bl-imnut ta' importanza sistemika. Dan japplika għas-sistemi ta' ħlas operati kemm mill-banek ċentrali kif ukoll minn operaturi privati. Il-prinċipji tas-CPSS-IOSCO jirrikonoxxu li hemm każijiet eċċezzjonali fejn dawn huma applikati b'mod differenti għas-sistemi ta' ħlas operati minn banek ċentrali minħabba r-rekwiżiti stipulati fil-liġi, regolament jew politika relevanti. L-Eurosistema għandha objettiviobjettivi ta' politika pubblika, responsabbiltajiet u struttura istituzzjonali kif iddefiniti fit-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ li jfisser li s-SIPS tal-Eurosistema jistgħu jiġu eżentati minn diversi rekwiżiti taħt dan ir-Regolament. F'dan l-isfond, is-SIPS tal-Eurosistema għandhom jiġu eżentati minn rekwiżiti speċifiċi dwar il-governanza, il-pjanijiet ta' stralċ, l-ekwità u l-assi likwidi, li jkopru l-istess oqsma bħar-rekwiżiti rispettiviadottati formalment mill-Kunsill Governattiv. Dawn l-eżenzjonijiet huma speċifikati f'bosta dispożizzjonijiet tar-Regolament. |
(8) |
Taħt il-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (3) TARGET2 għandha struttura diċentralizzata li torbot flimkien numru ta' sistemi ta' ħlas. Is-sistemi komponenti tat-TARGET2 huma armonizzati sal-ogħla grad possibbli b'ċerti eċċezzjonijiet fil-każ ta' restrizzjonijiet tal-liġi nazzjonali. TARGET2 hija kkaratterizzata wkoll minn pjattaforma teknika unika msejħa l-Pjattaforma Komuni Unika. Il-Kunsill Governattiv għandu l-kompetenza finali fir-rigward ta' TARGET2 u jissalvagwardja l-funzjoni pubblika tiegħu: dan l-arranġament ta' governanza huwa rifless fis-sorveljanza ta' TARGET2. |
(9) |
L-effiċjenza u s-sodizza tas-SIPS jeħtieġu konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli u li din topera taħt regoli, proċeduri u kuntratti ċari. Il-konformità mal-liġi tirreferi għas-sistemi legali tal-pajjiżi kollha li fihom joperaw l-operatur ta' SIPS jew il-parteċipanti tagħha. |
(10) |
L-effiċjenza u s-sodizza tas-SIPS jiddependu wkoll miċ-ċarezza u l-adegwatezza tal-arranġamenti ta' governanza tagħha, li għandhom jiġu dokumentati b'mod ċar. |
(11) |
Qafas sod u li jevolvi biex jimmaniġġja b'mod komprensiv ir-riskji legali, ta' kreditu, ta' likwidità, operazzjonali, tan-negozju ġenerali, tal-kustodja, tal-investiment u riskji oħra huwa essenzjali għall-identifikazzjoni, il-kejl, l-immonitorjar u l-immaniġjar tal-firxa sħiħa ta' riskji li jirriżultaw fi jew huma mġarrba minn operatur ta' SIPS. Dan japplika wkoll għas-sodizza u r-reżiljenza tal-qafas ta' regoli u proċeduri ta' operatur ta' SIPS dwar l-inadempjenza tal-parteċipant u pjanijiet tal-kontinwità għan-negozju. |
(12) |
It-tnaqqis tar-riskju sistemiku jirrikjedi, inter alia, finalità ta' saldu. L-Unjoni adottat id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 1998 dwar finalità ta' settlement fis-sistemi ta' settlement ta' ħlas u titoli (4). Id-Direttiva 98/26/KE teħtieġ li r-regoli għas-sistemi speċifikati taħtha jiddefinixxu l-mument tad-dħul (wara dan il-mument l-ordnijiet ta' trasferiment isiru legalment inforzabbli u, anke fil-każ ta' proċeduri ta' insolvenza kontra parteċipant, vinkolanti fil-konfront ta' terzi) u l-mument ta' irrevokabbiltà tal-ordnijiet ta' trasferiment. Saldu dakinhar stess jew dak il-ħin stess jistgħu jkunu rakkomandabbli jekk dawn ikunu kumpatibbli mal-mudell ta' negozju ġenerali tas-SIPS u neċessarji sabiex jippermettu lill-operatur u l-parteċipanti tas-SIPS biex jiġġestixxu r-riskji rispettivi tagħhom ta' kreditu u ta' likwidità. |
(13) |
Kriterji objettivi, ibbażati fuq ir-riskju u żvelati pubblikament għall-parteċipazzjoni f'SIPS, li jippermettu aċċess ġust (suġġett għalstandards ta' kontroll tar-riskju aċċettabbli) u miftuħ għal SIPS, jippromwovu s-sikurezza u l-effiċjenza tas-SIPS u tas-swieq li taqdi, filwaqt li ma jirrestrinġux il-forniment liberu ta' servizzi sa grad sproporzjonat. |
(14) |
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jirrikjedu li operatur ta' SIPS jiġbor, jipproċessa u jittrasmetti d-dejta għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-parteċipanti jew tal-klijenti. |
(15) |
SIPS li tkun effettiva u effiċjenti b'mod ġenerali, b'miri u objettivi ddefiniti, kwantifikabbli u raġġunġibbli hija idonea biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-parteċipanti tas-SIPS u s-swieq li taqdi. |
(16) |
Il-BĊE jirrikorri għand il-banek ċentrali nazzjonali biex iwettaq il-kompiti tas-SEBĊ sal-grad meqjus possibbli u xieraq. |
(17) |
Ir-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament huma proporzjonali għar-riskji speċifiċi u l-iskoperturi tas-SIPS. |
(18) |
Il-possibbiltà li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu miżuri korrettivi sabiex tiġi rrimedjata jew evitata r-repetizzjoni tan-nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament, u l-possibbiltà għall-BĊE li jimponi sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' dan ir-Regolament humaa element essenzjali fl-implimentazzjoni tal-prinċipji tas-CPSS-IOSCO bl-iktar mod sħiħ permessibbli taħt it-Trattat u l-Istatut tas-SEBĊ. |
(19) |
Huwa neċessarju li l-konformità tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' sorveljanza stabbiliti minn dan ir-Regolament għal perjodu tranżitorju, li jippermettu lill-operaturi tas-SIPS li jiffamiljarizzaw ruħhom mar-rekwiżiti u li jimplimentawhom. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u ambitu
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' superviżjoni għas-SIPS.
2. Il-Kunsill Governattiv għandu jadotta deċiżjoni li tidentifika s-sistemi ta' ħlas li huma suġġetti għal dan ir-Regolament, l-operaturi rispettivi tagħhom u l-awtoritajiet kompetenti. Din il-lista għandha tinżamm fuq is-sit elettroniku tal-BĊE u tiġi aġġornata wara kull bidla.
3. Sistema ta' ħlas għandha tiġi identfikata bħala SIPS jekk: (a) tkun eliġibbli li tiġi nnotifikata bħala sistema skont id-Direttiva 98/26/KE minn Stat Membru li l-munita tiegħu hija l-euro jew jekk l-operatur tagħha jkun stabbilit fiż-żona tal-euro, inkluż stabbiliment permezz ta' fergħa, li permezz tagħha titħaddem is-sistema; u (b) tal-inqas tnejn minn dawn li ġejjin iseħħu matul sena kalendarja:
(i) |
il-valur medju totali ta' kuljum tal-ħlasijiet ipproċessati ddenominati f'euro jaqbez EUR 10 biljun; |
(ii) |
is-sehem tagħha mis-suq ikun ta' mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:
|
(iii) |
l-attività transkonfinali tiegħu (jiġifieri parteċipanti stabbiliti f'pajjiż li mhuwiex operatur ta' SIPS u/jew konnessjonijiet transkonfinali ma' sistemi ta' ħlas oħrajn) tkun tinvolvi ħames pajjiżi jew iktar u tiġġenera minimu ta' 33 % tal-volum totali tal-ħlasijiet iddenominati f'euro pproċessati minn dik is-SIPS; |
(iv) |
huwa użat għas-saldu ta' IFM oħra. |
4. L-operaturi tas-SIPS għandhom jiżguraw il-konformità tas-SIPS li jħaddmu mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3 sa 21.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:
(1) |
“sistema ta' ħlas” tfisser arranġament formali bejn tliet parteċipanti jew iktar, mingħajr ma jingħaddu banek possibbli tas-saldu, l-istabbilimenti ċentrali tar-rilaxx tal-kontropartijiet jew parteċipanti indiretti, b'regoli komuni u arranġamenti standardizzati għall-eżekuzzjoni ta' ordnijiet ta' trasferiment bejn il-parteċipanti; |
(2) |
“ordni ta' trasferiment” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 98/26/KE; |
(3) |
“riskju sistemiku” tfisser ir-riskju li jekk parteċipant jew operatur ta' SIPS ma jissodisfawx l-obbligi rispettivi tagħhom f'SIPS, dan iwassal biex parteċipanti oħrajn u/jew l-operatur ta' SIPS ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom meta dawn isiru dovuti, potenzjalment b'effetti konsegwenzjali li jheddu l-istabilità tas-sistema finanzjarja jew il-kunfidenza fiha; |
(4) |
“operatur ta' SIPS” tfisser entità ġuridika li tkun responsabbli legalment biex tħaddem SIPS; |
(5) |
“awtorità kompetenti” tfisser il-bank ċentrali tal-Eurosistema b'responsabbiltà ta' sorveljanza hekk identifikata skont l-Artikolu 1(2); |
(6) |
“SIPS tal-Eurosistema” tfisser SIPS li hija l-proprjetà ta' u mħaddma minn bank ċentrali tal-Eurosistema; |
(7) |
“riskju legali” tfisser riskju li jinħoloq mill-applikazzjoni ta' liġi jew regolament, li normalment jirriżulta f'telf; |
(8) |
“riskju ta' kreditu” tfisser ir-riskju li kontroparti, kemm jekk parteċipant jew entità oħra, ma tkunx tista' jissodisfa kompletament l-obbligiobbligi finanzjarji tagħha meta jkunu dovuti jew f'xi żmien fil-futur; |
(9) |
“riskju ta' likwidità” tfisser ir-riskju li kontroparti, kemm jekk parteċipant jew entità oħra, ma jkollhiex biżżejjed fondi biex tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha meta dawn isiru dovuti, għalkemm jista' jkollha fondi suffiċjenti biex tagħmel dan fil-futur; |
(10) |
“riskju operazzjonali” tfisser ir-riskju li d-defiċjenzi f'sistemi tal-informazzjoni jew proċessi interni, żbalji umani, nuqqasijiet ta' ġestjoni, jew interruzzjonijiet ikkawżati minn avvenimenti esterni jew servizzi esternalizzati ser jirriżultaw fit-tnaqqis, deterjorament jew falliment tas-servizzi pprovduti minn SIPS; |
(11) |
“riskju ta' kustodja” tfisser ir-riskju li jiġġarrab telf fuq assi miżmuma f'kustodja f'każ ta' insolvenza tal-kustodju jew tas-subkustodju, negliġenża, frodi, amministrazzjoni ħażina jew żamma tar-rekords inadegwata; |
(12) |
“riskju tal-investiment” tfisser ir-riskju tat-telf li jiffaċċja operatur jew parteċipant ta' SIPS meta l-operatur ta' SIPS jinvesti r-riżorsi tiegħu stess jew dawk tal-parteċipanti tiegħu, eż. kollateral; |
(13) |
“riskju tas-suq” tfisser ir-riskju ta' telf, f'pożizzjonijiet kemm fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll barra minnha, li jirriżultaw minn movimenti fil-prezzijiet tas-suq; |
(14) |
“sistema ta' saldu nett iddiferit” (DNS) tfisser sistema li tagħmel saldu fuq bażi netta fl-aħħar taċ-ċiklu tas-saldu predefinit, eż. fl-aħħar ta', jew matul, jum tax-xogħol; |
(15) |
“kollateral transkonfinali” tfisser kollateral li minnu, mill-perspettiva tal-pajjiż fejn l-assi huma aċċettati bħala kollateral, mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin huwa barrani: (a) il-munita tad-denominazzjoni; (b) il-pajjiż fejn jinsabu l-assi; jew (c) il-pajjiż li fih l-emittent huwa stabbilit; |
(16) |
“ħlas transkonfinali” tfisser ħlas bejn parteċipanti stabbiliti f'pajjiżi differenti; |
(17) |
“infrastruttura tas-suq finanzjarju” (ISF) tfisser sistema multilaterali fost l-istituzzjonijiet parteċipanti, inkluż l-operatur tas-sistema, użata biex tiċċara, tissalda jew tirreġistra ħlasijiet, titoli, derivattivi, jew tranżazzjonijiet finanzjarji oħrajn; |
(18) |
“parteċipant” tfisser entità li tkun identifikata jew rikonoxxuta minn sistema ta' ħlas u li, direttament jew indirettament, titħalla tibgħat ordnijiet lil dik is-sistema u tkun kapaċi tirċievi ordnijiet ta' trasferiment mingħandha; |
(19) |
“il-Bord” tfisser bord amministrattiv jew superviżorju ta' operatur ta' SIPS, jew it-tnejn, skont il-liġi nazzjonali; |
(20) |
“il-Maniġment” tfisser diretturi eżekuttivi, jiġifieri membri ta' bord unitarju li huma involuti fit-tmexxija ta' kuljum tal-operatur ta' SIPS u membri ta' bord maniġerjali tal-operatur ta' SIPS f'sistema b'żewġ bordijiet; |
(21) |
“partijiet interessati relevanti” tfisser parteċipanti, ISF li għandhom impatt fuq ir-riskju f'SIPS, u fuq bażi ta' każ b'każ, atturi oħra tas-suq ikkonċernati; |
(22) |
“skopertura tal-kreditu” tfisser ammont jew valur fir-riskju li parteċipant mhuwiex ser iħallas bil-valur sħiħ, la meta jkun dovut u lanqas f'xi ħin wara; |
(23) |
“kollateral” tfisser attiv jew impenn ta' parti terza li jintuża minn fornitur ta' kollateral biex jiġi żgurat obbligu fil-konfront ta' prenditur tal-kollateral. Kollateral jinkludi kemm kollateral domestiku kif ukoll transkonfinali; |
(24) |
“fornitur tal-likwidità” tfisser fornitur ta' flus kontanti taħt l-Artikoli 5(3), 6(5), 8(1), 8(9) u 8(11) jew attiv taħt l-Artikolu 8(4), inkluż parteċipant tas-SIPS jew parti esterna; |
(25) |
“kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli” tfisser ġabra sħiħa ta' kundizzjonjiet storiċi u ipoteki, inklużi l-perjodi l-aktar volatili li jkunu esperjenzaw is-swieq li taqdi s-SIPS; |
(26) |
“data maħsuba tas-saldu” tfisser id-data li tiddaħħal fis-SIPS bħala d-data tas-saldu minn min jibgħat ordni ta' trasferiment; |
(27) |
“riskju ġenerali ta' negozju” tfisser indeboliment potenzjali tal-pożizzjoni finanzjarja tas-SIPS bħala negozju avvjat bħala konsegwenza ta' tnaqqis fid-dħul tiegħu jew żieda fl-ispejjeż tiegħu, billi l-ispejjeż jeċċedu d-dħul u jirriżultaw f'telf li jkollu jittieħed mill-kapital; |
(28) |
“pjan ta' rkupru” tfisser pjan żviluppat minn operatur ta' SIPS biex jistabbilixxi mill-ġdid l-operat bla xkiel ta' SIPS; |
(29) |
“pjan ta' stralċ ordnat” tfisser pjan żviluppat minn operatur ta' SIPS għall-għeluq ordnat ta' SIPS; |
(30) |
“materjal” jikkwalifika riskju, dipendenza u/jew bidla li tista' taffettwa l-abbiltà ta' entità li twettaq jew tipprovdi servizzi kif mistenni; |
(31) |
“awtoritajiet relevanti” tfisser awtoritajiet li għandhom interess leġittimu fl-aċċess għall-informazzjoni minn SIPS li jissodisfaw ir-rekwiżiti statutorji tagħhom, eż. awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u superviżuri tal-parteċipanti ewlenin; |
(32) |
“riskju prinċipali” tfisser ir-riskju li kontroparti titlef il-valur sħiħ involut fi tranżazzjoni, jiġifieri jew ir-riskju li bejjiegħ ta' attiv finanzjarju ser jikkonsenja l-attiv b'mod irrevokabbli, iżda ma jirċevix il-ħlas, jew ir-riskju illi xerrej ta' attiv finanzjarju ser għall-attiv b'mod irrevokabbli, iżda ma jirċeviehx; |
(33) |
“bank kustodju” tfisser bank li jżomm u jissalvagwardja l-assi finanzjarji ta' partijiet terzi; |
(34) |
“bank tas-saldu” tfisser bank li jżomm kontijiet fir-rigward ta' ħlasijiet, fejn iseħħ il-ħelsien mill-obbligi li jirriżultaw minn sistema ta' ħlas; |
(35) |
“aġent nostro” tfisser bank użat minn parteċipanti f'SIPS għal saldu; |
(36) |
“ħlas unilaterali” tfisser ħlas li jinvolvi trasferiment wieħed biss ta' fondi f'munita waħda; |
(37) |
“ħlas bilaterali” tfisser ħlas li jinvolvi żewġ trasferimenti ta' fondi f'muniti differenti f'sistema ta' saldu ta' skambju għall-valur; |
(38) |
“riskju ta' direzzjoni żbaljata” tfisser riskju li jirriżulta minn skopertura għal parteċipant jew emittent meta l-kollateral pprovdut minn dak il-parteċipant jew maħruġ minn dak l-emittent huwa korrelatat ħafna mar-riskju tal-kreditu tiegħu. |
(39) |
“ġurnata ta' negozju” għandha l-istess tifsira mogħtija fl-Artikolu 2(n) tad-Direttiva 98/26/KE. |
Artikolu 3
Sodizza legali
1. Operatur ta' SIPS għandu jevalwa jekk il-liġi applikabbli fis-sistemi legali relevanti tipprovdix livell għoli ta' ċertezza għal u tappoġġjax kull aspett materjali tal-attivitajiet tas-SIPS tiegħu.
2. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi regoli u proċeduri tas-SIPS u jidħol f'kuntratti, li huma ċari u konsistenti mal-liġi applikabbli fis-sistemi legali relevanti kollha.
3. Operatur ta' SIPS għandu jkun jista' jispeċifika l-liġi, regoli, proċeduri u kuntratti applikabbli għall-operat ta' SIPS lill-awtorità kompetenti, lill-parteċipanti, u, fejn relevanti, lill-klijenti tal-parteċipanti, b'mod ċar u li jinftiehem.
4. Operatur ta' SIPS għandu jieħu miżuri biex jiżgura li r-regoli, proċeduri, u kuntratti tiegħu ikunu jistgħu jiġu infurzati fis-sistemi legali relevanti kollha, u li l-azzjonijiet li jieħu taħt dawn ir-regoli, proċeduri u kuntratti ma jiġux invalidati, imreġġa' lura jew ikunu soġġetti għal sospensjonijiet.
5. Operatur ta' SIPS li jmexxi negozju f'iktar minn sistema legali waħda għandu jidentifika u jimmitiga r-riskji li jirriżultaw minn kwalunkwe kunflitt ta' liġijiet potenzjali.
6. Operatur ta' SIPS għandu juża l-aħjar sforzi tiegħu biex jiżgura d-denominazzjoni tas-SIPS taħt id-Direttiva 98/26/KE.
Artikolu 4
Governanza
1. Operatur ta' SIPS għandu jkollu objettivi ddokumentati objettivili jagħtu prijorità għolja lis-sikurezza u l-effiċjenza tas-SIPS. L-objettiviobjettivi għandhom jappoġġjaw b'mod espliċitu l-istabbiltà finanzjarja u konsiderazzjonijiet relevanti oħra ta' interess pubbliku, b'mod partikolari swieq finanzjarji miftuħa u effiċjenti.
2. Operatur ta' SIPS għandu jkollu arranġamenti ta' governanza ddokumentati li jipprovdu linji ċari u diretti ta' responsabbiltà u kontabbiltà. Dawn l-arranġamenti għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti, is-sidien u l-parteċipanti. Operatur ta' SIPS għandu jagħmel verżjonijiet tagħhom fil-qosor disponibbli għall-pubbliku.
3. L-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-Bord għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar. L-irwoli u r-responsabbiltajiet tal-Bord għandhom jinkludu dawn kollha li ġejjin:
(a) |
l-istabbiliment ta' miri strateġiċi ċari għas-SIPS; |
(b) |
l-istabbiliment ta' proċeduri ddokumentati għall-funzjonament tas-SIPS, inklużi proċeduri sabiex jiġu identifikati, indirizzati u mmaniġġjati kunflitti ta' interess tal-membri tiegħu; |
(c) |
bl-eċċezzjoni tas-SIPS tal-Eurosistema, għandu jiżgura l-għażla effettiva, il-monitoraġġ, u, fejn xieraq, it-tneħħija tal-membri tal-Maniġment; |
(d) |
bl-eċċezzjoni tas-SIPS tal-Eurosistema, għandu jistabbilixxi politiki ta' kumpens adegwati, konsistenti mal-aqwa prattiċi u bbażati fuq kisbiet fuq żmien twil. |
4. Ħlief għas-SIPS tal-Eurosistema, il-Bord għandu jirrevedi kemm il-prestazzjoni ġenerali kif ukoll il-prestazzjoni tal-membri individwali tal-Bord ta' mill-inqas kull sena.
5. Il-kompożizzjoni tal-Bord għandha tiżgura integrità u, ħlief għal SIPS tal-Eurosistema, taħlita adattata ta' ħiliet tekniċi, għarfien u esperjenza kemm tas-SIPS kif ukoll tas-suq finanzjarju b'mod ġenerali, li tippermetti lill-Bord iwettaq l-irwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tiegħu. Il-kompożizzjoni għandha tiddependi wkoll fuq l-allokazzjoni ġenerali tal-kompetenzi skont il-liġi nazzjonali. Ħlief għas-SIPS tal-Eurosistema, meta permessa mil-liġi nazzjonali, il-Bord għandu jinkludi membri tal-bord mhux eżekuttivi.
6. Ir-rwol, ir-responsabbiltajiet u l-linji ta' rapportar għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar. Il-kompożizzjoni għandha tiżgura integrità u taħlita adattata ta' ħiliet tekniċi, għarfien u esperjenza kemm tas-SIPS kif ukoll tas-suq finanzjarju b'mod ġenerali, li tħalli lill-Maniġment iwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu għall-operat u l-ġestjoni tar-riskju tal-operatur ta' SIPS. Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment għandhom jinkludu, taħt id-direzzjoni tal-Bord, li jiżgura dawn l-affarijiet kollha li ġejjin:
(a) |
li l-attivitajiet tal-operatur ta' SIPS ikunu konsistenti mal-objettivi, l-istrateġija u t-tolleranza tar-riskju tagħhom; |
(b) |
li l-kontrolli interni u l-proċeduri relatati huma ddisinnjati, eżegwiti u ssorveljati kif xieraq sabiex jippromwovu l-objettivi tal-operatur ta' SIPS; |
(c) |
li l-kontrolli interni u l-proċeduri relatati jkunu suġġetti għal reviżjoni u ttestjar regolari u l-ittestjar minn funzjonijiet ta' ġestjoni tar-riskju u ta' verifika interna b'persunal suffiċjenti li jkunu mħarrġa sew. |
(d) |
involviment attiv fil-proċess tal-kontroll tar-riskju; |
(e) |
li riżorsi suffiċjenti jiġu allokati lill-qafas tal-ġestjoni tar-riskju tas-SIPS. |
7. Il-Bord għandu jistabbilixxi u jissorvelja qafas ta' ġestjoni tar-riskju dokumentat, li għandu:
(a) |
jinkludi l-politika tat-tolleranza tar-riskju tal-operatur ta' SIPS; |
(b) |
jassenja responsabbiltajiet u kontabbiltà għad-deċiżjonijiet ta' riskju; |
(c) |
jindirizza t-teħid ta' deċiżjonijiet fi kriżijiet u emerġenzi; |
(d) |
jindirizza funzjonijiet ta' kontroll intern. |
Il-Bord għandu jiżgura li l-funzjonijet ta' ġestjoni tar-riskju u ta' kontroll interni għandhom awtorità, indipendenza, riżorsi u aċċess suffiċjenti għall-Bord.
8. Il-Bord għandu jiżgura li d-deċiżjonijiet prinċipali li jaffettwaw l-istruttura teknika u funzjonali tas-SIPS, ir-regoli u l-istrateġija ġenerali, b'mod partikolari, fir-rigward tal-għażla ta' arranġament tal-ikklerjar u saldu, l-istruttura operattiva, l-iskop tal-prodotti ikklerjati u ssaldati, u l-użu ta' teknoloġija u proċeduri, jirriflettu b'mod xieraq l-interessi leġittimi tal-partijiet interessati relevanti tas-SIPS. Il-partijiet interessati relevanti u, fejn xieraq, il-pubbliku għandhom jiġu kkonsultati b'mod raġonevoli bil-quddiem fuq tali deċiżjonijiet.
Artikolu 5
Qafas għall-ġestjoni komprensiva tar-riskji
1. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi u jżomm qafas sod ta' ġestjoni tar-riskju biex jidentifika, ikejjel, jimmonitorja u jimmaniġġja b'mod komprensiv il-firxa ta' riskji li jirriżultaw fis-SIPS jew li jiġu mġarrba minnha. Għandu jeżamina l-qafas ta' ġestjoni tar-riskju mill-inqas darba fis-sena. Il-qafas ta' ġestjoni tar-riskju għandu:
(a) |
jinkludi l-politika tat-tolleranza tar-riskju tal-operatur ta' SIPS u għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju; |
(b) |
jassenja responsabbiltà u kontabbiltà għad-deċiżjonijiet tar-riskju; |
(c) |
jindirizza t-teħid ta' deċiżjonijiet f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza relatati ma' SIPS, inklużi l-iżviluppi fis-swieq finanzjarji li potenzjalment ikollhom effett negattiv fuq il-likwidità tas-suq u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi kwalunkwe Stat Membru li l-munita tagħhom hija l-euro fejn l-operatur ta' SIPS jew wieħed mill-parteċipanti jkunu stabbiliti. |
2. Operatur ta' SIPS għandu jipprovdi inċentivi lill-parteċipanti u, fejn relevanti, il-klijenti tagħhom biex jiġġestixxu u jillimitaw ir-riskji li joħolqu għas-SIPS u li jġarrbu minn din tal-aħħar. Fir-rigward ta' parteċipanti, inċentivi bħal dawn għandhom jinkludu sistema ta' penali finanzjarji effettiva, proporzjonata u dissważiva jew arranġamenti ta' kondiviżjoni tat-telf, jew it-tnejn li huma.
3. Operatur ta' SIPS għandu jirrevedi r-riskji materjali li s-SIPS iġarrab minħabba u jimponi fuq entitajiet oħra inklużi, fost oħrajn IFM, banek tas-saldu, fornituri ta' likwidità u fornituri ta' servizzi, bħala riżultat tal-interdipendenzi ta' mill-inqas darba fis-sena. L-operatur ta' SIPS għandu jiżviluppa għodod għall-ġestjoni tar-riskju li jkunu robusti u proporzjonati għal-livell tar-riskju identifikat.
4. Operatur ta' SIPS għandu jiddefinixxi l-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi tas-SIPS. L-operatur ta' SIPS għandu jidentifika xenarji speċifiċi li jistgħu jipprevenuh milli jkun jista' jipprovdi dawn l-operazzjonijiet u servizzi kritiċi bħala negozju avvjat u jevalwa l-effettività tal-opzjonijiet kollha għall-irkupru jew, bl-eċċezzjoni tas-SIPS tal-Eurosistema, stralċ ordinat. Għandu jeżamina l-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi tas-SIPs ta' mill-inqas darba fis-sena. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, operatur ta' SIPS għandu jħejji pjan għall-irkupru tas-SIPS u, ħlief għas-SIPS tal-Eurosistema, stralċ ordinat. Il-pjan ta' rkupru u ta' stralċ ordinat għandu jinkludi, inter alia, sommarju sostantiv tal-istrateġiji ewlenin ta' rkupru u ta' stralċ ordinat, stqarrija mill-ġdid tal-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi tas-SIPS, u deskrizzjoni tal-miżuri meħtieġa biex jiġu implimentati l-istrateġiji prinċipali. Operatur ta' SIPS għandu, fejn applikabbli, jipprovdi lill-awtoritajiet relevanti bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-ippjanar tar-riżoluzzjoni. Huwa għandu jeżamina l-pjan ta' rkupru u ta' stralċ ordinat ta' mill-inqas darba fis-senata' mill-inqas darba fis-sena.
Artikolu 6
Riskju ta' kreditu
1. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi qafas b'saħħtu biex ikejjel, jimmonitorja u jimmaniġġja l-iskoperturi ta' kreditu tiegħu għall-parteċipanti tiegħu u l-iskoperturi ta' kreditu fost il-parteċipanti li jirriżultaw mill-ħlas, l-ikklerjar u l-proċessi ta' saldu tas-SIPS.
2. Operatur ta' SIPS għandu jidentifika s-sorsi kollha tar-riskju ta' kreditu. Il-kejl u l-monitoraġġ tal-iskoperturi ta' kreditu għandhom iseħħu matul il-ġurnata, bl-użu ta' informazzjoni f'waqtha u għodod xierqa għall-ġestjoni tar-riskju.
3. Operatur ta' SIPS, inkluż wieħed li jopera DNS b'garanzija għas-saldu, li matul l-operazzjonijiet tas-SIPS jġarrab skopertura ta' kreditu fil-konfront tal-parteċipanti tiegħu, għandu jkopri l-iskoperturi ta' kreditu tiegħu għal kull parteċipant bl-użu ta' kollateral, fondi ta' garanzija, ekwità (wara tnaqqis tal-ammont iddedikat biex ikopri riskju ġenerali ta' negozju) jew riżorsi finanzjarji oħra ekwivalenti.
4. Operatur ta' SIPS, inkluż wieħed li jopera DNS mingħajr ebda garanzija ta' saldu, imma fejn il-parteċipanti jiffaċċjaw skoperturi ta' kreditu li jinħolqu mill-proċessi ta' ħlas, ikklerjar u saldu tas-SIPS, għandhom ikollhom fis-seħħ regoli jew arranġamenti kuntrattwali ma' dawk il-parteċipanti. Ir-regoli jew l-arranġamenti kuntrattwali għandhom jiżguraw li l-parteċipanti jipprovdu riżorsi suffiċjenti, kif iddefiniti fil-paragrafufil-paragrafu 3, biex ikopru skoperturi ta' kreditu li jirriżultaw mill-proċessi tal-ħlas, l-ikklerjar u tas-saldu tas-SIPS fir-rigward taż-żewġ parteċipanti li, flimkien mal-affiljati tagħhom, għandhom l-ikbar skopertura ta' kreditu aggregat.
5. Operatur ta' SIPS għandu jistabilixxi regoli u proċeduri li jindirizzaw telf li jirriżulta direttament minn inadempjenzi minn parteċipant wieħed jew aktar fuq l-obbligi tagħhom lejn is-SIPS. Dawn ir-regoli u proċeduri għandhom jindirizzaw l-allokazzjoni ta' telf potenzjali li mhuwiex kopert, inkluż il-ħlas lura ta' kwalunkwe fondi li operatur ta' SIPS jista' jissellef mingħand fornituri ta' likwidità. Dawn għandhom jinkludu r-regoli u l–proċeduri tal-operatur ta' SIPS biex ifornu mill-ġdid riżorsi finanzjarji użati mis-SIPS waqt avveniment ta' stress, sal-livell stipulat fil-paragrafu 3.
Artikolu 7
Kollateral
1. Operatur ta' SIPS għandu jaċċetta biss dawn l-assi li ġejjin bħala kollateral: (a) flus kontanti; u (b) assi b'riskji baxxi ta' kreditu, ta' likwidità u tas-suq, jiġifieri assi li għalihom l-operatur ta' SIPS jista' juri lill-awtorità kompetenti fuq il-bażi ta' valutazzjoni interna adegwata li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i) |
ikunu nħarġu minn emittent b'riskju ta' kreditu baxx; |
(ii) |
ikunu trasferibbli liberament mingħajr ebda restrizzjoni legali jew talbiet ta' terzi; |
(iii) |
ikunu ddenominati f'munita li r-riskju tagħha huwa ġestit mill-operatur ta' SIPS; |
(iv) |
ikollhom dejta affidabbli dwar il-prezz ppubblikata fuq bażi regolari; |
(v) |
ma jkunux b'xi mod ieħor suġġetti għal riskju sinifikanti f'direzzjoni żbaljata; |
(vi) |
ma jinħarġux mill-parteċipant li jipprovdi l-kollateral jew entità li tkun parti mill-istess grupp bħal dak il-parteċipant, ħlief fil-każ ta' bond kopert u biss fejn l-assi fil-ġabra ta' kopertura jkunu ssegregati b'mod xieraq fi ħdan qafas legali robust u jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (i) sa (v). |
Fit-twettiq tal-valutazzjoni interna tal-punti (i) sa (vi), l-operatur ta' SIPS għandu jiddefinixxi, jiddokumenta u japplika metodoloġija oġġettiva.
2. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi u jimplimenta politiki u proċeduri li jimmonitorjaw il-kwalità ta' kreditu, il-likwidità tas-suq u l-volatilità tal-prezz ta' kull assi aċċettat bħala kollateral. Operatur ta' SIPS għandu jimmonitorja fuq bażi regolari, u ta' mill-inqas darba fis-sena, l-adegwatezza tal-politiki u l-proċeduri ta' valutazzjoni tiegħu. Din ir-reviżjoni għandha ssir ukoll kull darba li sseħħ xi bidla materjali li taffettwa l-iskopertura għar-riskju tas-SIPS. Operatur ta' SIPS għandu jipprezza l-kollateral tiegħu skont is-suq ta' mill-inqas darba kuljum.
3. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi telf impost stabbli u konservattiv u jittestjahom ta' mill-inqas darba fis-sena u jieħu f'kunsiderazzjoni kundizzjonijiet estremi tas-suq. Proċeduri ta' telf impost għandhom jiġu vvalidati minn persunal apparti dawk li jkunu ħolqu u applikaw il-proċeduri ta' telf impost ta' mill-inqas darba fis-sena.
4. Operatur ta' SIPS għandu jieħu miżuri sabiex jiġu evitati investimenti kkonċentrati ta' ċerti assi meta dan jindebolixxi b'mod sinifikanti l-abbiltà li jillikwida dawn l-assi malajr mingħajr effetti negattivi sinifikanti fuq il-prezz.
5. Operatur ta' SIPS li jaċċetta kollateral transkonfinali għandu jidentifika u jnaqqas ir-riskji assoċjati mal-użu tiegħu u jiżgura li l-kollateral transkonfinali jista' jintuża f'waqtu.
6. Operatur ta' SIPS għandu juża sistema ta' ġestjoni tal-kollaterali li tkun effettiva u flessibbli mill-aspett operazzjonali.
7. Il-paragrafu 1 m'għandux japplika għas-SIPS tal-Eurosistema.
Artikolu 8
Riskju ta' likwidità
1. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi qafas komprensiv biex jiġġestixxi riskji ta' likwidità maħluqa mill-parteċipanti tas-SIPS, banek tas-saldu, aġenti nostro, banek kustodji, fornituri ta' likwidità u entitajiet relevanti oħra.
2. Operatur ta' SIPS għandu jistabilixxi għodod operattivi u analitiċi, li jippermettulu jidentifika, ikejjel u jimmonitorja l-flussi ta' saldu u ta' finanzjament, inkluż l-użu tal-likwidità dakinhar stess, fuq bażi kontinwa u f'waqtha.
3. Operatur ta' SIPS għandu jżomm, jew jiżgura li l-parteċipanti jżommu, riżorsi likwidi suffiċjenti f'kull ħin, fil-muniti kollha li bihom jopera, biex iwettaq saldu dakinhar stess ta' obbligi ta' ħlas f'firxa wiesgħa ta' xenarji potenzjali ta' stress. Fejn xieraq, dan għandu jinkludi saldu dakinhar stess jew fuq medda ta' bosta ġranet. Ix-xenarji ta' stress għandhom jinkludu: (a) inadempjenza tal-parteċipant, taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli, li flimkien mal-affiljati tiegħu, ikollu l-ikbar obbligu ta' ħlas aggregat; u (b) xenarji oħra skont il-paragrafu 11.
4. Operatur ta' SIPS li jagħmel ħlasijiet unilaterali bl-euro għandu jżomm, jew jiżgura li l-parteċipanti jżommu, riżorsi likwidi, skont il-paragrafu 3, biex iwettaq saldu fil-ħin tal-obbligi tal-ħlas fil-każ ta' inadempjenza tal-parteċipant li, flimkien mal-affiljati tiegħu, għandu l-ikbar obbligu ta' ħlas aggregat kif determinat mill-paragrafu 3(a) f'xi wieħed minn dawn il-modi:
(a) |
fi flus kontanti mal-Eurosistema; jew |
(b) |
f'kollateral eliġibbli kif iddefinit fil-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema stabbilit fil-Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (5), b'mod partikolari jekk l-operatur ta' SIPS ikollu aċċess għal faċilitajiet permanenti tal-Eurosistema. |
5. Operatur ta' SIPS li jissalda ħlasijiet unilaterali bl-euro għandu jżomm, jew jiżgura li l-parteċipanti jżommu, riżorsi likwidi addizzjonali, skont il-paragrafu 3(b), fil-modi ddefiniti fil-paragrafufil-paragrafu 4 jew ma' bank kummerċjali b'sodezza kreditizja f'wieħed jew iktar minn dawn l-istrumenti li ġejjin:
(a) |
linji impenjati ta' kreditu; |
(b) |
swaps impenjati ta' kambju barrani; |
(c) |
riakkwisti impenjati; |
(d) |
assi kif iddefiniti fl-Artikolu 7(1), li huma miżmuma minn kustodju; |
(e) |
investimenti li huma disponibbli fil-pront u konvertibbli fi flus kontanti b'arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti minn qabel li għalihom l-operatur ta' SIPS jista' juri lill-awtorità kompetenti, fuq il-bażi ta' valutazzjoni interna adegwata, li l-arranġamenti ta' finanzjament huma affidabbli ħafna, anke f'kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli. |
L-operatur ta' SIPS għandu jkun lest li juri lill-awtorità kompetenti, fuq il-bażi ta' valutazzjoni interna adegwata, li l-bank kummerċjali għandu sodezza kreditizja.
6. Operatur ta' SIPS li jissalda ħlasijiet bilaterali jew ħlasijiet unilaterali f'muniti apparti mill-euro għandu jżomm, jew jiżgura li l-parteċipanti jżommu, riżorsi likwidi, b'mod konformi mal-paragrafu 3, skont il-modi ddefiniti fil-paragrafu 5.
7. Fejn operatur ta' SIPS jissupplimenta r-riżorsi li għalihom issir referenza fil-fil-paragrafu 3 b'assi oħrajn, dawk l-assi aktarx li jkunu negozjabbli jew aċċettabbli bħala kollateral (pereżempju linji ta' kreditu, swaps, jew riakkwisti) fuq bażi ad hoc wara inadempjenza, anke jekk dan ma jistax ikun stabbilit minn qabel b'mod affidabbli jew iggarantit taħt kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli. Fejn parteċipant jissupplimenta r-riżorsi msemmija fil-paragrafu 3 b'assi oħrajn, l-operatur ta' SIPS għandu jiżgura illi dawn l-assi oħrajn ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-ewwel sentenza. Għandu jkun preżunt li l-assi aktar li jkunu negozjabbli jew aċċettabbli bħala kollateral jekk l-operatur ta' SIPS ikun ikkunsidra r-regoli u l-prattiċi tal-bank ċentrali relevanti dwar l-eliġibbiltà tal-kollateral.
8. Operatur ta' SIPS m'għandux jassumi li kreditu ta' emerġenza tal-bank ċentrali se jkun disponibbli.
9. Operatur ta' SIPS għandu jwettaq id-diliġenza dovuta biex jivverifika li kull fornitur tar-riżorsi likwidi tas-SIPS taħt il-paragrafu 3: (a) għandu informazzjoni suffiċjenti u aġġornata biex jifhem u jiġġestixxi r-riskji ta' likwidità tiegħu assoċjati mal-forniment ta' flus kontanti jew assi; u (b) għandu l-kapaċità li jipprovdi flus kontanti jew attiv kif meħtieġ. Operatur ta' SIPS għandu jirrevedi l-konformità tiegħu mal-obbligu tad-diliġenza dovuta ta' mill-inqas darba fis-sena. Jiġu aċċettati bħala fornituri ta' likwidità biss dawk l-entitajiet b'aċċess għal kreditu mill-bank ċentrali emittenti. Operatur ta' SIPS għandu jittestja regolarment il-proċeduri tiegħu għall-aċċess għar-riżorsi likwidi tas-SIPS.
10. Operatur ta' SIPS b'aċċess għall-kontijiet tal-bank ċentrali, servizzi ta' ħlas jew servizzi ta' titoli għandhom jużaw dawn is-servizzi, fejn prattikabbli.
11. Operatur ta' SIPS għandu, permezz ta' ttestjar rigoruż tal-istress, jiddetermina kemm hemm bżonn ta' flus kontanti u assi oħra biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti taħt il-paragrafi 3 u 4. Għandu jirrevedi regolarment dan l-ammont, inter alia, billi jikkonsidra firxa wiesgħa ta' xenarji, inkluż:
(a) |
l-ogħla punt tal-volatilitajiet tal-prezz storiku tal-assi msemmija hawn fuq; |
(b) |
ċaqliq f'fatturi oħra tas-suq inklużi, inter alia, fatturi li jiddeterminaw il-prezz u kurvi tar-renditu; |
(c) |
inadampejnza waħda jew iktar tal-parteċipant fl-istess ġurnata u fi ġranet sussegwenti differenti; |
(d) |
pressjonijiet simultanji fis-swieq tal-fondi u tal-assi; |
(e) |
firxa ta' xenarji ta' stress li jħarsu 'l quddiem f'varjetà ta' kundizzjonijiet tas-suq estremi iżda plawżibbli. |
Dawn ix-xenarji għandhom iqisu wkoll id-disinn u l-operat tas-SIPS; jeżaminaw l-entitajiet kollha li jistgħu joħolqu riskji ta' likwidità materjali għas-SIPS, inklużi, inter alia, banek tas-saldu, aġenti nostro, banek kustodji, fornituri ta' likwidità, u IFM relatati; u fejn ikun xieraq, ikopri perjodu fuq medda ta' bosta ġranet.
12. Operatur ta' SIPS għandu jiddokumenta r-raġunijiet tiegħu talli jkun qiegħed iżomm, u għandu jkollu arranġamenti xierqa ta' governanza relatati ma', l-ammont ta' flus kontanti u assi oħra miżmuma mill-operatur jew mill-parteċipanti tas-SIPS. Għandu jistabbilixxi proċeduri ċari għar-rapportar tar-riżultati tat-testijiet tal-istress tiegħu lill-Bord. Għandu juża dawn ir-riżultati biex jevalwa l-adegwatezza tal-qafas tiegħu tal-ġestjoni tar-riskju tal-likwidità u biex jagħmel aġġustamenti għalih.
13. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi regoli u proċeduri ċari li jippermettu lis-SIPS li twettaq saldu tal-obbligi tal-ħlas fl-istess jum u, fejn xieraq, dakinhar stess 'f'waqtu u fuq medda ta' bosta ġranet wara l-inadempjenza ta' wieħed jew iktar mill-parteċipanti tiegħu. Dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom:
(a) |
jindirizzaw nuqqasijiet ta' likwidità mhux previsti u potenzjalment mhux koperti; |
(b) |
jimmiraw li jevitaw li l-obbligi għas-saldu tal-ħlas fl-istess jum jiġu xolti, revokati jew imdewma; |
(c) |
jindikaw kif ifornu mill-ġdid il-flus kontanti u assi oħra użati mis-SIPS matul avveniment ta' stress, sa fejn hu meħtieġ skont il-paragrafi 3 sa 5. |
Artikolu 9
Saldu finali
Operatur ta' SIPS gġandu jistabbilixxi regoli u proċeduri li jippermettu li s-saldu finali jseħħ mhux iktar tard mit-tmiem tad-data tas-saldu maħsuba.
Artikolu 10
Saldu ta' flus
1. Operatur ta' SIPS li jagħmel saldu ta' ħlasijiet unilaterali f'euro għandu jiżgura li s-saldu finali iseħħ fi flus ta' bank ċentrali.
2. Operatur ta' SIPS li jagħmel saldu ta' ħlasijiet bilaterali jew unilaterali f'muniti li mhumiex l-euro għandu jiżgura li saldu finali jseħħ fi flus ta' bank ċentrali fejn prattikabbli u disponibbli.
3. Jekk ma jintużawx il-flus ta' bank ċentrali, operatur ta' SIPS għandu jiżgura li s-saldu tal-flus iseħħ bl-użu ta' assi ta' saldu bi ftit jew bl-ebda riskju ta' kreditu u likwidità.
4. Jekk isir saldu fi flus ta' bank kummerċjali, l-operatur ta' SIPS għandu jimmonitorja, jiġġestixxi, u jillimita r-riskji ta' kreditu u ta' likwidità li jinħolqu mill-banek ta' saldu kummerċjali. B'mod partikolari, l-operatur ta' SIPS għandu jistabilixxi u jimmonitorja konformità mal-kriterji stretti għall-banek tas-saldu tiegħu li jqisu, inter alia, ir-regolazzjoni u s-superviżjoni tagħhom, l-affidabbiltà kreditizja, il-kapitalizzazzjoni, l-aċċess għal-likwidità, u l-affidabbiltà operazzjonali. L-operatur ta' SIPS għandu jimmonitorja u jiġġestixxi wkoll il-konċentrazzjoni tal-iskoperturi ta' kreditu u likwidità għall-banek tas-saldu kummerċjali tas-SIPS.
5. Jekk operatur ta' SIPS iwettaq saldu ta' flus fuq il-kotba tiegħu stess, huwa għandu jimminimizza u jikkontrolla strettament ir-riskji tiegħu ta' kreditu u likwidità.
6. Jekk is-saldu jseħħ fi flus ta' bank kummerċjali, il-ftehim legali tal-operatur ta' SIPS ma' kwalunkwe bank tas-saldu kummerċjali għandhom jiddikjaraw b'mod ċar:
(a) |
meta t-trasferimenti fuq il-kotba tal-banek tas-saldu individwali huma mistennija li jseħħu; |
(b) |
li t-trasferimenti għandhom ikunu finali meta jiġu eżegwiti; |
(c) |
li l-fondi riċevuti għandhom ikunu trasferibbli kemm jista' jkun malajr, ta' mill-inqas sal-aħħar tal-jum. |
Artikolu 11
Ħlas kontra ħlas
Operatur ta' SIPS li juża mekkaniżmu ta' ħlas kontra ħlas għandu jelimina r-riskju prinċipali billi jiżgura li s-saldu finali ta' obbligu wieħed iseħħ jekk u biss jekk is-saldu finali tal-obbligu marbut iseħħ ukoll. Din ir-regola tiġi segwita irrispettivament minn jekk is-saldu jseħħx fuq bażi gross jew netta u meta sseħħ il-finalità.
Artikolu 12
Regoli u proċeduri tal-inadempjenza tal-parteċipant
1. Operatur ta' SIPS għandu jistabilixxi definizzjoni ta' inadempjenza tal-parteċipant fir-regoli u l-proċeduri tas-SIPS, li għandhom jinkludu, bħala minimu, in-nuqqas tal-parteċipant li jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu meta jkunu dovuti, bħala riżultat, inter alia, ta' raġunijiet operazzjonali, ksur ta' ftehim, jew il-bidu ta' proċeduri ta' insolvenza kontra dak il-parteċipant. Operatur ta' SIPS għandu jiddistingwi bejn inadempjenza awtomatika u diskrezzjonali. Fil-każ ta' inadempjenza diskrezzjonali, l-operatur ta' SIPS għandu jispeċifika liema entità għandha teżerċita dik id-diskrezzjoni. Huwa għandu jirrevedi din id-definizzjoni ta' mill-inqas darba fis-sena.
2. Operatur ta' SIPS għandu jkollu regoli u proċeduri dwar inadempjenza li jippermettulu li jkompli jissodisfa l-obbligi tiegħu f'każ ta' inadempjenza ta' parteċipant, li jindirizzaw r-riforniment tar-riżorsi wara inadempjenza. Ir-regoli u l-proċeduri għandhom jiddefinixxu, bħala minimu, il-punti kollha li ġejjin:
(a) |
l-azzjonijiet li operatur ta' SIPS jista' jieħu meta sseħħ inadempjenza; |
(b) |
jekk it-teħid ta' dawn l-azzjonijiet huwiex awtomatiku jew diskrezzjonali u l-mezzi li permezz tagħhom tiġi eżerċitata dik id-diskrezzjoni; |
(c) |
bidliet potenzjali għall-prattiċi tas-saldu normali tal-operatur ta' SIPS li jiżguraw saldu f'waqtu; |
(d) |
il-ġestjoni tal-ħlasijiet fi stadji differenti tal-ipproċessar; |
(e) |
is-sekwenza probabbli tal-azzjonijiet; |
(f) |
l-irwoli, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-partijiet relevanti, inkluż il-parteċipanti li mhumiex inadempjenti; |
(g) |
mekkaniżmi oħra li għandhom jiġu attivati biex jillimitaw l-impatt ta' inadempjenza. |
3. Operatur ta' SIPS għandu jkun ippreparat li jimplimenta ir-regoli u l-proċeduri tiegħu dwar l-inadempjenza, inklużi kwalunkwe proċeduri diskrezzjonali xierqa stabbiliti fir-regoli tiegħu. Operatur ta' SIPS għandu jiżgura, inter alia, illi: (a) ikollu l-kapaċità operazzjonali, inkluż persunal suffiċjenti imħarreġ tajjeb, biex jimplimenta l-proċeduri elenkati fil-paragrafu 2 fil-ħin; u (b) ir-regoli u l-proċeduri tas-SIPS jindirizzaw dokumentazzjoni, informazzjoni u bżonnijiet ta' komunikazzjoni, u koordinazzjoni meta jkunu involuti IFM jew awtorità jew diversi minnhom.
4. Operatur ta' SIPS għandu jiżvela pubblikament l-aspetti ewlenin tar-regoli u l-proċeduri elenkati fil-paragrafu 2, inklużi, bħala minimu, dawn kollha li ġejjin:
(a) |
iċ-ċirkostanzi li fihom għandha tittieħed azzjoni; |
(b) |
min għandu jieħu dawk l-azzjonijiet; |
(c) |
l-ambitu tal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu; |
(d) |
il-mekkaniżmi li jindirizzaw l-obbligi tal-operatur ta' SIPS lejn parteċipanti li mhumiex inadempjenti. |
5. Operatur ta' SIPS għandu jittestja u jirrevedi r-regoli u l-proċeduri tas-SIPS elenkati fil-paragrafu 2 ta' mill-inqas darba fis-sena jew wara xi tibdiliet materjali lis-SIPS li jaffettwaw dawk ir-regoli u l-proċeduri. Operatur ta' SIPS għandu jinvolvi lill-parteċipanti tas-SIPS u partijiet interessati relevanti f'dan l-ittestjar u r-reviżjoni.
Artikolu 13
Riskju tan-negozju ġenerali
1. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi sistemi robusti ta' ġestjoni u kontroll saboex jidentifika, jimmonitorja, u jiġġestixxi riskji ġenerali tan-negozju, inkluż telf li jirriżulta minn eżekuzzjoni batuta ta' strateġija tan-negozju, flussi negattivi ta' flus, jew spejjeż operattivi mhux mistennija u kbar iżżejjed.
2. Operatur ta' SIPS għandu jżomm assi likwidi netti ffinanzjati, minn ekwità, eż. stokk komuni, riżervi żvelati jew dħul ieħor miżmum, sabiex ikun jista' jkompli l-operazzjonijiet u s-servizzi bħala negozju avvjat jekk iġarrab telf ġenerali ta' negozju tan-negozju. L-ammont ta' dawn l-assi għandu jiġi determinat skont il-profil tar-riskju ġenerali tan-negozju tiegħu u t-tul taż-żmien meħtieġ biex jinkiseb irkupru jew stralċ ordinat tal-operazzjonijiet u s-servizzi kritiċi jekk tittieħed tali azzjoni.
3. Operatur ta' SIPS għandu jkollu pjan ta' rkupru vijabbli jew, ħlief għas-SIPS tal-Eurosistema, pjan ta' stralċ ordinat.
4. Operatur ta' SIPS għandu jżomm assi likwidi netti suffiċjenti ffinanzjati mill-ekwità biex jimplimenta l-pjan imsemmi fil-paragrafu 3. Bħala minimu, operatur ta' SIPS għandu jżomm assi likwidi netti ffinanzjati b'ekwità b'valur ekwivalenti għal mill-inqas sitt xhur ta' spejjeż operattivi kurrenti. Dawn l-assi huma addizzjonali għar-riżorsi miżmuma biex ikopru inadempjenzi tal-parteċipant jew riskji oħrajn koperti taħt l-Artikoli 6 u 8. L-ekwità miżmuma taħt standards internazzjonali tal-kapital ibbażati fuq ir-riskju jistgħu jiġu inklużi biex jiġu evitati rekwiżiti tal-kapital doppji.
5. Assi miżmuma biex ikopru riskju ġenerali tan-negozju għandhom ikunu ta' likwidità suffiċjenti u ta' kwalità għolja sabiex ikunu disponibbli fil-ħin meħtieġ. L-operatur ta' SIPS għandu jkun japaċi jirrealizza dawn l-assi b'effett negattiv minimu jew ineżistenti fuq il-prezz, sabiex ikun jista' jkompli l-operazzjonijiet bħala negozju avvjat jekk iġarrab telf ġenerali ta' negozju.
6. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi pjan vijabbli biex jiġbor ekwità addizzjonali jekk l-ekwità tiegħu taqa' qrib jew taħt l-ammont imsemmi fil-paragrafu 4. Il-pjan għandu jiġi sottomess lill-Bord għall-approvazzjoni u jiġi aġġornat mill-inqas darba fis-sena.
7. Il-paragrafi 2 u 4 sa 6 m'għandhomx japplikaw għas-SIPS tal-Eurosistema.
Artikolu 14
Riskji ta' investiment u ta' kustodja
1. Operatur ta' SIPS għandu jżomm l-assi tiegħu stess u dawk tal-parteċipanti ma' entitajiet sorveljati u rregolati (minn hawn 'il quddiem il-“kustodji”), li għandhom prattiki tal-kontabbiltà, proċeduri ta' kustodja u kontrolli interni li jipproteġu b'mod sħiħ dawn l-assi kontra r-riskju ta' telf f'każ ta' insolvenza tal-kustodju jew tas-subkustodju, negliġenza, frodi, amministrazzjoni ħażina jew żamma tar-rekords inadegwata.
2. Operatur ta' SIPS għandu jkollu aċċess f'waqtu għall-assi tiegħu u l-assi pprovduti mill-parteċipanti.
3. Operatur ta' SIPS għandu jevalwa u jifhem l-iskoperturi tiegħu lejn il-banek kustodji, billi jikkunsidra l-ambitu sħiħ tar-relazzjonijiet tiegħu ma' kull wieħed minnhom.
4. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi l-istrateġija ta' investiment tiegħu, li tkun konsistenti mal-istrateġija globali tiegħu tal-ġestjoni tar-riskju u li tiġi żvelata bis-sħiħ lill-parteċipanti. Huwa għandu jirrevedi l-istrateġija tal-investiment ta' mill-inqas darba fis-sena.
5. L-investimenti ta' operatur ta' SIPS taħt l-istrateġija tal-investiment tiegħu għandhom ikunu ggarantiti minn, jew bi klejms kontra, obbliganti ta' kwalità għolja. Operatur ta' SIPS għandu jiddefinixxi l-kriterji għall-obbligaturi ta' kwalità għolja. L-investimenti għandhom ikunu fi strumenti b'riskji minimi ta' kreditu, tas-suq u tal-likwidità.
6. Il-paragrafi 3 sa 5 m'għandhomx japplikaw għas-SIPS tal-Eurosistema.
Artikolu 15
Riskju operazzjonali
1. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi qafas robust b'sistemi, politiki, proċeduri u kontrolli adegwati sabiex jidentifika, jimmonitorja u jiġġestixxi ir-riskju operazzjonali.
2. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi objettivi u politivi dwar il-livell ta' servizz u l-affidabbiltà operattiva iddisinnjati biex jinkisbu dawk l-objettivi. Għandu jirrevedi l-objettivi u l-politiki ta' mill-inqas darba fis-sena.
3. Operatur ta' SIPS għandu jiżgura li SIPS, f'kull ħin, ikollha kapaċità li tista' tadatta għal żidiet fil-volumi ta' ħlas li jseħħu minħabba każijiet ta' stress, u li jista' jikseb l-objettivi tiegħu tal-livell tas-servizz.
4. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi politiki komprensivi ta' sigurtà fiżika u relata mal-informazzjoni li jidentifikaw, jevalwaw u jiġġestixxu b'mod adegwat il-vulnerabbiltajiet u t-theddid potenzjali kollha. Għandu jirrevedi l-politiki ta' mill-inqas darba fis-sena.
5. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi pjan ta' kontinwità tan-negozju li jindirizza każijiet li joħolqu riskju sinifikanti li jfixklu l-operazzjonijiet tas-SIPS. Il-pjan għandu jinkludi l-użu ta' sit sekondarju u jkun iddisinjat biex jiżgura li sistemi ta' teknoloġija ta' informazzjoni kritika jistgħu jissoktaw bl-operat fi żmien sagħtejn wara dawk l-avvenimenti. Il-pjan għandu jiġi ddisinjat b'mod li s-SIPS dejjem ikun jista' jagħmel saldu tal-ħlasijiet kollha dovuti sal-aħħar tal-jum ta' negozju meta jseħħ it-tfixkil. L-operatur ta' SIPS għandu jittestja l-pjan u jirrevedih ta' mill-inqas darba fis-sena.
6. Operatur ta' SIPS għandu jidentifika parteċipanti kritiċi fuq il-bażi, b'mod partikolari, ta' volumi u valuri ta' ħlas u l-impatt potenzjali tagħhom fuq parteċipanti oħra u s-SIPS bħala ħaġa waħda, f'każ li dawn il-parteċipanti jesperjenzaw problema operazzjonali sinifikanti.
7. Operatur ta' SIPS għandu jidentifika, jimmonitorja, u jiġġestixxi r-riskji li l-parteċipanti kritiċi, IFM oħrajn, u fornituri ta' servizzi ta' utilità jistgħu joħolqu għall-operat tas-SIPS.
Artikolu 16
Kriterji ta' aċċess u parteċipazzjoni
1. Operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi u jiżvela pubblikament kriterji ta' aċċess u parteċipazzjoni mhux iskriminatorji għas-servizzi tas-SIPS għal parteċipanti diretti, u, fejn relevanti, parteċipanti indiretti u għal IFM oħrajn. Għandu jirrevedi l-kriterji ta' mill-inqas darba fis-sena.
2. Il-kriterji ta' aċċess u parteċipazzjoni tal-paragrafu 1 għandhom jiġu ġġustifikati f'termini ta' sikurezza u l-effiċjenza tas-SIPS u tas-swieq li taqdi, u għandhom ikunu mfassla għal u proporzjonati mar-riskji speċifiċi tas-SIPS. B'mod konformi mal-prinċipju tal-proprozjonalità, operatur ta' SIPS għandu jistabbilixxi rekwiżiti li jirrestrinġu l-aċċess sal-inqas grad possibbli. Jekk operatur ta' SIPS jiċħad aċċess lil entità, għandu jagħti r-raġunijiet bil-miktub għal dan, ibbażat fuq analiżi komprensiva tar-riskju.
3. Operatur ta' SIPS għandu jimmonitorja l-konformità tal-parteċipanti mal-kriterji ta' aċċess u parteċipazzjoni fuq bażi kontinwa. Għandu jistabbilixxi u jiżvela pubblikament proċeduri li mhumiex diskriminatorji sabiex jiffaċilita s-sospensjoni u t-terminazzjoni ordinata tad-dritt ta' parteċipant li jipparteċipa meta l-parteċipant jonqos milli jikkonforma mal-kriterji ta' aċċess u parteċipazzjoni. Għandu jirrevedi l-proċeduri ta' mill-inqas darba fis-sena.
Artikolu 17
Arranġamenti ta' parteċipazzjoni mtarrġa
1. Għall-finijiet tal-ġestjoni tar-riskju, operatur ta' SIPS għandu jiżgura li r-regoli, il-proċeduri u l-arranġamenti kuntrattwali tas-SIPS jippermettulu illi jiġbor informazzjoni dwar parteċipanti indiretti sabiex jidentifika, jimmonitorja u jiġġestixxi kwalunkwe riskji materjali għas-SIPS li jinħolqu mill-parteċipazzjoni. Din l-informazzjoni għandha, bħala minimu, tkopri l-punti kollha li ġejjin:
(a) |
Il-proporzjon tal-attività li l-parteċipanti diretti iwettqu f'isem parteċipanti indiretti; |
(b) |
in-numru ta' parteċipanti indiretti li jagħmlu saldu permezz ta' parteċipanti individwali diretti; |
(c) |
il-volumi u l-valuri ta' ħlasijiet fis-SIPS li joriġinaw minn kull parteċipant indirett; |
(d) |
il-volumi u l-valuri ta' ħlasijiet taħt il-punt (c) fi proporzjon ma' dawk tal-parteċipant dirett li permezz tiegħu l-parteċipant indirett jaċċessa s-SIPS. |
2. Operatur ta' SIPS għandu jidentifika dipendenzi materjali bejn parteċipanti diretti u indiretti li jistgħu jaffettwaw is-SIPS.
3. Operatur ta' SIPS għandu jidentifika parteċipanti indiretti li joħolqu riskji materjali għas-SIPS u l-parteċipanti diretti li permezz tagħhom jaċċessaw is-SIPS bil-ħsieb li jiġġestixxi dawn ir-riskji.
4. Operatur ta' SIPS għandu jirrevedi r-riskji li jinħolqu minn arranġamenti ta' parteċipazzjoni mtarrġa ta' mill-inqas darba fis-sena. Huwa għandu jieħu azzjoni ta' mitigazzjoni meta din tkun meħtieġa biex jiżgura li r-riskji jkunu ġestiti kif suppost.
Artikolu 18
Effiċjenza u effettività
1. Operatur ta' SIPS għandu jkollu proċess biex jidentifika u jilħaq il-bżonnijiet tas-swieq li s-SIPS taqdi, b'mod partikolari, fir-rigward ta':
(a) |
l-għażla ta' arranġament tal-ikklerjar u tas-saldu; |
(b) |
struttura operattiva; |
(c) |
l-ambitu tal-prodotti kklerjati jew saldati; |
(d) |
l-użu ta' teknoloġija u proċeduri. |
2. Operatur ta' SIPS għandu jkollu miri u objettivi ddefiniti b'mod ċar li jkunu jistgħu jitkejlu u jinkisbu, bħal fl-oqsma ta' livelli ta' servizz minimi, aspettattivi ta' ġestjoni tar-riskju u prijoritajiet tan-negozju.
3. Operatur ta' SIPS għandu jkollu mekkaniżmi stabbiliti għar-reviżjoni regolari, ta' mill-inqas annwali, tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
Artikolu 19
Standards u proċeduri tal-komunikazzjoni
Operatur ta' SIPS għandu juża jew jakkomoda proċeduri u standards ta' komunikazzjoni relevanti li huma aċċettati fuq livell internazzjonali sabiex jiġu ffaċilitati l-ħlas, l-ikklerjar, is-saldu u r-reġistrazzjoni effiċjenti.
Artikolu 20
Żvelar tar-regoli, proċeduri ewlenin u dejta tas-suq
1. Operatur ta' SIPS għandu jadotta regoli u proċeduri ċari u komprensivi li huma żvelati b'mod sħiħ lill-parteċipanti. Ir-regoli u l-proċeduri ewlenin relevanti għandhom jiġu żvelati pubblikament ukoll.
2. Operatur ta' SIPS għandu jiżvela deskrizzjonijiet ċari tad-disinn u l-operazzjonijiet tas-sistema, kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi tal-operatur ta' SIPS, sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jevalwaw ir-riskji li jġarrbu billi jipparteċipaw fis-SIPS.
3. Operatur ta' SIPS għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni u t-taħriġ meħtieġa u xierqa sabiex il-parteċipanti jkunu jistgħu jifhmu aħjar ir-regoli u l-proċeduri tas-SIPS u r-riskji li jiffaċċjaw billi jipparteċipaw fis-SIPS.
4. Operatur ta' SIPS għandu jiżvela pubblikament it-tariffi tas-SIPS fil-livell tas-servizzi individwali li toffri kif ukoll fil-politiki ta' skont tiegħu. L-operatur ta' SIPS għandu jipprovdi deskrizzjonijiet ċari tas-servizzi ipprezzati għall-finijiet ta' komparabbiltà.
5. Operatur ta' SIPS għandu jlesti u jiżvela pubblikament ir-risposti għall-qafas tal-Iżvelar tas-CPSS-IOSCO għall-infrastrutturi tas-suq finanzjarju. Għandu jaġġorna r-risposti tiegħu wara bidliet materjali fis-sistema jew fl-ambjent tagħha, iżda ta' mill-inqas kull sentejn. Operatur ta' SIPS għandu wkoll, bħala minimu, jiżvela d-dejta bażika dwar il-volumi u l-valuri tat-tranżazzjonijiet.
Artikolu 21
Żvelar lill-awtorità kompetenti
L-awtorità kompetenti għandha jkollha d-dritt li tikseb mingħand operatur ta' SIPS l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa biex tevalwa l-konformità mar-rekwiżiti taħt dan ir-Regolament. Operatur ta' SIPS għandu jirrapporta l-informazzjoni speċifika rispettiva lill-awtorità kompetenti.
Artikolu 22
Miżuri korrettivi
1. Meta operatur ta' SIPS ma jkun ikkonforma ma' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha
(a) |
tinforma lill-operatur ta' SIPS bin-natura tan-nuqqas ta' konformità; u |
(b) |
tipprovdi lill-operatur ta' SIPS bl-opportunità li jinstemà u jipprovdi spjegazzjonijiet. |
2. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-operatur ta' SIPS, l-awtorità kompetenti tista' tagħti struzzjonijiet lill-operatur ta' SIPS li jimplimenta miżuri korrettivi speċifiċi sabiex jirrimedja n-nuqqas ta' konformità u/jew jevita li jirrepetih.
3. L-awtorità kompetenti tista' timponi miżuri korrettivi immedjatament meta tidentifika, b'opinjoni mmotivata, li l-każ tan-nuqqas ta' konformità huwa serju biżżejjed biex jeħtieġ azzjoni immedjata.
4. L-awtorità kompetenti għandha tinforma immedjatament lill-BĊE bi kwalunkwe miżura korrettiva imposta fuq operatur ta' SIPS.
5. Jistgħu jiġu imposti miżuri korrettivi indipendentement minn jew b'mod parallel ma' sanzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (6).
Artikolu 23
Sanzjonijiet
F'każ ta' ksur ta' dan ir-Regolament, il-BĊE għandu jimponi sanzjonijiet, skont ir-Regolament (KE) Nru 2532/98 u r-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (KE) Nru 2157/1999 tat-23 Settembru 1999 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (BĊE/1999/4). (7) Il-BĊE għandu jippubblika avviż dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tal-ammont tas-sanzjonijiet.
Artikolu 24
Reviżjoni
Il-Kunsill Governattiv għandu jirrevedi l-applikazzjoni ġenerali ta' dan ir-Regolament sa mhux aktar tard minn sentejn wara d-data li fiha huwa jidħol fis-seħħ, u minn hemm 'l hemm ta' kull sentejn, u jevalwa jekk jeħtieġx li jiġi emendat.
Artikolu 25
Dispożizzjonijiet finali
1. Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. L-operaturi ta' SIPS għandu jkollhom sena mid-data meta tkun notifikata lilhom d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv skont l-Artikolu 1(2) sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament.
3. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri b'konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-3 ta' Lulju 2014.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Disponibbli fuq il-websajt tal-BIS fuq www.bis.org/publ/cpss43.pdf..
(2) Disponibbli fuq il-websajt tal-BIS fuq www.bis.org/publ/cpss101a.pdf..
(4) ĠU L 166, 11.6.1998, p. 45.
(5) ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1.
(6) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4.
(7) ĠU L 264, 12.10.1999, p. 21