This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R0561
Council Regulation (EU) No 561/2014 of 6 May 2014 establishing the ECSEL Joint Undertaking Text with EEA relevance
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas- 6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas- 6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152–178
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 29/11/2021; Imħassar b' 32021R2085
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32008R0072 | ||||
Repeal | 32008R0074 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014R0561R(01) | (PT) | |||
Repealed by | 32021R2085 | 30/11/2021 |
7.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/152 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 561/2014
tas-6 ta' Mejju 2014
li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 188 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Billi:
(1) |
L-isħubiji pubbliċi-privati fil-forma ta’ Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti għall-bidu kienu previsti fid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE (3) identifikat sħubiji pubbliċi-privati speċifiċi li għandhom jiġu appoġġati, inkluż sħubiji pubbliċi-privati fl-oqsma speċifiċi tal-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti tan-nanoelettronika (ENIAC) u tas-sistemi informatiċi integrati (ARTEMIS). |
(3) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Ewropa 2020 Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv” (l-“Istrateġija Ewropa 2020”), approvata millParlament Ewropew u mill-Kunsill, tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment fl-għarfien u l-innovazzjoni sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv fl-Unjoni. |
(4) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbilixxa l-Orizzont 2020 - Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014 - 2020) (“Orizzont 2020”). L-Orizzont 2020 għandu l-għan li jikseb impatt akbar fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni billi jgħaqqad l-Orizzont 2020 u l-fondi mis-settur privat fi sħubiji pubbliċi-privati f’oqsma ewlenin fejn ir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jikkontribwixxu għall-għanijiet usa’ ta’ kompetittività tal-Unjoni, jistimolaw l-investiment privat u jgħinu fl-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà. Dawk is-sħubiji għandhom ikunu bbażati fuq impenn fit-tul, inkluża kontribuzzjoni bbilanċjata mill-imsieħba kollha, ikunu responsabbli għall-kisba tal-objettivi tagħhom u jkunu allinjati mal-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni dwar ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Il-governanza u l-funzjonament ta’ dawk is-sħubiji għandhom ikunu miftuħa, trasparenti, effettivi u effiċjenti u jagħtu l-opportunità li firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati attivi jipparteċipaw fl-oqsma speċifiċi tagħhom. Skont ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013, l-involviment tal-Unjoni f’dawn is-sħubiji jista’ jieħu s-sura ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-impriżi konġunti stabbiliti fuq il-bażi tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) skont id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE. |
(5) |
F’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE (5) għandu jingħata aktar appoġġ lill-Impriżi Konġunti stabbiliti skont id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE bil-kondizzjonijiet speċifikati fid-Deċiżjoni 2013/743/UE. Il-prijorità tat-Tmexxija Industrijali tindirizza żewġ linji ta’ attività speċifiċi taħt it-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni: “mikro- u nanoelettronika”, u “ġenerazzjoni ġdida ta’ komponenti u sistemi, inġinerija ta’ komponenti u sistemi inkorporati avvanzati u intelliġenti” ARTEMIS u ENIAC għandhom jingħaqdu f’inizjattiva waħda. |
(6) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 2012 intitolata “Strateġija Ewropea għat-Teknoloġiji Ewlenin ta’ Appoġġ – Pont għat-tkabbir u l-impjiegi” tidentifika teknoloġiji abilitanti essenzjali, li jinkludu l-mikro u n-nanoelettronika, bħala sorsi indispensabbli tal-innovazzjoni. Bħalissa hemm lakuna bejn il-ġenerazzjoni tal-għarfien bażiku u l-kummerċjalizzazzjoni sussegwenti tiegħu f’oġġetti u servizzi. Din teħtieġ li tiġi indirizzata fost oħrajn permezz ta’ sforz iffukat fuq linji pilota ta’ manifattura u proġetti pilota tal-innovazzjoni, inkluż dawk fuq skala ikbar, biex tinkiseb validazzjoni tat-teknoloġija u tal-prodotti taħt kundizzjonijiet industrijali, u iktar integrazzjoni u ibridizzazzjoni bejn teknoloġiji abilitanti essenzjali varji. |
(7) |
Skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2013 intitolata “Strateġija Ewropea għall-komponenti u s-sistemi mikro u nanoelettroniċi”, il-komponenti u s-sistemi tal-mikroelettronika u n-nanoelettronika jirfdu l-innovazzjoni u l-kompetittività tas-setturi ekonomiċi ewlenin kollha. L-importanza tal-qasam u l-isfidi li għandhom quddiemhom il-partijiet interessati tal-Unjoni jeħtieġu azzjoni urġenti sabiex ma titħalla ebda ħolqa dgħajfa fil-katini tal-valur u l-innovazzjoni tal-Ewropa. Għaldaqstant qed jiġi propost li jitwaqqaf mekkaniżmu fil-livell tal-Unjoni biex l-appoġġ li jingħata jingħaqad u jiffoka fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni f’komponenti u sistemi elettroniċi mill-Istati Membri, l-Unjoni u s-settur privat. |
(8) |
Bil-ħsieb li terġa’ tinkiseb pożizzjoni minn ta’ quddiem fl-ekosistema tan-nanoelettronika għall-Ewropa, il-partijiet interessati industrijali u ta’ riċerka pproponew programm strateġiku ta’ riċerka u innovazzjoni b’investiment totali ta’ EUR 100 biljun għall-perjodu sas-sena 2020, bit-tir li jiżdied id-dħul tal-Ewropa min-nanoelettronika madwar id-dinja b’aktar minn EUR 200 biljun fis-sena u li jinħolqu 250 000 impjieg addizzjonali dirett u indott fl-Ewropa. |
(9) |
It-terminu “komponenti u sistemi elettroniċi” għandu jiġbor fih l-oqsma tal-mikro u n-nanoelettronika, u s-sistemi u l-applikazzjonijiet integrati inkorporati/ċiberfiżiċi u intelliġenti. |
(10) |
L-Impriża Konġunta ENIAC imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 (6) implimentat b’suċċess aġenda ta’ riċerka li ssaħħaħ l-oqsma rilevanti fin-nanoelettronika fejn l-Ewropa tejbet il-kompetittività tagħha bil-kisba tal-investimenti f’suġġetti ta’ prijorità u bl-impenn tal-ekosistema kollha. |
(11) |
L-Impriża Konġunta ARTEMIS imwaqqfa bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 (7) uriet b’suċċess l-ippożizzjonar strateġiku tagħha li jgħaqqad flimkien il-gwida minn fuq għal isfel mad-definizzjoni minn isfel għal fuq tal-kwistjonijiet tekniċi li jridu jiġu indirizzati, filwaqt li jattira proġetti b’riżultati direttament rilevanti għall-industrija. |
(12) |
L-evalwazzjonijiet interim tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS urew li huma għodod utli u adattati biex jgħaqqdu l-forzi u għandhom impatt sinifikanti fuq id-dominji rispettivi tagħhom. L-oqsma ta’ riċerka koperti mill-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS għandhom, għalhekk, ikomplu jiġu appoġġati sabiex itejbu aktar il-kompetittività tal-industrija tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Ewropa u jiffukaw l-isforzi fuq sett ta’ attivitajiet strateġiċi miftiehma b’mod komuni bejn il-partijiet interessati privati u pubbliċi involuti fl-inizjattivi. |
(13) |
L-appoġġ kontinwu għall-programmi ta’ riċerka fin-nanoelettronika u s-sistemi ta’ informatika inkorporata għandu jibni fuq l-esperjenza miksuba mill-operazzjonijiet tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS, inklużi r-riżultati tal-evalwazzjonijiet interim tagħhom, ir-rakkomandazzjonijiet tal-partijiet interessati u l-bżonn li tinkiseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi. |
(14) |
Hemm interazzjoni dejjem tiżdied bejn il-partijiet interessati tal-Pjattaformi tat-Teknoloġija Ewropej ARTEMIS, ENIAC u l-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea dwar l-Integrazzjoni tas-Sistemi Intelliġenti (EPoSS), kif jidher fid-dettall fl-Aġenda Strateġika ta’ Livell Għoli għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-Industriji tal-Komponenti u s-Sistemi ICT li ħarġu fl-2012. Biex jiġu sfruttati u żviluppati s-sinerġiji li ġejjin minn dawk l-interazzjonijiet, jeħtieġ li titwaqqaf Impriża Konġunta unika li tkopri l-komponenti u s-sistemi elettroniċi inklużi l-attivitajiet preċedenti tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS u li tuża struttura u regoli aktar adatti għall-iskop sabiex titjieb l-effiċjenza u tkun żgurata s-semplifikazzjoni (l-“Impriża Konġunta ECSEL”). Għal dan l-għan, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tadotta regoli finanzjarji speċifiċi għall-ħtiġijiet tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (8). |
(15) |
L-implimentazzjoni tal-aġenda Strateġika ta’ Livell Għoli għar-Riċerka u l-Innovazzjoni mressqa mill-partijiet interessati industrijali tiddependi minn diversi għejun ta’ appoġġ: programmi nazzjonali, reġjonali u intergovernattivi, il-Programm Qafas tal-Unjoni u Inizjattiva Teknoloġika Konġunta fl-għamla ta’ sħubija pubblika-privata. |
(16) |
Is-sħubija pubblika-privata dwar komponenti u sistemi elettroniċi għandha tgħaqqad il-mezzi tekniċi u finanzjarji li huma essenzjali għall-ħakma tal-kumplessità tal-pass dejjem aktar mgħaġġel tal-innovazzjoni f’dan il-qasam. Għalhekk, il-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu l-Unjoni, l-Istati Membri u l-Pajjiżi Assoċjati fl-Orizzont 2020 (“Pajjiżi Assoċjati”) fuq bażi volontarja, u l-assoċjazzjonijiet bħala membri privati li jirrappreżentaw il-kumpaniji kostitwenti tagħhom u organizzazzjonijiet oħra attivi fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Ewropa. L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun miftuħa għal membri ġodda. |
(17) |
L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tindirizza suġġetti ddefiniti b’mod ċar li jippermettu industriji Ewropej inġenerali jiddisinjaw, jimmanifatturaw u jużaw l-aktar teknoloġiji innovattivi fis-sistemi u l-komponenti elettroniċi. Jinħtieġ appoġġ finanzjarju fil-livell Ewropew li jkun strutturat u kkoordinat biex jgħin lit-timijiet tar-riċerka u l-industriji Ewropej jibqgħu fuq quddiem nett f’kuntest internazzjonali kompetittiv ħafna, biex jiżgura l-isfruttament industrijali fil-pront u mifrux tat-tmexxija teknoloġika madwar l-Ewropa li jiġġenera effetti konsegwenti importanti għas-soċjetà, biex jaqsam it-teħid tar-riskji u l-għaqda tal-forzi permezz ta’ allinjament tal-strateġiji u l-investimenti lejn interess Ewropew komuni. Wara notifika mill-Istat Membru jew grupp ta’ Stati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-inizjattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL bħala li jikkwalifikaw bħala proġetti importanti ta’ interess komuni Ewropew, kemm-il darba jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha rilevanti. |
(18) |
L-assoċjazzjonijiet privati AENEAS, ARTEMISIA u EPoSS esprimew bil-miktub il-qbil tagħhom li l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tal-Impriża Konġunta ECSEL iseħħu fi ħdan struttura adattata sew għan-natura ta’ sħubija pubblika-privata. Huwa xieraq li l-assoċjazzjonijiet privati jaċċettaw l-Istatuti stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament permezz ta’ ittra ta’ approvazzjoni. |
(19) |
Sabiex tilħaq l-għanijiet tagħha, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju l-aktar fil-forma ta’ għotjiet lill-parteċipanti wara sejħiet għal proposti miftuħa u kompetittivi. Dan l-appoġġ finanzjarju għandu jiġi indirizzat lejn nuqqasijiet tas-suq ippruvati li jimpedixxu l-iżvilupp tal-programm ikkonċernat u għandu jkollu effett ta’ inċentiv b’mod li jibdel l-aġir ta’ min jirċevih. |
(20) |
L-Impriża Konġunta ECSEL għandha topera b’mod miftuħ u trasparenti waqt li tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin lill-korpi adatti tagħha kif ukoll tippromwovi l-attivitajiet tagħha, inkluż attivitajiet ta’ informazzjoni u disseminazzjoni lill-pubbliku ġenerali. Ir-regoli ta’ proċedura tal-korpi tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku. |
(21) |
Fil-valutazzjoni tal-impatt ġenerali tal-Impriża Konġunta ECSEL, għandu jittieħed kont tal-investimenti mill-entitajiet legali kollha għajr l-Unjoni u l-Istati Parteċipanti fl-Impriża Konġunta ECSEL (“Stati Parteċipanti ECSEL”) li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Impriża Konġunta ECSEL. Dawk l-investimenti mistennija li komplessivament jammontaw għal mill-inqas EUR 2 340 000 000. |
(22) |
Sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi kollha attivi fis-suq intern, il-finanzjament ipprovdut mill-Programm Qafas tal-Unjoni għandu jkun imfassal skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex tkun żgurata l-effettività tal-infiq pubbliku u jkunu evitati d-distorsjonijiet tas-suq bħall-iżgombrament tal-investiment privat, il-ħolqien ta’ strutturi tas-suq ineffettivi jew il-preservazzjoni ta’ ditti mhux effiċjenti. |
(23) |
Il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet indiretti ffinanzjati mill-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu konformi mar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Barra minn hekk, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dawk ir-regoli abbażi ta’ miżuri rilevanti adottati mill-Kummissjoni. L-awtoritajiet rilevanti jistgħu jiddeterminaw kriterji speċifiċi dwar l-eliġibbiltà ta’ applikanti individwali sabiex jirċievu fondi mill-Istati Parteċipanti fl-ECSEL. Ir-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż jistgħu jiġu ddeterminati minn Stat Parteċipanti fl-ECSEL meta ma jkunx inkariga l-Impriża Konġunta ECSEL bl-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tiegħu lill-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti. |
(24) |
L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tuża wkoll il-mezzi elettroniċi ġestiti mill-Kummissjoni sabiex jiġu żgurati l-ftuħ, it-trasparenza u l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni fiha. Għalhekk, is-sejħiet għal proposti li tnedew mill-Impriża Konġunta ECSEL għandhom jiġu ppubblikati wkoll fuq il-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll b’mezzi elettroniċi oħra tad-disseminazzjoni tal-Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, data rilevanti fost l-oħrajn dwar proposti, applikanti, għotjiet u parteċipanti għandha tkun disponibbli mill-Impriża Konġunta ECSEL għall-inklużjoni fis-sistemi elettroniċi tar-rappurtar u d-disseminazzjoni fl-Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni, f’format adatt u bil-perjodiċità li tikkorrispondi għall-obbligi tar-rappurtar tal-Kummissjoni. |
(25) |
L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tieħu kont tad-definizzjonijiet tal-OECD rigward il-Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika fil-klassifikazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka teknoloġika, żvilupp ta’ prodotti u dimostrazzjoni. |
(26) |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun ġestita skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda u r-regoli rilevanti dwar il-ġestjoni indiretta stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (10). |
(27) |
Għall-fini ta’ simplifikazzjoni, il-piż amministrattiv għandu jitnaqqas għall-partijiet kollha. Awditi doppji u ammonti ta’ dokumentazzjoni u rappurtar sproporzjonati għandhom jiġu evitati. L-awditi ta’ riċevituri tal-fondi tal-Unjoni taħt dan ir-Regolament għandhom isiru f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1291/2013. |
(28) |
L-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tal-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu protetti b’miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu ta’ nfiq, inkluż il-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa ħażin jew użati b’mod mhux korrett u, fejn xieraq, pieni amministrattivi u finanzjarji skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. |
(29) |
L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Impriża Konġunta ECSEL bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni. |
(30) |
Fid-dawl tan-natura speċifika u l-istatus attwali tal-Impriżi Konġunti, u biex tiġi żgurata l-kontinwità mas-Seba’ Programm Qafas, l-impriżi konġunti għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għal kwittanza separata. B’deroga mill-Artikoli 60(7) u 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għandha għalhekk tingħata mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill. Għalhekk, ir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti fl-Artikolu 60(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 m’għandhomx japplikaw għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta ECSEL iżda għandhom ikunu allinjati kemm jista’ jkun ma’ dawk previsti għall-korpi taħt l-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. L-awditjar tal-kontijiet u tal-legalità u r-regolarità tat-transazzjonijiet sottostanti għandu jitwettaq mill-Qorti tal-Awdituri. |
(31) |
L-Orizzont 2020 għandu jikkontribwixxi għall-għeluq tal-qasma fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-Unjoni permezz tal-promozzjoni tas-sinerġiji mal-Fondi Ewropej Strutturali u ta’ Investiment (ESIF). Għalhekk l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tipprova tiżviluppa interazzjonijiet mill-qrib mal-ESIF, li speċifikament jistgħu jgħinu biex isaħħu kapaċitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni lokali, reġjonali u nazzjonali fil-qasam tal-Impriża Konġunta ECSEL u jirfdu l-isforzi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. |
(32) |
L-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS ġew stabbiliti għal perijodu li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2017. L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tipprovdi appoġġ kontinwat lill-programmi ta’ riċerka fin-nanoelettronika u s-sistemi tal-informatika inkorporata bl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li fadal mibdija taħt ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u (KE) Nru 74/2008 f’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti. It-transizzjoni mill-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS għall-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun allinjata u sinkronizzata mat-transizzjoni mis-Seba’ Programm Qafas għall-Orizzont 2020 biex ikun żgurat l-aħjar użu tal-finanzjament disponibbli għar-riċerka. Fl-interess taċ-ċertezza u ċ-ċarezza legali, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 u (KE) Nru 74/2008, għandhom, għalhekk jitħassru u għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet tranżitorji. |
(33) |
Minħabba li l-għan tal-Orizzont 2020 hu li jikseb aktar simplifikazzjoni u koerenza, is-sejħiet kollha għal proposti taħt l-Impriża Konġunta ECSEL għandhom iqisu t-tul ta’ żmien tal-Programm Qafas Orizzont 2020. |
(34) |
Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tar-riċerka industrijali u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni permezz tal-implimentazzjoni, mill-Impriża Konġunta ECSEL, tal-Inizjattiva Konġunta Teknoloġika dwar “Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea”, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda għaldaqstant, jista’ billi tiġi evitata d-duplikazzjoni bla bżonn, tinżamm il-massa kritika u jiġi żgurat li l-finanzi pubbliċi jintużaw bl-aħjar mod possibbli, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipult f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament jillimita lilu nnifsu għal dak li hu meħtieġ biex biex jinkiseb dak l-objettiv, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Stabbiliment
1. Sabiex tiġi implimentata l-Inizjattiva Konġunta Teknoloġika dwar il-“Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea”, għandha tiġi stabbilita impriża konġunta fis-sens tal-Artikolu 187 TFUE (l-“Impriża Konġunta ECSEL”) għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024. Sabiex jittieħed kont tat-tul ta’ żmien tal-Orizzont 2020, is-sejħiet għal proposti taħt l-Impriża Konġunta ECSEL għandhom jitnedew sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020. F’każijiet debitament iġġustifikati, is-sejħiet għal proposti jistgħu jitnedew sal-31 ta’ Diċembru 2021.
2. L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur għall-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS, stabbiliti permezz tar-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u (KE) Nru 74/2008.
3. L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun korp fdat bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
4. L-Impriża Konġunta ECSEL għandu jkollha personalità legali. Fl-Istati Membri kollha, għandha tgawdi l-kapaċità legali l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet ta’ dawk l-Istati Membri. Tista’, b’mod partikolari, takkwista jew tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u tista’ tkun parti fi proċedimenti legali.
5. Is-sede tal-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun fi Brussell, il-Belġju.
6. L-Istatuti tal-Impriża Konġunta ECSEL(“l-Istatuti”) huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni
1. L-Impriża Konġunta ECSEL għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin:
(a) |
li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 u b’mod partikolari l-parti II tad-Deċiżjoni 2013/743/UE; |
(b) |
li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ industrija ta’ komponenti u sistemi elettroniċi b’saħħithom u kompetittivi globalment fl-Unjoni; |
(c) |
li tiżgura d-disponibbiltà ta’ komponenti u sistemi elettroniċi għas-swieq ewlenin u għall-indirizzar tal-isfidi tas-soċjetà, sabiex l-Ewropa tinżamm fuq quddiem nett tal-iżvilupp tat-teknoloġija, jingħalaq id-distakk bejn ir-riċerka u l-isfruttament tal-innovazzjoni, jissaħħu l-kapaċitajiet tal-innovazzjoni u jinħoloq tkabbir ekonomiku u fl-impjiegi fl-Unjoni; |
(d) |
li tallinja l-istrateġiji mal-Istati Membri biex jattiraw l-investiment privat u biex jikkontribwixxu għall-effettività tal-appoġġ pubbliku billi tkun evitata d-duplikazzjoni inutli u l-frammentazzjoni tal-isforzi, u billi tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ atturi involuti fir-riċerka u l-innovazzjoni; |
(e) |
li tinżamm u tikber il-kapaċità tal-manifattura tas-semikondutturi u tas-sistemi intelliġenti fl-Ewropa, inkluż pożizzjoni fuq quddiem nett fit-tagħmir tal-manifattura u l-ipproċessar tal-materjali; |
(f) |
li tiżgura u ssaħħaħ pożizzjoni ta’ kmand fit-tfassil u l-inġinerija tas-sistemi inkluż it-teknoloġiji inkorporati; |
(g) |
li tipprovdi aċċess għall-partijiet interessati kollha għal infrastruttura ta’ klassi dinjija tat-tfassil u l-manifattura ta’ komponenti elettroniċi u sistemi inkorporati/ċiberfiżiċi u intelliġenti; u |
(h) |
li tiżviluppa ekosistema dinamika li tinvolvi l-Impriżi Żgħar u Medji (SMEs), u b’hekk issaħħaħ raggruppamenti eżistenti u trawwem il-ħolqien ta’ raggruppamenti ġodda f’oqsma promettenti ġodda. |
2. L-ambitu tal-ħidma għall-Impriża Konġunta ECSEL għandu jibni fuq ir-riżultati miksuba mill-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS, mill-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea EPoSS u mill-ħidma ffinanzjata permezz ta’ programmi nazzjonali u Ewropej oħra. Hija se trawwem, b’mod xieraq u bbilanċjat, żviluppi ġodda u sinerġiji fost l-oqsma ewlenin li ġejjin:
(a) |
teknoloġiji tad-disinn, proċess u integrazzjoni, tagħmir, materjali u manifattura għall-mikro u n-nanoelettronika filwaqt li timira lejn il-minjaturizzazzjoni, id-diversifikazzjoni u d-differenzjazzjoni, integrazzjoni eteroġenea; |
(b) |
proċessi, metodi, għodod u pjattaformi, disinji ta’ referenza u arkitettura, għal softwer u/jew sistemi inkorporati/ċiberfiżiċi intensi fil-kontroll, l-indirizzar ta’ konnettività u interoperabbiltà mingħajr diskontinwità, is-sikurezza funzjonali, disponibbiltà għolja, u s-sigurtà għal applikazzjonijiet professjonali u għall-pubbliku ġenerali, u servizzi konnessi; u |
(c) |
approċċi multidixxiplinarji għal sistemi intelliġenti, appoġġati minn żviluppi fid-disinn ħolistiku u l-manifattura avvanzata biex jiġu attwati sistemi intelliġenti indipendenti u adattabbli li jkollhom interfaċċi sofistikati u li joffru funzjonalitajiet kumplessi bbażati fuq pereżempju, l-integrazzjoni mingħajr diskontinwità ta’ detezzjoni, attwazzjoni, ipproċessar, provvista tal-enerġija u netwerking. |
Artikolu 3
Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta ECSEL, inklużi l-approprjazzjonijiet EFTA, biex tkopri l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż operazzjonali mma għandhiex tkun iktar minn EUR 1 184 874 000. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati lill-Programm Speċifiku, li jimplimenta l-Orizzont 2020 (2014-2020), stabbilit bid-Deċiżjoni 2013/743/UE. L-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tiġi fdata lill-Impriża Konġunta ECSEL li taġixxi bħala korp imsemmi fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 skont il-punt (c)(iv) tal-Artikolu 58(1), l-Artikoli 60 u 61 ta’ dak ir-Regolament.
2. L-arranġamenti għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti fi ftehim ta’ delega u ftehimiet ta’ trasferiment ta’ fondi annwali li jridu jintlaħqu bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-Impriża Konġunta ECSEL.
3. Il-ftehim ta’ delega msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu jindirizza l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 58(3) u l-Artikoli 60 u 61 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u fl-Artikolu 40 tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 kif ukoll fost oħrajn dawn li ġejjin:
(a) |
ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta ECSEL rigward l-indikaturi tal-prestazzjoni rilevanti msemmijin fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/743/UE; |
(b) |
ir-rekwiżiti għall-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta ECSEL fid-dawl tal-monitoraġġ imsemmi fl-Anness III għad-Deċiżjoni 2013/743/UE; |
(c) |
l-indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi relatati mat-tħaddim tal-Impriża Konġunta ECSEL; |
(d) |
l-arranġamenti rigward il-forniment ta’ data neċessarja biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tista’ tilħaq l-obbligi tagħha ta’ disseminazzjoni u rappurtar kif imsemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013; inkluż fuq il-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ disseminazzjoni oħrajn tal-Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni; |
(e) |
dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti tal-Impriża Konġunta ECSEL anke fuq il-portal waħdieni għall-parteċipanti kif ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ disseminazzjoni oħrajn tal-Orizzont 2020 ġestiti mill-Kummissjoni; |
(f) |
l-użu ta’ riżorsi umani u l-bidliet li jsirulhom, b’mod partikolari r-reklutaġġ skont il-grupp ta’ funzjoni, grad u kategorija, l-eżerċizzju tal-klassifikazzjoni mill-ġdid u kwalunkwe tibdil fl-għadd tal-membri tal-persunal. |
Artikolu 4
Kontribuzzjonijiet ta’ membri għajr l-Unjoni
1. L-Istati Parteċipanti fl-ECSEL għandhom jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż operazzjoni tal-Impriża Konġunta ECSEL li tikkorrispondi għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Hu previst l-ammont ta’ mill-inqas EUR 1 170 000 000 għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1.
2. Il-membri privati tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom jagħmlu jew jieħdu ħsieb li l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom jagħmlu kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta ECSEL. Hu previst l-ammont ta’ mill-inqas EUR 1 657 500 000 għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1.EUR
3. Il-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkonsistu f’kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta ECSEL stipulati fl-Artikolu 16(2), punt (b) tal-Artikolu 16(3) u l-punt (c) tal-Artikolu 16(3) tal-Istatuti.
4. Il-Membri tal-Impriża Konġunta ECSEL minbarra l-Unjoni għandhom jirrappurtaw sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena lill-Bord tat-Tmexxija fuq il-valur tal-kontribuzzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2 li jkunu saru f’kull waħda mis-snin finanzjarji preċedenti.
5. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 16(3) tal-Istatuti, l-ispejjeż għandhom ikunu determinati skont il-prattiki normali tal-kontabbiltà tal-ispejjeż tal-entitajiet ikkonċernati, l-istandards tal-kontabbiltà tal-pajjiż fejn tkun stabbilita l-entità, jew -Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà u l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju applikabbli. L-ispejjeż għandhom ikunu ċċertifikati minn awditur estern indipendenti maħtur mill-entità kkonċernata. Il-metodu tal-valutazzjoni jista’ jiġi vverifikat mill-Impriża Konġunta ECSEL, jekk ikun hemm xi inċertezza li toħroġ miċ-ċertifikazzjoni. F’każ li jifdal xi inċertezzi, jista’ jiġi awditjat mill-Impriża Konġunta ECSEL.
6. Il-Kummissjoni tista’ twettaq azzjonijiet ta’ rimedju u possibbilment iġġib fi tmiem, tnaqqas proporzjonalment jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta ECSEL jew tagħti bidu għall-proċedura tal-istralċ imsemmija fl-Artikolu 26(2) tal-Istatuti jekk membri għajr l-Unjoni, inklużi l-entitajiet kostitwenti u entitajiet affiljati tagħhom, ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu parzjalment biss jew jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 5
Regoli finanzjarji
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tadotta r-regoli finanzjarji speċifiċi tagħha skont l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 (11).
Artikolu 6
Persunal
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (12) (“Regolamenti tal-Persunal” u “Kundizzjonjiet ta’ Impjieg”) u r-regoli adottati b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jiġu applikati r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijet ta’ Impjieg għall-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL.
2. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jeżerċita, fir-rigward tal-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL, il-poteri mogħtija bir-Regolamenti tal-Persunal lill-Awtorità li Taħtar u bil-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg lill-Awtorità li għandha l-poter li tikkonkludi kuntratti (“is-setgħat tal-awtorità li taħtar”).
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu, skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, jadotta deċiżjoni, abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg, filwaqt li jiddelega s-setgħat tal-awtorità rilevanti li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li jwasslu sabiex din id-delega tkun tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.
Fejn ikunu meħtieġa ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Bord ta’ Tmexxija jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tal-poteri tal-awtorità li taħtar lid-Direttur Eżekuttiv u kwalunkwe sottodelegazzjoni sussegwenti ta’ dawk il-poteri minn dan tal-aħħar. F’tali każijiet il-Bord ta’ Tmexxija għandu jeżerċita l-poteri ta’ awtorità li tawtorizza huwa stess jew għandu jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL barra mid-Direttur Eżekuttiv.
3. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni adatti li jagħtu effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.
4. Ir-riżorsi tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fit-tabella tal-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL, bl-indikazzjoni tal-għadd ta’ postijiet temporanji skont il-grupp ta’ funzjoni u l-grad, kif ukoll skont l-għadd ta’ persunal kuntrattwali espress fl-ekwivalenti tagħhom full-time, konformi mal-baġit annwali tagħha.
5. Il-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL għandu jikkonsisti minn aġenti temporanji u persunal kuntrattwali.
6. L-ispejjeż kollha relatati mal-persunal għandhom jiġġarrbu mill-Impriża Konġunta ECSEL.
Artikolu 7
Esperti nazzjonali ssekondati u apprendisti
1. L-Impriża Konġunta ECSEL tista’ tagħmel użu minn esperti nazzjonali ssekondati u apprendisti mhux impjegati mill-Impriża Konġunta ECSEL. L-għadd ta’ esperti nazzjonali ssekondati espress fl-ekwivalenti tagħhom full-time għandu jiżdied mal-informazzjoni dwar ir-riżorsi tal-persunal kif imsemmija fl-Artikolu 6(4) b’konformità mal-baġit annwali.
2. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Impriża Konġunta ECSEL u dwar l-użu ta’ apprendisti.
Artikolu 8
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll Nru 7 dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-TFUE għandu japplika għall-Impriża Konġunta ECSEL u l-persunal tagħha.
Artikolu 9
Responsabbiltà tal-Impriża Konġunta ECSEL
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet kuntrattwali rilevanti u mil-liġi applikabbli għall-ftehim, id-deċiżjoni jew il-kuntratt ikkonċernat.
2. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull dannu kkawżat mill-persunal tagħha fil-qadi ta’ dmirijiethom.
3. Kwalunkwe pagament mill-Impriża Konġunta ECSEL fir-rigward tar-responsabbiltà msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u l-ispejjeż u l-infiq mġarrba b’rabta ma’ dan għandhom jitqiesu bħala nefqa tal-Impriża Konġunta ECSEL u għandhom jiġu koperti mir-riżorsi tagħha.
4. L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun unikament responsabbli għall-ilħuq tal-obbligi tagħha.
Artikolu 10
Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-liġi applikabbli
1. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni:
(a) |
fir-rigward ta’ kull klawżola ta’ arbitraġġ li tinsab fil-ftehimiet u kuntratti konklużi mill-Impriża Konġunta ECSEL, jew fid-deċiżjonijiet tagħha; |
(b) |
f’tilwim relatat ma’ kumpens għal dannu kkawżat mill-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL fit-twettiq ta’ dmirijietu; |
(c) |
fi kwalunkwe tilwima bejn l-Impriża Konġunta ECSEL u l-persunal tagħha fil-limiti u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg. |
2. Fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni li tinvolvi Pajjiż Assoċjat, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-ftehimiet rilevanti.
3. Fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti legali oħra tal-Unjoni, għandha tapplika l-liġi tal-Istat ta’ fejn tinsab is-sede tal-Impriża Konġunta ECSEL.
Artikolu 11
Evalwazzjoni
1. Sat-30 ta’ Ġunju 2017, il-Kummissjoni għandha twettaq, bl-għajnuna ta’ esperti indipendenti, evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta ECSEL, li għandha tivvaluta b’mod partikolari l-livell ta’ parteċipazzjoni fi, u l-kontribuzzjonijiet lil, l-azzjonijiet indiretti kemm mill-membri privati kif ukoll mill-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom, u wkoll minn entitajiet legali oħra. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar dik l-evalwazzjoni li tinkludi konklużjonijiet tal-evalwazzjoni u l-osservazzjonijiet mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2017. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom jitqiesu fil-valutazzjoni fid-dettall u fl-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.
2. Abbażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni interim imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ taġixxi skont l-Artikolu 4(6) jew tieħu kwalunkwe azzjoni xierqa.
3. Fi żmien sitt xhur mill-istralċ tal-Impriża Konġunta ECSEL, iżda sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-bidu tal-proċedura tal-istralċ imsemmija fl-Artikolu 26 tal-Istatuti, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tal-Impriża Konġunta ECSEL. Ir-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni finali għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Artikolu 12
Kwittanza
Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 60(7) u l-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għandha tingħata mill-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill f’konformità mal-proċedura prevista fir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta ECSEL.
Artikolu 13
Awditi ex-post
1. L-Impriża Konġunta ECSEL għandha twettaq awditi ex-post tal-infiq fuq azzjonijiet indiretti skont l-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013 bħala parti mill-azzjonijiet indiretti tal-Orizzont 2020.
2. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li twettaq hija stess l-awditi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. F’tali każijiet, għandha tagħmel dan f’konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE, Euratom) Nru 966/2012 (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013.
Artikolu 14
Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni
1. L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tagħti aċċess lill-persunal tal-Kummissjoni u lil persuni oħra awtorizzati mill-Impriża Konġunta ECSEL jew mill-Kummissjoni, kif ukoll mill-Qorti tal-Awdituri, għas-siti u l-bini tagħha u għall-informazzjoni kollha, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, meħtieġa biex iwettqu l-awditi tagħhom.
2. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki fuq il-post u spezzjonijiet, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (13) u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività oħra illegali li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ ftehim, deċiżjoni jew kuntratt iffinanzjat skont dan ir-Regolament.
3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, il-ftehimiet, deċiżjonijiet u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu l-poter lill-Kummissjoni, lill-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu dawn l-awditi u l-investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
4. L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-membri tagħha jitħarsu b’mod xieraq billi twettaq jew tqabbad lil min iwettaq kontrolli interni u esterni xierqa.
5. L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tissieħeb fil-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fir-rigward ta’ investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (15). L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tiffaċilita l-investigazzjonijiet interni mmexxija minn OLAF.
Artikolu 15
Kunfidenzjalità
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tiżgura l-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittiva li l-iżvelar tagħha jista’ jagħmel ħsara lill-interessi tal-membri tagħha jew tal-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL.
Artikolu 16
Trasparenza
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) għandu japplika għal dokumenti miżmuma mill-Impriża Konġunta ECSEL.
2. Il-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta ECSEL jista’ jadotta l-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
3. Mingħajr preħudizzju għall-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament, deċiżjonijiet meħuda mill-Impriża Konġunta ECSEL skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment lill-Ombudsman skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 228 TFUE.
Artikolu 17
Regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni
1. Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 għandu japplika għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Impriża Konġunta ECSEL. F’konformità ma’ dak ir-Regolament, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha titqies bħala korp li jiffinanzja u għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-azzjonijiet indiretti kif stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu (1) tal-Istatuti.
2. L-awtoritajiet ta’ finanzjament rilevanti jistgħu jiddeterminaw kriterji speċifiċi dwar l-eliġibbiltà ta’ applikanti individwali sabiex jirċievu fondi mill-Istati Parteċipanti fl-ECSEL. Dawk il-kriterji jistgħu jkopru, fost oħrajn, it-tip ta’ applikant, inkluż l-istatus legali u l-fini, il-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà u l-fattibbiltà, inkluż is-solidità finanzjarja, u t-twettiq tal-obbligi fiskali u soċjali.
3. Meta Stat Parteċipanti fl-ECSEL ma jinkarigax lill-Impriża Konġunta ECSEL bl-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tiegħu lill-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti permezz tal-ftehimiet ta’ għotja mal-parteċipanti konklużi mill-Impriża Konġunta ECSEL, jista’ jiddetermina regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż għall-finanzjament tal-parteċipanti.
4. Il-kriterji speċifiċi u r-regoli msemmija f’dan l-Artikolu għandhom ikunu inklużi fil-pjan ta’ ħidma.
Artikolu 18
Appoġġ mill-Istat ospitanti
Jista’ jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn l-Impriża Konġunta ECSEL u l-Istat tas-sede tagħha fir-rigward tal-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li għandu jiġi pprovdut minn dak l-Istat lill-Impriża Konġunta ECSEL.
Artikolu 19
Revoka u dispożizzjonijiet transizzjonali
1. Ir-Regolament (KE) Nru 72/2008 u r-Regolament (KE) Nru 74/2008 huma b’dan revokati.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u (KE) Nru 74/2008 inklużi pjanijiet ta’ implimentazzjoni annwali adottati skont dawk ir-Regolamenti għandhom ikomplu jiġu regolati skont dawk ir-Regolamenti sat-tlestija tagħhom.
3. Barra mill-kontribuzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament, il-kontribuzzjonijiet li ġejjin għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom jitħallsu tul il-perijodu 2014-2017 biex jitlestew l-azzjonijiet imnedija skont ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u (KE) Nru 74/2008:
(a) |
EUR 2 050 000 mill-Unjoni; |
(b) |
EUR 1 430 000 mill-assoċjazzjoni AENEAS; |
(c) |
EUR 975 000 mill-assoċjazzjoni ARTEMISIA. |
L-evalwazzjoni interim imsemmija fl-Artikolu 11(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tinkludi evalwazzjoni finali tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS skont ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u (KE) Nru 74/2008.
4. Id-Direttur Eżekuttiv maħtur abbażi tar-Regolament (KE) Nru 72/2008, għall-perijodu tal-mandat li jifdal, għandu jingħata l-funzjonijiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL kif stipulat f’dan ir-Regolament b’effett ms-27 ta' Ġunju 2014. Il-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tad-Direttur Eżekuttiv għandhom jibqgħu kif kienu.
5. Jekk id-Direttur Eżekuttiv maħtur skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu kien jinsab fl-ewwel mandat tiegħu/tagħha, għandu jiġi/tiġi maħtur/a għall-bqija ta’ dak il-mandat bil-possibbiltà li dan jiġi estiż sa erba’ snin f’konformità mal-Artikolu 8(4) tal-Istatuti. Jekk id-Direttur Eżekuttiv maħtur skont il-paragrafu 4 jinsab fit-tieni mandat tiegħu/tagħha, dak il-mandat ma jistax jiġi estiż. Id-Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra tal-għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perijodu globali tal-mandat tiegħu/tagħha.
6. Il-kuntratt tal-impjieg tad-Direttur Eżekuttiv maħtur abbażi tar-Regolament (KE) Nru 74/2008 għandu jiġi mitmum qabel is-27 ta’ Ġunju 2014.
7. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 u 5, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal reklutat skont ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u (KE) Nru 74/2008. Il-kuntratti tagħhom jistgħu jiġġeddu skont dan ir-Regolament bi qbil mar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg u f’konformità mal-limitazzjonijiet baġitarji tal-Impriża Konġunta ECSEL.
8. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għandu jlaqqa’ l-ewwel laqgħa tal-Bord ta’ Tmexxija u tal-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi.
9. Sakemm ma jkunx hemm ftehim mod ieħor bejn il-membri tal-Impriża Konġunta ENIAC u tal-Impriża Konġunta ARTEMIS skont ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u (KE) Nru 74/2008, id-drittijiet u l-obbligi kollha, inklużi assi, dejn jew responsabbiltajiet tal-membri tal-Impriżi Konġunti skont dawk ir-Regolamenti għandhom jiġu ttrasferiti lill-membri tal-Impriżi Konġunti ECSEL skont dan ir-Regolament.
10. Kwalunkwe approprjazzjonijiet mhux użati skont ir-Regolamenti (KE) Nru 72/2008 u (KE) Nru 74/2008 għandhom jiġu trasferiti lill-Impriża Konġunta ECSEL. Kull ammont dovut mill-Assoċjazzjoni AENEAS u l-Assoċjazzjoni ARTEMISIA għall-approprjazzjonijiet amministrattivi tal-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS matul il-perijodu 2008-2013 għandu jiġi ttrasferit lill-Impriża Konġunta ECSEL skont l-arranġamenti li jridu jiġu miftiehma mal-Kummissjoni.
Artikolu 20
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS
(1) Opinjoni tal-10 ta’ Diċembru 2013 [għadha mhijiex ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali].
(2) Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86).
(4) Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 — Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965).
(6) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 stabbilixxa l-Impriża Konğunta ENIAC (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21).
(7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter [Sistemi ta’ Informatika Inkorporata] (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52).
(8) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(9) Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’“Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020)” (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).
(10) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
(11) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata imsemmija fl- Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2).
(12) Regolament (KEE, Euratom, KEFA) nru 259/68 tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 1968 li jistipula ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol għal impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej u jistabbilixxi miżuri speċjali temporanjament applikabbli għall-uffiċjali tal-Kummissjoni (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).
(13) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(14) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal- Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(15) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(16) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
ANNESS
STATUTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA ECSEL
Artikolu 1
Kompiti
L-Impriża Konġunta ECSEL għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:
(a) |
tappoġġa finanzjarjament l-azzjonijiet indiretti tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-aktar fil-forma ta’ għotjiet; |
(b) |
tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tal-Impriża Konġunta ECSEL; |
(c) |
tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib u tiżgura koordinazzjoni ma’ attivitajiet nazzjonali u transnazzjonali, u korpi u partijiet interessati Ewropej (b’mod partikolari Orizzont 2020), bil-għan li trawwem ambjent fertili ta’ innovazzjoni fl-Ewropa, li joħloq sinerġiji u jtejjeb l-isfruttament tar-riżultati ta’ riċerka u innovazzjoni fil-qasam tas-sistemi u komponenti elettroniċi; |
(d) |
tiddefinixxi u tagħmel kull aġġustament meħtieġ għall-pjan strateġiku pluriennali; |
(e) |
tfassal u timplimenta kull aġġustament meħtieġ għat-twettiq tal-pjan strateġiku pluriennali; |
(f) |
tagħti bidu għal sejħiet għal proposti, tevalwa il-proposti, u tagħti fondi lil azzjonijiet indiretti permezz ta’ proċeduri miftuħa u trasparenti ġewwa l-limiti tal-fondi disponibbli; |
(g) |
tippubblika informazzjoni dwar l-azzjonijiet indiretti; |
(h) |
tissorvelja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti u tieħu ħsieb il-ftehimiet jew id-deċiżjonijiet dwar l-għotja; |
(i) |
tissorvelja l-progress ġenerali lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-Impriża Konġunta ECSEL; |
(j) |
tingaġġa f’attivitajiet ta’ informazzjoni, komunikazzjoni, sfruttament u disseminazzjoni permezz ta’ applikazzjoni mutatis mutandis tal-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1291/2013, inkluż li l-informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tas-sejħiet għal proposti tkun disponibbli u aċċessibbli fuq bażi ta’ data elettronika komuni tal-Orizzont 2020; |
(k) |
tikkoordina ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati inklużi organizzazzjonijiet ta’ riċerka u universitajiet; |
(l) |
kwalunkwe xogħol ieħor meħtieġ biex jinkisbu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Membri
1. |
Il-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu:
|
2. |
Il-pajjizi li huma membri tal-Impriża Konġunta ECSEL huma msemmija f'dawn l-Istatuti bħala ‘Stati Parteċipanti fl-ECSEL’. Kull Stat Parteċipanti fl-ECSEL għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu fil-korpi tal-Impriża Konġunta ECSEL u għandu jaħtar l-entità jew l-entitajiet nazzjonali responsabbli għat-twettiq tal-obbligi tiegħu fir-rigward tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL. |
3. |
F’dawn l-Istatuti, l-Istati Parteċipanti fl-ECSEL flimkien mal-Kummissjoni jissemmew bħala ‘l-awtoritajiet pubbliċi’ tal-Impriża Konġunta ECSEL. |
4. |
F’dawn l-Istatuti, l-assoċjazzjonijiet privati jissemmew bħala l-‘membri privati’ tal-Impriża Konġunta ECSEL u l-entitajiet kostitwenti huma l-entitajiet li jikkostitwixxu kull membru privat, kif iddefinit fl-istatuti ta’ dak il-membru privat, huma msemijin bħala “entitajiet kostitwenti”. |
Artikolu 3
Bidliet fis-sħubija
1. |
L-Istati Membri jew il-Pajjiżi Assoċjati li mhumiex elenkati fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) għandhom isiru membri tal-Impriża Konġunta ECSEL wara notifika lill-Bord ta’ Tmexxija dwar l-aċċettazzjoni tagħhom bil-miktub ta’ dawn l-Istatuti u ta’ kull dispożizzjoni oħra li tirregola l-funzjonament tal-Impriża Konġunta ECSEL. |
2. |
Sakemm dawn jikkontribwixxu għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 16(4) biex jinkisbu l-għanijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament u li jaċċettaw dawn l-Istatuti, l-entitajiet li ġejjin jistgħu japplikaw biex isiru membri tal-Impriża Konġunta ECSEL:
|
3. |
Kull applikazzjoni għas-sħubija fl-Impriża Konġunta ECSEL magħmula f’konformità mal-paragrafu 2 għandha tkun indirizzata lill-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta ECSEL. Huwa għandu jevalwa l-applikazzjoni filwaqt li jqis ir-rilevanza u l-valur miżjud potenzjali tal-applikant fir-rigward tal-kisba tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL u għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni. |
4. |
Kwalunkwe membru jista’ jtemm s-sħubija tiegħu fl-Impriża Konġunta ECSEL. Dan it-tmiem għandu jsir effettiv u irrevokabbli sitt xhur wara n-notifika lill-membri l-oħra. Sa mid-data tat-tmiem, il-membru preċedenti għandu jiġi rrilaxxat mill-obbligi kollha għajr dawk approvati jew li jkunu saru mill-Impriża Konġunta ECSEL qabel in-notifika tat-tmiem tas-sħubija. |
5. |
Is-sħubija fl-Impriża Konġunta ECSEL ma tistax tiġi ttrasferita lil parti terza ħlief bl-approvazzjoni minn qabel tal-Bord ta’ Tmexxija. |
6. |
Meta jsir xi tibdil għas-sħubija skont dan l-Artikolu, lL-Impriża Konġunta ECSEL għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha immedjatament lista aġġornata tal-membri flimkien mad-data ta’ tali tibdil. |
Artikolu 4
Organizzazzjoni tal-Impriża Konġunta ECSEL
Il-korpi tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għandhom ikunu:
(a) |
il-Bord ta’ Tmexxija; |
(b) |
id-Direttur Eżekuttiv; |
(c) |
il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi; |
(d) |
il-Bord tal-Membri Privati. |
Artikolu 5
Kompożizzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL.
Kull Membru tal-Impriża Konġunta ECSEL għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu u delegat mexxej li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot tal-membru fil-Bord ta’ Tmexxija.
Artikolu 6
Funzjonament tal-Bord ta’ Tmexxija
1. |
Id-drittijiet tal-vot fil-Bord ta’ Tmexxija għandhom jitqassmu kif ġej:
Il-membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ mill-inqas 75 % tal-voti kollha, inklużi l-voti tal-membri assenti. |
2. |
Għall-ewwel sentejn finanzjarji, id-drittijiet tal-vot tal-Istati Parteċipanti fl-ECSEL għandhom jitqassmu kif ġej:
Għas-snin finanzjarji sussegwenti, id-distribuzzjoni tad-drittijiet tal-voti tal-Istati Parteċipanti fl-ECSEL għandha tiġi stabbilita annwalment u fi proporzjon mal-fondi li jkunu ikommettew għall-azzjonijiet indiretti tul l-aħħar sentejn finanzjarji. Id-drittijiet tal-vot tal-membri privati għandhom jitqassmu b’mod indaqs fost l-assoċjazzjonijiet privati sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Bord tal-Membri Privati. Id-drittijiet tal-vot għal kull membru ġdid tal-Impriża Konġunta ECSEL li mhuwiex Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat għandhom jiġu determinati mill-Bord ta’ Tmexxija qabel l-adeżjoni ta’ dan il-membru għall-Impriża Konġunta ECSEL. |
3. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jeleġġi president għal perijodu ta’ mill-inqas sena. |
4. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jagħmel il-laqgħat ordinarji tiegħu mill-inqas darbtejn fis-sena. Huwa jista’ jorganizza laqgħat straordinarji fuq talba tal-Kummissjoni, tal-maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Istati Parteċipanti fl-ECSEL, tal-maġġoranza tal-membri privati, fuq talba tal-president, fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv skont l-Artikolu 16(5). Il-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jissejħu mill-president tiegħu u għandhom normalment iseħħu fis-sede tal-Impriża Konġunta ECSEL. Il-kworum tal-Bord ta’ Tmexxija għandu jkun kostitwit mill-Kummissjoni, mill-membri privati u mill-inqas tliet delegati mexxejja tal-Istati Parteċipanti fl-ECSEL. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm mhux deċiż mod ieħor mill-Bord ta’ Tmexxija, iżda ma għandux ikollu drittijiet tal-vot. Il-Bord ta’ Tmexxija jista’ jistieden, fuq bażi ta’ każ b’każ, persuni oħra biex jattendu għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi, b’mod partikolari rappreżentanti ta’ awtoritajiet reġjonali fi ħdan l-Unjoni. |
5. |
Ir-rappreżentanti tal-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL ma għandhomx jinżammu personalment responsabbli għal azzjonijiet imwettqa fil-kapaċità tagħhom bħala rappreżentanti fuq il-Bord ta’ Tmexxija. |
6. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. |
Artikolu 7
Kompiti tal-Bord ta’ Tmexxija
1. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jkollu r-responsabbiltà ġenerali għall-orjentazzjoni strateġika u l-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL u għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha. |
2. |
Il-Kummissjoni, fir-rwol tagħha fuq il-Bord tat-Tmexxija, għandha tara li tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL u l-attivitajiet rilevanti tal-Orizzont 2020 bil-ħsieb li jiġu promossi sinerġiji meta jiġu identifikati prijoritajiet koperti mir-riċerka kollaborattiva. |
3. |
Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jwettaq b’mod partikolari il-kompiti li ġejjin:
|
Artikolu 8
Ħatra, terminazzjoni jew estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv
1. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta’ Tmexxija, minn lista ta’ kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-Kummissjoni għandha tassoċja r-rappreżentazzjoni mill-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta ECSEL fil-proċedura tal-għażla skont kif xieraq. B’mod partikolari, rappreżentanza xierqa mill-membri l-oħra tal-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun żgurata fil-fażi ta’ qabel l-għażla tal-proċedura tal-għażla. Għal dak l-għan, l-Istati Parteċipanti fl-ECSEL u l-membri privati għandhom jaħtru bi qbil komuni rappreżentant kif ukoll osservatur f’isem il-Bord ta’ Tmexxija. |
2. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun membru tal-persunal u għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Impriża Konġunta ECSEL skont il-punt (a) tal-Artikolu 2 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg. Sabiex jiġi konkluż il-kuntratt mad-Direttur Eżekuttiv, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun rappreżentata mill-president tal-Bord ta’ Tmexxija. |
3. |
Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ tliet snin. Sa tmiem dak il-perijodu, il-Kummissjoni, li tassoċja l-Istati Parteċipanti fl-ECSEL u l-membri privati kif xieraq għandha tagħmel valutazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u tal-kompiti u l-isfidi futuri tal-Impriża Konġunta ECSEL. |
4. |
Il-Bord ta’ Tmexxija, huwa u jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal perjodu mhux aktar minn erba’ snin. |
5. |
Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu ġie estiż jista’ ma jipparteċipax fi proċedura tal-għażla oħra għall-istess post fi tmiem il-perijodu kollu. |
6. |
Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss fuq deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija fuq proposta mill-Kummissjoni li tassoċja l-Istati Parteċipanti fl-ECSEL u l-membri privati kif xieraq. |
Artikolu 9
Kompiti tad-Direttur Eżekuttiv
1. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun il-kap eżekuttiv responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum tal-Impriża Konġunta ECSEL f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija. |
2. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Impriża Konġunta ECSEL. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli lejn il-Bord ta’ Tmexxija. |
3. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL. |
4. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu, b’mod partikolari, jwettaq dawn il-kompiti li ġejjin b’mod indipendenti:
|
5. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwaqqaf Uffiċċju tal-Programm għall-eżekuzzjoni, taħt ir-responsabbiltà tiegħu jew tagħha, tal-ħidmiet ta’ sostenn kollha li joħorġu minn dan ir-Regolament. L-Uffiċċju tal-Programm għandu jkun magħmul mill-persunal tal-Impriża Konġunta ECSEL u għandu b’mod partikolari jwettaq l-kompiti li ġejjin:
|
Artikolu 10
Kompożizzjoni tal-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi
Il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jikkonsisti mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi tal-Impriża Konġunta ECSEL.
Kull awtorità pubblika trid taħtar ir-rappreżentanti tagħha u delegat ewlieni li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot fil-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi.
Artikolu 11
Funzjonament tal-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi
1. |
Id-drittijiet tal-vot fil-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandhom jingħataw lill-awtoritajiet pubbliċi fuq bażi annwali proporzjonalment għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għal dik is-sena skont l-Artikolu 18(4), u mal-limitu massimu għal kwalunkwe membru ta’ 50 % tat-total tad-drittijiet tal-vot fil-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi. Jekk inqas minn tliet Stati Parteċipanti fl-ECSEL ikunu kkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom skont l-Artikolu 18(4), il-Kummissjoni għandha żżomm 50 % tad-drittijiet tal-vot u l-50 % li jifdal għandhom jitqassmu ndaqs bejn l-Istati Parteċipanti fl-ECSEL. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ mill-inqas 75 % tal-voti kollha, inklużi l-voti tal-Istati Parteċipanti fl-ECSEL li mhumiex preżenti. Kull awtorità pubblika għandu jkollha dritt tal-veto fuq il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernaw l-użu tal-kontribut tagħha lill-Impriża Konġunta ECSEL. |
2. |
Il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jeleġġi l-president tiegħu għal perijodu ta’ mill-inqas sentejn. |
3. |
Il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jsejjaħ il-laqgħat ordinarji tiegħu mill-inqas darbtejn fis-sena. Jista’ jsejjaħ laqgħat straordinarji fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-maġġoranza tar-rappreżentanti tal-Istati Parteċipanti fl-ECSEL, jew fuq talba tal-president. Il-laqgħat tal-Bord ta’ Tmexxija għandhom jissejħu mill-president tiegħu u għandhom normalment iseħħu fis-sede tal-Impriża Konġunta ECSEL. Il-kworum tal-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jkun ikkostitwit mill-Kummissjoni, u mill-inqas tliet delegati mexxejja tal-Istati Parteċipanti fl-ECSEL. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, sakemm mhux deċiż mod ieħor mill-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi, iżda ma għandux ikollu drittijiet tal-vot. Kwalunkwe Stat Membru jew Pajjiż Assoċjat li ma jkunx membru tal-Impriża Konġunta ECSEL jista’ jipparteċipa fil-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi bħala osservatur. L-osservaturi għandhom jirċievu d-dokumenti kollha rilevanti u jistgħu jagħtu parir dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi. Kull tali osservatur ser ikun marbut mir-regoli ta’ kunfidenzjalità li japplikaw għall-membri tal-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi. Il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi jista’ jaħtar gruppi ta’ ħidma fejn meħtieġ taħt il-koordinazzjoni ġenerali ta’ awtorità pubblika waħda jew aktar. Il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. |
Artikolu 12
Kompiti tal-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi
Il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi għandu:
(a) |
jiżgura li jiġu applikati sew il-prinċipji tat-trattament ġust u tat-trasparenza fl-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-parteċipanti fl-azzjonijiet indiretti; |
(b) |
japprova r-regoli tal-proċedura għal sejħiet għall-proposti, u għall-evalwazzjoni, l-għażla u l-monitoraġġ tal-azzjonijiet indiretti; |
(c) |
japprova t-tnedija tas-sejħiet għall-proposti, skont il-pjan ta’ ħidma annwali; |
(d) |
jikklassifika l-proposti abbażi tal-kriterji tal-għażla u tal-għoti filwaqt li jikkunsidra l-kontribuzzjoni tagħhom lejn il-ksib tal-għanijiet tas-sejħa u s-sinerġija mal-prijoritajiet nazzjonali; |
(e) |
jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku lill-proposti magħżula sal-limitu tal-baġits disponibbli filwaqt li jikkunsidra l-verifiki mwettqa b’konformità mal-Artikolu 18(5). Tali deċiżjoni għandha torbot lill-Istati Parteċipanti fl-ECSEL mingħajr ebda evalwazzjoni jew proċessi ta’ għażla ulterjuri. |
Artikolu 13
Kompożizzjoni tal-Bord tal-Membri Privati
Il-Bord tal-Membri Privati għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-membri privati tal-Impriża Konġunta ECSEL.
Kull membru privat għandu jaħtar ir-rappreżentanti tiegħu u delegat mexxej li għandu jkollu d-drittijiet tal-vot fil-Bord tal-Membri Privati.
Artikolu 14
Funzjonament tal-Bord tal-Membri Privati
1. |
Il-Bord tal-Membri Privati għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. |
2. |
Il-Bord tal-Membri Privati jista’ jaħtar gruppi ta’ ħidma fejn meħtieġ taħt il-koordinazzjoni ġenerali ta’ membru wieħed jew aktar. |
3. |
Il-Bord tal-Membri Privati għandu jeleġġi l-president tiegħu. |
4. |
Il-Bord tal-Membri Privati għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu. |
Artikolu 15
Kompiti tal-Bord tal-Membri Privati
Il-Bord tal-Membri Privati għandu:
(a) |
ifassal u jaġġorna regolarment l-abbozz tal-aġenda pluriennali tar-riċerka strateġika u l-innovazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(1) għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
jipprepara kull sena l-abbozz ta’ pjan ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni għas-sena ta’ wara, bħala bażi għas-sejħiet għal proposti msemmija fl-Artikolu 21(2); |
(c) |
jippreżenta lid-Direttur Eżekuttiv l-abbozz tal-aġenda pluriennali tar-riċerka strateġika u tal-innovazzjoni u l-abbozz annwali tal-pjan tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fi ħdan l-iskadenzi deċiżi mill-Bord ta’ Tmexxija; |
(d) |
jorganizza forum ta’ konsulenza tal-partijiet interessati miftuħ għall-partijiet interessati pubbliċi u privati kollha li għandhom interess fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi, biex jinfurmahom dwar u jiġbor ir-reazzjonijiet dwar l-abbozz tal-aġenda pluriennali tar-riċerka strateġika u l-innovazzjoni u abbozz ta’ pjan ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni għal sena partikolari. |
Artikolu 16
Sorsi ta’ finanzjament
1. |
l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tiġi ffinanzjata b’mod konġunt mill-Membri tagħha permezz ta’ kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsin f’pagamenti parzjali u kontribuzzjonijiet in natura li jikkonsistu fl-ispejjeż li jkunu ġarrbu l-membri privati jew l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet indiretti li ma jkunux rimborżati mill-Impriża Konġunta ECSEL. |
2. |
L-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikopruhom permezz tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji msemmija:
Jekk parti mill-kontribuzzjoni għall-ispejjeż amministrattivi ma tintużax, tista’ ssir disponibbli biex tkopri l-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL. |
3. |
L-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu koperti permezz ta’:
|
4. |
Ir-riżorsi tal-Impriża Konġunta ECSEL imdaħħla fil-baġit tagħha għandhom ikunu magħmula mill-kontribuzzjonijiet li ġejjin:
Kwalunkwe imgħax iġġenerat mill-kontribuzzjonijiet imħallsa lill-Impriża Konġunta ECSEL għandhom jitqiesu bħala dħul tagħha. |
5. |
Jekk xi membru tal-Impriża Konġunta ECSEL jonqos mill-impenji tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjoni finanzjarja miftehma, id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu nota ta’ dan bil-miktub u għandu jistabbilixxi perijodu raġonevoli li fih għandu jiġi rrimedjat tali nuqqas. Jekk dan in-nuqqas ma jiġix irrimedjat f’dan il-perijodu, id-Direttur Eżekuttiv għandu jlaqqa’ lill-Bord ta’ Tmexxija biex jiddeċiedi jekk għandhiex tiġi rrevokata s-sħubija tal-membru li qed jonqos jew jekk xi miżuri oħra għandhomx jittieħdu sakemm jintlaħqu l-obbligi. |
6. |
Ir-riżorsi kollha u l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikun maħsuba biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. |
7. |
L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tippossjedi l-assi kollha ġġenerati minnha jew ttrasferiti lilha sabiex jintlaħqu l-għanijiet previsti fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. |
8. |
Ħlief fil-każ ta’ stralċ tal-Impriża Konġunta ECSEL, kull dħul eċċessiv fuq in-nefqa m’għandux jitħallas lill-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL. |
Artikolu 17
Kontribuzzjonijiet tal-Istati Parteċipanti fl-ECSEL
1. |
L-Istati Parteċipanti fl-ECSEL jistgħu jinkarigaw l-Impriża Konġunta ECSEL bl-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti permezz ta’ ftehimiet ta’ għotjiet ma’ parteċipanti konklużi permezz tal-Impriża Konġunta ECSEL. Huma jistgħu wkoll jinkarigaw l-Impriża Konġunta ECSEL bil-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-parteċipanti jew jagħmlu l-ħlasijiet huma stess abbażi tal-verifiki magħmula mill-Impriża Konġunta ECSEL. |
2. |
Meta xi Stat Parteċipanti fl-ECSEL ma jinkarigax l-Impriża Konġunta ECSEL kif deskritt fil-paragrafu 1, għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jistabbilixxi l-ftehimiet ta’ għotja tiegħu stess f’qafas ta’ żmien simili bħall-ftehimiet ta’ għotja tal-Impriża Konġunta ECSEL. Il-verifika tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż imwettqa mill-Impriża Konġunta ECSEL kif imsemmi fl-Artikolu 18(7) tista’ tintuża mill-Istat Parteċipanti fl-ECSEL bħala parti mill-proċess tal-ħlas tiegħu stess. |
3. |
L-arranġamenti għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Parteċipanti fl-ECSEL u l-Impriża Konġunta ECSEL għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ arranġament amministrattiv li għandu jkun konkluż bejn l-entitajiet maħtura mill-Istati Parteċipanti fl-ECSEL għal dak l-iskop u l-Impriża Konġunta ECSEL. |
4. |
Meta l-Istati Parteċipanti fl-ECSEL jinkarigaw l-Impriża Konġunta ECSEL skont il-paragrafu 1, l-arranġamenti amministrattivi msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jiġu ssupplimentati b’arranġamenti annwali bejn l-entitajiet maħtura mill-Istati Parteċipanti fl-ECSEL għal dak l-iskop u l-Impriża Konġunta ECSEL filwaqt li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Istati Parteċipanti fl-ECSEL lill-Impriża Konġunta ECSEL. |
5. |
L-Istati Membri, il-Pajjiżi Assoċjati u l-pajjiżi terzi li mhumiex Membri tal-Impriża Konġunta ECSEL jistgħu jikkonkludu ftehimiet simili mal-Impriża Konġunta ECSEL. |
Artikolu 18
Finanzjament ta’ azzjonijiet indiretti
1. |
L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tappoġġa azzjonijiet indiretti permezz ta’ sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti, u l-allokazzjonijiet tal-finanzjament pubbliku fil-limiti tal-baġits disponibbli. Kull appoġġ pubbliku taħt din l-Impriża Konġunta ECSEL huwa mingħajr preġudizzju tal-għajnuna mill-Istat. |
2. |
Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-awtoritajiet pubbliċi għandha tkun dik imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 16(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 16(3) li titħallas bħala rimborż tal-ispejjeż eliġibbli lill-parteċipanti f’azzjonijiet indiretti. Ir-rati speċifiċi ta’ rimborż mill-Unjoni u minn kull Stat Parteċipanti fl-ECSEL għandhom jiġu inklużi fil-pjan ta’ ħidma. |
3. |
L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jikkomunikaw lid-Direttur Eżekuttiv l-impenji finanzjarji tagħhom riservati għal kull sejħa għall-proposti li għandhom jiġu inklużi fil-pjan ta’ ħidma u fejn applikabbli skont l-Artikolu 17(1) fil-waqt tat-tħejjija tal-abbozz tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL, filwaqt li jitqies l-ambitu tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni indirizzati fil-pjan ta’ ħidma. |
4. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jivverifika l-eliġibbiltà tal-applikanti għall-finanzjament mill-Unjoni u l-Istati Parteċipanti fl-ECSEL għandhom jivverifikaw l-eliġibbiltà tal-applikanti tagħhom skont kwalunkwe kriterju nazzjonali predeterminat għall-finanzjament u għandhom jikkomunikaw ir-riżultati lid-Direttur Eżekuttiv. |
5. |
Fuq il-bażi tal-verifiki pprovduti fil-paragrafu 4, id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi l-lista proposta ta’ azzjonijiet indiretti biex jinżammu għall-finanzjament, iddettaljata mill-applikanti, u għandu jikkomunikaha lill-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi li għandu jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni massima tal-finanzjament pubbliku skont il-punt (e) tal-Artikolu 12 u jagħti mandat lid-Direttur Eżekuttiv biex jistabbilixxi ftehimiet mal-parteċipanti korrispondenti. |
6. |
L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tieħu l-miżuri meħtieġa kollha, inkluż il-verifika tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż, għall-ħlas tal-finanzjament pubbliku lill-parteċipanti rispettivi skont l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 17(3) u (4). |
7. |
L-Istati Parteċipanti fl-ECSEL m’għandhomx jirrikjedu monitoraġġ u rappurtar tekniku addizzjonali għajr dak meħtieġ mill-Impriża Konġunta ECSEL. |
Artikolu 19
Impenji finanzjarji
L-impenji finanzjarji tal-Impriża Konġunta ECSEL m’għandhomx jeċċedu l-ammont ta’ riżorsi finanzjarji disponibbli jew impenjati għall-baġit tagħha mill-membri tagħha.
Artikolu 20
Sena finanzjarja
Is-sena finanzjarja għandha tkun mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru.
Artikolu 21
Ippjanar operattiv u finanzjarju
1. |
Il-pjan strateġiku pluriennali għandu jispeċifika l-istrateġija u l-pjanijiet għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL stipulati fl-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament fil-forma ta’ aġenda strateġika pluriennali tar-riċerka u l-innovazzjoni mill-Bord tal-Membri Privati u l-perspettivi finanzjarji pluriennali mill-awtoritajiet pubbliċi. Għandu jidentifika l-prijoritajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ kompetenzi ċentrali għall-komponenti u sistemi elettroniċi f’oqsma differenti ta’ applikazzjoni sabiex isaħħaħ il-kompetittività Ewropea u jgħin il-ħolqien ta’ swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà. Għandu jiġi rivedut regolarment skont l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet industrijali fl-Ewropa. |
2. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Bord ta’ Tmexxija għall-adozzjoni abbozz ta’ pjan ta’ ħidma annwali jew pluriennali li għandu jinkludi l-pjan tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni, l-attivitajiet amministrattivi u l-istimi tal-infiq korrispondenti. |
3. |
Il-pjan ta’ ħidma għandu jiġi adottat sal-aħħar tas-sena ta’ qabel l-implimentazzjoni tiegħu. Il-pjan ta’ ħidma għandu jitqiegħed għad-disponibbiltà tal-pubbliku. |
4. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jħejji l-abbozz tal-baġit annwali għas-sena ta’ wara u għandu jippreżentah lill-Bord ta’ Tmexxija għall-adozzjoni. |
5. |
Il-baġit annwali għal sena partikolari għandu jiġi adottat mill-Bord ta’ Tmexxija sal-aħħar tas-sena ta’ qabel. |
6. |
Il-baġit annwali għandu jiġi adattat sabiex iqis l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni kif stabbilita fil-baġit tal-Unjoni. |
Artikolu 22
Rappurtar operattiv u finanzjarju
1. |
Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta kull sena lill-Bord ta’ Tmexxija dwar il-qadi tad-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv skont ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta ECSEL. Fi żmien xahrejn mill-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Bord ta’ Tmexxija għall-approvazzjoni rapport annwali tal-attivitajiet dwar il-progress li jkun sar mill-Impriża Konġunta ECSEL fis-sena kalendarja preċedenti, b’mod partikolari b’rabta mal-pjan ta’ ħidma annwali għal dik is-sena. Ir-rapport tal-annwali tal-attivitajiet għandu jinkludi, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar il-punti li ġejjin:
|
2. |
Ladarba jkun approvat mill-Bord ta’ Tmexxija, ir-rapport annwali tal-attivitajiet għandu jsir disponibbli għall-pubbliku. |
3. |
Sal-1 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Impriża Konġunta ECSEL għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. Sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara, l-Impriża Konġunta ECSEL għandha tibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Impriża Konġunta ECSEL skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Impriża Konġunta ECSEL għandu jħejji l-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta ECSEL u d-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħathom lill-Bord ta’ Tmexxija għal opinjoni. Il-Bord ta’ Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Impriża Konġunta ECSEL. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord ta’ Tmexxija, sal-1 ta’ Lulju tas-sena finanzjarja ta’ wara. Il-kontijiet finali għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena finanzjarja ta’ wara. Sat-30 ta’ Settembru, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri bi tweġiba għall-osservazzjonijiet magħmula fir-rapport annwali tagħha. Id-Direttur Eżekuttiv għandu wkoll jippreżenta din it-tweġiba lill-Bord tat-Tmexxija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta quddiem il-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr intoppi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni, b’konformità mal-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. |
Artikolu 23
Awditu intern
L-awditur intern tal-Kummissjoni għandu jeżerċita l-istess poteri fuq l-Impriża Konġunta ECSEL bħal dawk eżerċitati fir-rigward tal-Kummissjoni.
Artikolu 24
Responsabbiltà tal-membri u l-assigurazzjoni
1. |
Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL għad-djun tal-Impriża Komuni EXSEL għandha tkun limitata għall-kontribuzzjonijiet tagħhom li jkunu diġà għamlu għall-ispejjeż amministrattivi. |
2. |
L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tagħmel u żżomm assigurazzjoni xierqa. |
Artikolu 25
Konflitt ta’ interess
1. |
L-Impriża Konġunta ECSEL, il-korpi u l-persunal tagħha għandhom jevitaw kwalunkwe konflitt ta’ interess fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom. |
2. |
Il-Bord ta’ Tmexxija tal-Impriża Konġunta ECSEL għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ konflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu. Dawk ir-regoli għandu jkun fihom dispożizzjonijiet immirati biex jiġi evitat il-konflitt ta’ interess fir-rigward tar-rappreżentanti tal-membri tal-Impriża Konġunta ECSEL li jkunu qed iservu fuq il-Bord ta’ Tmexxija jew fuq il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi. |
Artikolu 26
Likwidazzjoni
1. |
L-Impriża Konġunta ECSEL għandha tkun oġġett ta’ likwidazzjoni fi tmiem il-perijodu stipulat fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament. |
2. |
Minbarra mill-paragrafu 1, il-proċedura ta’ likwidazzjoni għandha tiġi mnedija awtomatikament jekk l-Unjoni jew il-membri privati kollha jirtiraw mill-Impriża Konġunta ECSEL. |
3. |
Għall-finijiet tat-twettiq tal-proċedimenti ta’ likwidazzjoni tal-Impriża Konġunta ECSEL, il-Bord ta’ Tmexxija għandu jaħtar likwidatur wieħed jew aktar, li għandu/hom jikkonforma(w) mad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ Tmexxija. |
4. |
Meta l-Impriża Konġunta ECSEL tkun qed tiġi likwidata, l-assi tagħha għandhom jintużaw biex ikopru r-responsabbiltajiet tagħha u n-nefqa marbuta mal-likwidazzjoni tagħha. Kwalunkwe eċċess għandu jitqassam bejn il-membri eżistenti fiż-żmien tal-likwidazzjoni fi proporzjon mal-kontribuzzjoni effettiva tagħhom lill-Impriża Konġunta ECSEL. Kwalunkwe eċċess distribwit lill-Unjoni għandu jintradd lura lill-baġit tal-Unjoni. |
5. |
Għandha titwaqqaf proċedura ad hoc sabiex tiżgura l-ġestjoni xierqa ta’ kwalunkwe ftehim konkluż jew deċiżjoni adottata mill-Impriża Konġunta ECSEL kif ukoll kwalunkwe kuntratt ta’ akkwist b’durata itwal mid-durata tal-Impriża Konġunta ECSEL. |