EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0450

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 450/2014 tat- 30 ta' April 2014 li jemenda għall-213-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

ĠU L 132, 3.5.2014, p. 59–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/450/oj

3.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/59


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 450/2014

tat-30 ta' April 2014

li jemenda għall-213-il darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fl-15 ta' April 2014, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi persuna waħda mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi, wara li kkunsidra t-talba li għamlet din il-persuna biex titneħħa minn fuq il-lista u r-Rapport Komprensiv tal-Ombudsperson li ġie stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1904(2009) tal-KSNU.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

F'isem il-President

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” ġiet imħassra:

“Youssef Ben Abdul Baki Ben Youcef Abdaoui (alias (a) Abu Abdullah, (b) Abdellah, (c) Abdullah, (d) Abou Abdullah, (e) Abdullah Youssef). Indirizz: Via Torino 8/B, Cassano Magnago (VA), Italy. Data tat-twelid: 4.9.1966. Post tat-twelid: Kairouan, Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-Passport: G025057 (Passaport Tuneżin maħruġ fit-23.6.1999, jiskadi fil-5.2.2004). Nru tal-Identifikazzjoni nazzjonali: AO 2879097 (Karta tal-Identità Taljana valida sat-30.10.2012. Tagħrif ieħor: (a) Kodiċi fiskali Taljan: BDA YSF 66P04 Z352Q; (b) Inammissibbli fiż-żona Schengen; (c) L-isem tal-omm huwa Fatima Abdaoui; (d) Membru ta' organizzazzjoni li topera fl-Italja marbuta direttament mal-Organizzazzjoni tal-Al-Qaida fil-Maghreb Iżlamiku. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.”


Top