Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0396

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 396/2014 tas-16 ta' April 2014 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Ġunju 2014 sal-31 ta' Awwissu 2014

    ĠU L 115, 17.4.2014, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/396/oj

    17.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 115/26


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 396/2014

    tas-16 ta' April 2014

    dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' tewm fis-subperjodu tal-1 ta' Ġunju 2014 sal-31 ta' Awwissu 2014

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 (3) jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji, u jintroduċi sistema għal liċenzji għall-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi.

    (2)

    Il-kwantitajiet li għalihom ġew introdottti applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” minn importaturi tradizzjonali u minn importaturi ġodda fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' April 2014, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-prodotti li joriġinaw miċ-Ċina.

    (3)

    Għaldaqstant, skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, jeħtieġ issa li jiġi stabbilit sa liema punt l-applikazzjonijiet għal-liċenzji “A” mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta' April 2014 jistgħu jiġu sodisfatti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 341/2007.

    (4)

    Sabiex tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-proċedura tal-ħruġ taċ-ċertifikati tal-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ eżatt wara li jiġi ppubblikat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni “A” ippreżentati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007 fl-ewwel sebat ijiem ta' xogħol ta' April 2014 u mibgħuta lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-14 ta' April 2014 ġew sodisfatti skont il-perċentwali tal-kwantitajiet mitluba indikati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta' April 2014.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Jerzy PLEWA

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  GU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

    (3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta' Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji ta' l-importazzjoni u ċertifikati ta' oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12).


    ANNESS

    Oriġini

    Nru tas-serje

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni

    L-Arġentina

     

     

    Importaturi tradizzjonali

    09.4104

    X

    Importaturi ġodda

    09.4099

    X

    Iċ-Ċina

     

     

    Importaturi tradizzjonali

    09.4105

    42,474033 %

    Importaturi ġodda

    09.4100

    0,410714 %

    Pajjiżi terzi oħra

     

     

    Importaturi tradizzjonali

    09.4106

    Importaturi ġodda

    09.4102

    “X”

    :

    Mingħajr koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu għal dan il-pajjiż.

    “—”

    :

    Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


    Top