Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0340

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 340/2014 tal- 1 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 fir-rigward ta' ċerti regoli dwar l-intervent pubbliku għal ċerti prodotti agrikoli, skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ĠU L 99, 2.4.2014, p. 10–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/08/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R1238

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/340/oj

2.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 340/2014

tal-1 ta' April 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 fir-rigward ta' ċerti regoli dwar l-intervent pubbliku għal ċerti prodotti agrikoli, skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punti (a), (b), (c) u (o) tal-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 (2) stipula regoli ddettaljati biex jiġi implimentat il-mekkaniżmu tal-intervent pubbliku għal ċerti prodotti agrikoli, kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3). Ir-Regolamen (KE) Nru 1234/2007 ġie rrevokat u sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mill-1 ta' Jannar 2014.

(2)

Il-Kapitolu I tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jintroduċi għadd ta' bidliet fis-sistema tal-intervent pubbliku, applikabbli mill-1 ta' Jannar 2014.

(3)

Fis-setturi taċ-ċereali u tar-ross, tneħħa l-kunċett taċ-ċentri tal-intervent, filwaqt li s-sorgu tneħħa mil-lista tal-prodotti li huma eliġibbli għall-intervent pubbliku.

(4)

Fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, ix-xiri sfurzat tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat se jsir permezz ta' sistema ta' sejħa għall-offerti, li se tinfetaħ mill-Kummissjoni ladarba jkunu ntlaħqu l-kwantitajiet bi prezz fiss.

(5)

Fis-settur taċ-ċanga, il-prezz massimu tax-xiri sfurzat se jiġi stabbilit abbażi tal-prezz medju tas-suq fi Stat Membru jew f'reġjun ta' Stat Membru. Barra minn hekk, dik li kienet il-kategorija A tal-karkassi maskili nqasmet fil-kategorija A l-ġdida u l-kategorija l-ġdida Z għall-karkassi tal-annimali bovini, introdotta fil-klassifika mogħtija fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; l-annimali maskili ta' din il-kategorija Z se jkunu eliġibbli għall-intervent pubbliku.

(6)

Għaldaqstant, jixraq li dawk il-bidliet jiġu implimentati billi r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 jiġi emendat skont dan.

(7)

Billi tneħħa l-kunċett taċ-ċentri tal-intervent, ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 (4) u (UE) Nru 162/2011 (5) m'għadhomx jgħoddu. Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, dawn ir-Regolamenti għandhom jitħassru.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-titolu tal-Kapitolu I tat-Titolu I għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Kamp ta' applikazzjoni, definizzjoni u approvazzjoni tal-postijiet tal-ħżin tal-intervent”.

(2)

L-Artikolu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Postijiet tal-ħżin tal-intervent

1.   Il-postijiet tal-ħżin tal-intervent fejn jinħażnu l-prodotti mixtrija b'intervent (minn hawn 'il quddiem imsejħin ‘postijiet tal-ħżin’) għandhom ikunu taħt ir-responsabbiltà tal-aġenziji tal-intervent skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 884/2006, b'mod partikulari f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwistjonijiet tar-responsabbiltajiet u tal-kontrolli, kif previst fl-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament.

2.   L-aġenziji tal-intervent għandhom jiżguraw li l-postijiet tal-ħżin jissodisfaw mill-inqas il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Il-postijiet tal-ħżin għaċ-ċereali u għar-ross għandhom ikunu soġġetti għall-approvazzjoni tal-aġenziji tal-intervent.

3.   It-tagħrif dwar il-postijiet tal-ħżin għaċ-ċereali u għar-ross għandu jiġi aġġornat u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku, skont l-Artikolu 55 ta' dan ir-Regolament.”

(3)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Rekwiżiti għall-postijiet tal-ħżin”;

(b)

il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jitħassar;

(c)

it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-‘kapaċità minima tal-ħżin’ tfisser kapaċità minima li mhux bilfors tkun disponibbli b'mod permanenti, iżda li tista' tintlaħaq malajr fil-perjodu li fih jista' jseħħ ix-xiri b'intervent. Il-kapaċità minima tal-ħżin għandha tapplika għaċ-ċereali kollha u għall-varjetajiet kollha tar-ross li għandhom jinxtraw b'intervent.”.

(4)

Fl-Artikolu 8(1), il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

għall-qamħ komuni, ix-xgħir u l-qamħirrum: 80 tunnellata;”

(5)

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1(a), il-punt (iv) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(iv)

għaċ-ċereali u għar-ross, il-post tal-ħżin approvat li għalih issir l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet, bl-irħas spiża possibbli filwaqt li jitqies l-Artikolu 29; dan il-post tal-ħżin m'għandux ikun il-post tal-ħżin fejn ikun qiegħed jinżamm il-prodott meta ssir l-offerta ta' xiri jew l-offerta tal-prezzijiet;”

(b)

fil-paragrafu 2, ir-referenza għal “l-Artikolu 2(3)” għandha tinbidel b'referenza għal “l-Artikolu 2(2)”.

(6)

L-Artikolu 16 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

il-proċedura ta' sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għax-xiri sfurzat tal-qamħ komuni, tal-butir jew tat-trab tal-ħalib xkumat għal ammonti li jaqbżu l-kwantità massima offruta ta' 3 miljun tunnellata, 50 000 tunnellata, jew 109 000 tunnellata rispettivament;”

(ii)

il-punt (b) għandu jitħassar.

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu 2a l-ġdid li ġej:

“2a.   Il-Kummissjoni tista' tiftaħ, mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 229(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), il-proċedura ta' sejħa għall-offerti tal-prezzijiet għax-xiri sfurzat taċ-ċanga skont il-kategorija u skont l-Istat Membru, jew skont ir-reġjun tiegħu, abbażi tal-aħħar żewġ prezzijiet tas-suq ta' kull ġimgħa rreġistrati, skont l-Artikolu 13(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dik is-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet tista' tingħalaq mill-Kummissjoni, skont l-istess proċedura, skont il-kategorija u skont l-Istat Membru, jew skont ir-reġjun tiegħu, abbażi tal-prezzijiet tas-suq ta' kull ġimgħa l-iżjed riċenti rreġistrati.

(*)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.”"

(c)

il-paragrafu 5 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“5.   F'dak li għandu x'jaqsam mar-ross, il-proċedura tas-sejħa għall-offerti tal-prezzijiet tista' tkun limitata għal varjetajiet speċifiċi jew għal tip wieħed ta' ross fil-fosdqa jew aktar, kif iddefinit fil-Parti I, I.2 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (‘ross tal-ħabba tonda’, ‘ross tal-ħabba mezzana’, ‘ross tal-ħabba twila A’ jew ‘ross tal-ħabba twila B’).”

(7)

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Għaċ-ċanga, l-offerti tal-prezzijiet m'għandhomx jitqiesu jekk il-prezz offrut ikun ogħla mill-prezz medju tas-suq irreġistrat skont il-kategorija f'kull Stat Membru jew f'kull reġjun tiegħu, maqlub għall-kwalità R3 bl-użu tal-koeffiċjenti mogħtija fil-Parti II tal-Anness III.”

(8)

Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Jekk iċ-ċereali jew ir-ross ma jkunux jistgħu jitwasslu fil-post tal-ħżin indikat mill-offerent ta' xiri jew mill-offerent tal-prezzijiet imsemmi fl-Artikolu 10(1)(a)(iv), l-aġenzija tal-intervent għandha tagħżel post tal-ħżin ieħor li fih għandha ssir il-kunsinna, bl-anqas spiża possibbli.”

(9)

Fl-Artikolu 31(2), ir-referenza għal “l-Artikolu 2(3)” għandha tinbidel b'referenza għal “l-Artikolu 2(2)”.

(10)

Fl-Artikolu 32(5), il-punt (i) għandu jitħassar.

(11)

Fl-Artikolu 47(3), il-kliem “… skont il-Partijiet IX, X u XI tal-Anness I” għandu jinbidel b'dan li ġej: “… skont il-Partijiet IX u XI tal-Anness I”.

(12)

L-Artikolu 55 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

it-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Aġenziji tal-intervent u postijiet tal-ħżin għaċ-ċereali u għar-ross”

(b)

il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) għandu jitħassar;

(ii)

il-punt (c) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

il-postijiet tal-ħżin approvati; u”;

(c)

il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-lista tal-aġenziji tal-intervent, il-lista tal-postijiet tal-ħżin u l-aġġornamenti tagħhom għandhom jitqegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u tal-pubbliku b'kull mezz xieraq permezz tas-sistemi tat-tagħrif implimentati mill-Kummissjoni, fosthom il-pubblikazzjoni fuq l-Internet.”

(13)

L-Anness I għandu jiġi emendat skont il-Parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

(14)

L-Anness III għandu jiġi emendat skont il-Parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

(15)

Il-lista tal-Annessi għandha tiġi emendata skont il-Parti C tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolamenti (UE) Nru 1125/2010 u (UE) Nru 162/2011 għandhom jitħassru.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' April 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat-3 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009 (ĠU L 318, 4.12.2010, p. 10).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 162/2011 tal-21 ta' Frar 2011 li jiddetermina ċ-ċentri tal-intervent għar-ross (ĠU L 47, 22.2.2011, p. 11).


ANNESS

A.

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti I, il-punt (b) tat-tieni paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

għax-xgħir u għall-qamħirrum, il-livelli stabbiliti fid-Direttiva 2002/32/KE.”

(2)

Fil-Parti II, il-kolonna bit-titolu “Is-sorgu” għandha titħassar.

(3)

Il-Parti III għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt 1.1, it-tielet subparagrafu għandu jitħassar;

(b)

Il-punt 1.2 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

Fit-tieni subparagrafu tal-punt (a), il-kliem “jew is-sorgu” għandu jitħassar;

(ii)

Fit-tieni subparagrafu tal-punt (b), il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(iii)

Fit-tieni subparagrafu tal-punt (c), il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(iv)

It-tieni subparagrafu tal-punt (d) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-‘ħbub bi rħus li jkunu tilfu l-kulur’ ma japplikawx għax-xgħir jew għall-qamħirrum.”

(v)

Fit-tieni subparagrafu tal-punt (e), il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(vi)

Il- punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

Ħbub imtebbgħin

Għall-qamħ durum, it-tifsira ta' ‘ħbub imtebbgħin’ hija dik tal-istandard EN 15587.

‘Il-ħbub imtebbgħin’ ma japplikawx għall-qamħ komuni, għax-xgħir jew għall-qamħirrum.”

(c)

Fit-tieni subparagrafu tal-punt 1.3, il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(d)

Il-punt 1.4 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

Fit-tieni subparagrafu tal-punt (a), il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(ii)

Fit-tieni subparagrafu tal-punt (b), il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(iii)

Fit-tieni subparagrafu tal-punt (c), il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(iv)

It-tieni subparagrafu tal-punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-‘ħbub imħassrin’ ma japplikawx għax-xgħir jew għall-qamħirrum.”

(e)

Il-punt 2.5 għandu jitħassar.

(4)

Il-Parti IV għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fit-tieni inċiż tal-punt (a), il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(b)

Il-punt (c) għandu jitħassar.

(5)

Il-Parti V għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fit-titolu, il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(b)

Il-paragrafu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:

(i)

Fl-ewwel subparagrafu, il-kliem “u 250 gramma fil-każ tas-sorgu” għandu jitħassar;

(ii)

Ir-raba' subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-parti tal-kampjun li tkun baqgħet fl-għarbiel b'toqob tawwalin ta' millimetru (1,0 mm) għandha tinqasam bl-użu ta' separatur sabiex jinkiseb kampjun parzjali ta' bejn 100 u 200 gramma għall-qamħirrum. Iżen dan il-kampjun parzjali. Ifirxu bħala saff irqiq fuq il-mejda. Bl-użu ta' pinzetta jew ta' spatula oħroġ iċ-ċereali l-oħra, il-ħbub li għamlulhom il-ħsara l-annimali u l-insetti li jagħmlu l-ħsara (pests), il-ħbub li jkunu ssaħħnu wisq meta kienu qed jitnixxfu, il-ħbub bin-nebbieta, iż-żrieragħ minn barra, il-ħbub bil-ħsara, il-ħliefa u l-impuritajiet li jkunu ġejjin mill-annimali. Imbagħad il-qamħ għandu jiġi kklassifikat skont l-istat tiegħu.”

(iii)

Fil-ħames subparagrafu, il-kliem “u dijametru ta' 1,8 millimetri għas-sorgu” għandu jitħassar.

(6)

Il-Parti IX għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

fl-ewwel kolonna tat-Tabella I, il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(b)

fl-ewwel kolonna tat-Tabella II, il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar.

(7)

Il-Parti X għandha titħassar.

(8)

Il-Parti XI għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Fil-punt (a), il-kliem “u għas-sorgu” għandu jitħassar;

(b)

Fil-punt (c), il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(c)

Fil-punt (d), il-kliem “u s-sorgu” għandu jitħassar;

(d)

Il-punt (f) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

f'każ li l-perċentwali tal-impuritajiet varji (Schwarzbesatz) jaqbeż iż-0,5 % għall-qamħ tat-tip durum u l-1 % għall-qamħ komuni, ix-xgħir u l-qamħirrun, għandu jiġi applikat tnaqqis ta' EUR 0,1 għal kull punt perċentwali addizzjonali ta' 0,1;”

(e)

Il-punt (i) għandu jitħassar.

B.

L-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti I(1), il-punti (a) u (b) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

il-laħam tal-bhejjem maskili mhux imsewwija li għandhom minn 12-il xahar sa inqas minn 24 xahar (il-Kategorija A);

(b)

il-laħam tal-bhejjem maskili msewwija li għandhom 12-il xahar jew aktar (il-Kategorija C);

(c)

il-laħam tal-bhejjem maskili li għandhom minn tmien xhur (8) sa inqas minn 12-il xahar (il-Kategorija Z).”

(2)

Il-Parti V għandha tinbidel b'dan li ġej:

“PARTI V

Il-klassifikazzjoni tal-prodotti

Għall-finijiet ta' din il-Parti, il-Kategorija Z tirreferi biss għall-bhejjem maskili deskritti fil-paragrafu 1(c) tal-Parti I ta' dan l-Anness.

BELGIQUE/BELGIË

Carcasses, demi-carcasses: Hele dieren, halve dieren:

Catégorie A, classe U2/

Categorie A, klasse U2

Catégorie A, classe U3/

Categorie A, klasse U3

Catégorie A, classe R2/

Categorie A, klasse R2

Catégorie A, classe R3/

Categorie A, klasse R3

Catégorie Z, classe U2/

Categorie Z, klasse U2

Catégorie Z, classe U3/

Categorie Z, klasse U3

Catégorie Z, classe R2/

Categorie Z, klasse R2

Catégorie Z, classe R3/

Categorie Z, klasse R3

БЪЛГАРИЯ

Tрупове, половинки трупове:

категория А, клас R2

категория А, клас R3

категория Z, клас R2

категория Z, клас R3

ČESKÁ REPUBLIKA

Jatečně upravená těla, půlky jatečně upravených těl:

Kategorie A, třída R2

Kategorie A, třída R3

Kategorie Z, třída R2

Kategorie Z, třída R3

DANMARK

Hele og halve kroppe:

Kategori A, klasse R2

Kategori A, klasse R3

Kategori Z, klasse R2

Kategori Z, klasse R3

DEUTSCHLAND

Ganze oder halbe Tierkörper:

Kategorie A, Klasse U2

Kategorie A, Klasse U3

Kategorie A, Klasse R2

Kategorie A, Klasse R3

Kategorie Z, Klasse U2

Kategorie Z, Klasse U3

Kategorie Z, Klasse R2

Kategorie Z, Klasse R3

EESTI

Rümbad, poolrümbad:

Kategooria A, klass R2

Kategooria A, klass R3

Kategooria Z, klass R2

Kategooria Z, klass R3

EIRE/IRELAND

Carcases, half-carcases:

Category C, class U3

Category C, class U4

Category C, class R3

Category C, class R4

Category C, class O3

ΕΛΛΑΔΑ

Ολόκληρα ή μισά σφάγια:

Κατηγορία A, κλάση R2

Κατηγορία A, κλάση R3

Κατηγορία Z, κλάση R2

Κατηγορία Z, κλάση R3

ESPAÑA

Canales o semicanales:

Categoría A, clase U2

Categoría A, clase U3

Categoría A, clase R2

Categoría A, clase R3

Categoría Z, clase U2

Categoría Z, clase U3

Categoría Z, clase R2

Categoría Z, clase R3

FRANCE

Carcasses, demi-carcasses:

Catégorie A, classe U2

Catégorie A, classe U3

Catégorie A, classe R2

Catégorie A, classe R3

Catégorie Z, classe U2

Catégorie Z, classe U3

Catégorie Z, classe R2

Catégorie Z, classe R3

Catégorie C, classe U2

Catégorie C, classe U3

Catégorie C, classe U4

Catégorie C, classe R3

Catégorie C, classe R4

Catégorie C, classe O3

HRVATSKA

Trupovi, polovice

Kategorija A, klasa U2

Kategorija A, klasa U3

Kategorija A, klasa R2

Kategorija A, klasa R3

Kategorija Z, klasa U2

Kategorija Z, klasa U3

Kategorija Z, klasa R2

Kategorija Z, klasa R3

ITALIA

Carcasse e mezzene:

Categoria A, classe U2

Categoria A, classe U3

Categoria A, classe R2

Categoria A, classe R3

Categoria Z, classe U2

Categoria Z, classe U3

Categoria Z, classe R2

Categoria Z, classe R3

ΚΥΠΡΟΣ

Ολόκληρα ή μισά σφάγια:

Κατηγορία A, κλάση R2

Κατηγορία Z, κλάση R2

LATVIJA

Liemeņi, pusliemeņi:

A kategorija, R2 klase

A kategorija, R3 klase

Z kategorija, R2 klase

Z kategorija, R3 klase

LIETUVA

Skerdenos ir skerdenų pusės:

A kategorija, R2 klasė

A kategorija, R3 klasė

Z kategorija, R2 klasė

Z kategorija, R3 klasė

LUXEMBOURG

Carcasses, demi-carcasses:

Catégorie A, classe U2

Catégorie A, classe U3

Catégorie A, classe R2

Catégorie A, classe R3

MAGYARORSZÁG

Hasított test vagy hasított féltest:

A kategória, R2 osztály

A kategória, R3 osztály

Z kategória, R2 osztály

Z kategória, R3 osztály

MALTA

Karkassi u nofs karkassi:

Kategorija A, klassi R3

Kategorija Z, klassi R3

NEDERLAND

Hele dieren, halve dieren:

Categorie A, klasse R2

Categorie A, klasse R3

Categorie Z, klasse R2

Categorie Z, klasse R3

ÖSTERREICH

Ganze oder halbe Tierkörper:

Kategorie A, Klasse U2

Kategorie A, Klasse U3

Kategorie A, Klasse R2

Kategorie A, Klasse R3

Kategorie Z, Klasse U2

Kategorie Z, Klasse U3

Kategorie Z, Klasse R2

Kategorie Z, Klasse R3

POLSKA

Tusze, półtusze:

Kategoria A, klasa R2

Kategoria A, klasa R3

Kategoria Z, klasa R2

Kategoria Z, klasa R3

PORTUGAL

Carcaças ou meias-carcaças

Categoria A, classe U2

Categoria A, classe U3

Categoria A, classe R2

Categoria A, classe R3

Categoria Z, classe U2

Categoria Z, classe U3

Categoria Z, classe R2

Categoria Z, classe R3

ROMÂNIA

Carcase, jumătăți de carcase

categoria A, clasa R2

categoria A, clasa R3

categoria Z, clasa R2

categoria Z, clasa R3

SLOVENIJA

Trupi, polovice trupov:

Kategorija A, razred R2

Kategorija A, razred R3

Kategorija Z, razred R2

Kategorija Z, razred R3

SLOVENSKO

Jatočné telá, jatočné polovičky:

kategória A, akostná trieda R2

kategória A, akostná trieda R3

kategória Z, akostná trieda R2

kategória Z, akostná trieda R3

SUOMI/FINLAND

Ruhot, puoliruhot/Slaktkroppar, halva slaktkroppar:

Kategoria A, luokka R2/Kategori A, klass R2

Kategoria A, luokka R3/Kategori A, klass R3

Kategoria Z, luokka R2/Kategori Z, klass R2

Kategoria Z, luokka R3/Kategori Z, klass R3

SVERIGE

Slaktkroppar, halva slaktkroppar:

Kategori A, klass R2

Kategori A, klass R3

Kategori Z, klass R2

Kategori Z, klass R3

UNITED KINGDOM

I.   Great Britain

Carcases, half-carcases:

Category C, class U3

Category C, class U4

Category C, class R3

Category C, class R4

II.   Northern Ireland

Carcases, half-carcases:

Category C, class U3

Category C, class U4

Category C, class R3

Category C, class R4

Category C, class O3”

C.

Il-Lista tal-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandha tiġi emendata kif ġej:

(1)

Il-Parti V tal-Anness I għandha tinbidel b'dan li ġej:

“Il-metodu ta' referenza sabiex wieħed jiddeċiedi dwar il-materjali l-oħrajn għajr iċ-ċereali bażiċi ta' kwalità mhix mittiefsa fil-każ tal-qamħirrum.”

(2)

Il-Parti X tal-Anness I għandha titħassar.


Top