EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0753

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 753/2014 tal- 11 ta' Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

ĠU L 205, 12.7.2014, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/753/oj

12.7.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 205/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 753/2014

tal-11 ta' Lulju 2014

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


ANNESS

LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data ta' elenkar

1.

Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич Бородай)

Data tat-twelid: 25.7.1972f' Moska

L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk” (eż. fit-8 ta' Lulju ddikjara li “l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-‘faxxisti’ Ukraini”), Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”

12.7.2014

2.

Alexander KHODAKOVSKY (Александр Сергеевич Ходаковский)

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tas-Sigurtà tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”.

Responsabbli għall-attivitajiet ta' sigurtà separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”

12.7.2014

3.

Alexandr Aleksandrovich KALYUSSKY, (Александр Александрович Калюсский)

 

L-hekk imsejjaħ “de facto Viċi Prim Ministru tal-Affarijiet Soċjali tar-RPD”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”

12.7.2014

4.

Alexander KHRYAKOV

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Informazzjoni u l-Kommunikazzjoni tal-Massa tar-RPD”.

Responsabbli għall-attivitajiet ta' propaganda favur is-separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Donetsk”

12.7.2014

5.

Marat BASHIROV

 

L-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk, ikkonfermat fit-8 ta' Lulju”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

12.7.2014

6.

Vasyl NIKITIN

 

L-hekk imsejjaħ “Viċi Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”, (qabel kien l-hekk imsejjaħ “Prim Ministru tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”, u kien kelliem tal-“Armata tax-Xlokk”).

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

Responsabbli għad-dikjarazzjoni tal- Armata tax-Xlokk li l-elezzjonijiet presidenzjali Ukraini fir-“Repubblika Popolari ta' Luhansk” ma jistgħux isiru minħabba l-istatus “il-ġdid” tar-reġjun.

12.7.2014

7.

Aleksey KARYAKIN (Алексей Карякин)

1979

L-hekk imsejjaħ “President tal-Kunsill Suprem tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-“Kunsill Suprem”, responsabbli għat-talba lill-Federazzjoni Russa biex tirrikonoxxi l-indipendenza tar-“Repubblika Popolari ta' Luhansk”

Firmatarju tal-Memorandum ta' Qbil dwar l-“unjoni ta' Novorossiya”

12.7.2014

8.

Yurij IVAKIN (Юрий Ивакин)

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tal-Affarijiet Interni tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

12.7.2014

9.

Igor PLOTNITSKY

 

L-hekk imsejjaħ “Ministru tad-Difiża tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”.

Responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika Popolari ta' Luhansk”

12.7.2014

10.

Nikolay KOZITSYN

20 ta' Ġunju, 1956 fir-reġjun ta' Donetsk

Kmandant tal-forzi Kosakki.

Responsabbli għall-kmand tas-separatisti fil-Lvant tal-Ukraina fil-ġlieda kontra l-forzi tal-gvern Ukrain

12.7.2014

11.

Oleksiy MOZGOVY (Олексій Мозговий)

 

Wieħed mill-mexxejja tal-gruppi armati fil-Lvant tal-Ukraina.

Responsabbli għat-taħriġ tas-separatisti biex jiġġieldu kontra l-forzi tal-gvern Ukrain

12.7.2014


Top