Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0808

    2014/808/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta' Novembru 2014 dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi l-Baxxi (notifikata bid-dokument C(2014) 8752) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 332, 19.11.2014, p. 44–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/11/2014; Imħassar b' 32014D0833

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/808/oj

    19.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 332/44


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta' Novembru 2014

    dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi l-Baxxi

    (notifikata bid-dokument C(2014) 8752)

    (It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2014/808/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-influwenza avjarja hi marda virali infettiva fl-għasafar, inklużi t-tjur. L-infezzjonijiet bil-viruses tal-influwenza avjarja fit-tjur jikkawżaw żewġ forom ta' dik il-marda, u dawn jingħarfu mill-virulenza tagħhom. Ġeneralment il-forma b'patoġeniċità baxxa tikkawża biss sintomi ħfief filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja għandha rati tal-imwiet għoljin ferm f'ħafna mill-ispeċijiet tat-tjur. Din il-marda jaf tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà tat-trobbija tat-tjur.

    (2)

    L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda xi drabi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju hu ġeneralment baxx ħafna.

    (3)

    Jekk tfaqqa' l-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jixtered fi stabbilimenti oħra fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz ta' kummerċ tat-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom.

    (4)

    Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċertu miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u s-sejbien kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi tal-kontroll li jridu jiġu applikati jekk tfaqqa' din il-marda fit-tjur jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jekk tfaqqa' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja għandhom jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u sorveljanza.

    (5)

    Il-Pajjii l-Baxxi nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja tas-sottotip H5N8 fi stabbiliment fit-territorju tagħhom fejn kienu qed jitrabbew it-tjur jew għasafar oħrajn u ħadet minnufih il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza. Bħala miżura ta' prevenzjoni u sabiex issir evalwazzjoni tas-sitwazzjoni u jonqos kemm jista' jkun ir-riskju li t-tifqigħa konfermata tkompli tixtered, l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi qed jipprojbixxu l-moviment tat-tjur ħaj u ta' ċertu prodotti tat-tjur fi ħdan it-territorju kollu.

    (6)

    Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Pajjiżi l-Baxxiu ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment proprju fejn ġiet konfermata t-tifqigħa.

    (7)

    Sabiex issir prevenzjoni minn kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ tal-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati fil-kummerċ li jimponu pajjiżi terzi, jeħtieġ li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

    (8)

    Għaldaqstant, sakemm jerġa' jitlaqqa' l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Pajjiżi l-Baxxi, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jiġu definiti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

    (9)

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jiżguraw li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE ikunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tapplika sat-22 ta' Diċembru 2014.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

    (2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).


    ANNESS

    PARTI A

    Iż-żona ta' protezzjoni kif jissemma fl-Artikolu 1:

    Kodiċi ISO tal-pajjiż

    Stat Membru

    Kodiċi

    (jekk disponibbli)

    Isem

    NL

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    Kodiċi postali/ADNS

    Żona li tinkludi:

     

     

     

    Minn fejn N228 taqta' ma' Goverwellesingel, minn Goverwellesingel fid-direzzjoni tat-tramuntana mill-Mina Goverwelle sa Achterwillenseweg.

    Minn Achterwillenseweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Vlietdijk.

    Minn Vlietdijk fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Platteweg sa Korssendijk.

    Minn Korssendijk fid-direzzjoni tat-tramuntana minn Ree fid-direzzjoni tal-lvant sa Nieuwenbroeksedijk.

    Minn Nieuwenbroeksedijk fid-direzzjoni tal-lvant sa Kippenkade.

    Minn Kippenkade fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Wierickepad.

    Minn Wierickepad fid-direzzjoni tat-tramuntana u mbagħad id-direzzjoni tal-lvant fi Kerkweg lejn Groendijk u sa Westeinde.

    Minn Westeinde fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Oosteinde sa Tuurluur.

    Minn Tuurluur fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Papekopperdijk.

    Minn Papekopperdijk fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn de Johan J Vierbergenweg lejn Zwier Regelinkstraat sa N228.

    Minn N228 fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Damweg.

    Minn Damweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Zuidzijdseweg.

    Minn Zuidzijdseweg fid-direzzjoni tal-punent lejn Slangenweg sa West-Vlisterdijk.

    Minn West-Vlisterdijk fid-direzzjoni tat-tramuntana mbagħad fid-direzzjoni tal-punent lejn Bredeweg u fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Grote Haven sa N228.

    Minn N228 fid-direzzjoni tal-punent.

    PARTI B

    Iż-żona ta' sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1:

    Kodiċi ISO tal-pajjiż

    Stat Membru

    Kodiċi

    (jekk disponibbli)

    Isem

    NL

    Il-Pajjiżi l-Baxxi

    Kodiċi postali/ADNS

    Żona li tinkludi:

     

     

     

    Minn fejn N207 taqta' ma' N11, minn N11 fid-direzzjoni tax-xlokk sa N458.

    Minn N458 fid-direzzjoni tal-lvant sa Buitenkerk.

    Minn Buitenkerk fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Kerkweg.

    Minn Kerkweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Meije.

    Minn Meije fid-direzzjoni tal-grigal sa Middenweg.

    Minn Middenweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Hoofdweg lejn Zegveldse Uitweg sa N458.

    Minn N458 fid-direzzjoni tal-lvant lejn Rembrandtlaan sa Westdam.

    Minn Westdam fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Rijnstraat lejn Oostdam sa Oudelandseweg.

    Minn Oudelandseweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Geestdorp.

    Minn Geestdorp fid-direzzjoni tal-lvant sa N198.

    Minn N198 fid-direzzjoni tal-lvant u fid-direzzjoni tan-nofsinhar, imbagħad fid-direzzjoni tal-lvant u fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Strijkviertel.

    Minn Strijkviertel fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa A12.

    Minn A12 fid-direzzjoni tal-lvant sa A2.

    Minn A2 fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa N210.

    Minn N210 fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn id-direzzjoni tal-punent imbagħad lejn id-direzzjoni tan-nofsinhar sa S.L. van Alterenstraat.

    Minn S.L. van Alterenstraat fid-direzzjoni tan-nofsinhar sax-xmara De Lek.

    Mix-xmara De Lek fid-direzzjoni tal-punent sa Bonevlietweg.

    sa Melkweg.

    Minn Melkweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Peppelweg sa Essenweg.

    Minn Essenweg fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Graafland sa Irenestraat.

    Minn Irenestraat fid-direzzjoni tal-punent sa Beatrixstraat.

    Minn Beatrixstraat fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Voorstraat.

    Minn Voorstraat fid-direzzjoni tal-punent lejn Sluis, lejn Opperstok, lejn Bergstoep sal-vapur fi Bergambacht-Groot Ammers.

    Mill-vapur fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Veerweg.

    Minn Veerweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa N210.

    Minn N210 fid-direzzjoni tal-punent sa Zuidbroekse Opweg.

    Minn Zuidbroekse Opweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Oosteinde.

    Minn Oosteinde fid-direzzjoni tal-punent sa Kerkweg.

    Minn Kerkweg fid-direzzjoni tal-punent sa Graafkade.

    Minn Graafkade fid-direzzjoni tal-lvant sa Wellepoort.

    Minn Wellepoort fid-direzzjoni tal-majistrall lejn Schaapjeshaven sa Kattendijk.

    Minn Kattendijk fid-direzzjoni tal-lvant sal-vapur fi Hollandsche IJssel.

    Mill-vapur fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Veerpad.

    Minn Veerpad fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Kerklaan lejn Middelweg sa N456

    Minn N456 fid-direzzjoni tat-tramuntana sa N207.

    Minn N207 fid-direzzjoni tat-tramuntana sa N11.


    Top