Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0431

    2014/431/UE: Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Ġunju 2014 dwar formati għar-rappurtar dwar il-programmi nazzjonali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (notifikata bid-dokument C(2014) 4208)

    ĠU L 197, 4.7.2014, p. 77–86 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2014/431/oj

    4.7.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 197/77


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-26 ta' Ġunju 2014

    dwar formati għar-rappurtar dwar il-programmi nazzjonali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE

    (notifikata bid-dokument C(2014) 4208)

    (2014/431/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (1), u partikolarment l-Artikolu 17(4) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Istati Membri huma meħtieġa jħejju rapporti dwar il-programmi nazzjonali tagħhom għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/271/KEE u jekk ikun neċessarju, kull sentejn għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, sat-30 ta' Ġunju, b'aġġornament tal-informazzjoni fuq il-bażi tal-formati mfassla mill-Kummissjoni.

    (2)

    L-Unjoni hija mpenjata li timmassimizza l-benefiċċji tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni billi ttejjeb l-implimentazzjoni, inkluż billi tiżgura li l-pubbliku jkollu aċċess għal tagħrif ċar li juri kif qed tiġi implimentata. Sistemi li attivament ixerrdu din l-informazzjoni għandhom jiġu implimentati f'livell nazzjonali, u għandhom jiġu kumplimentati permezz ta' ħarsa ġenerali fil-livell tal-UE tal-prestazzjoni tal-Istati Membri individwali (2).

    (3)

    Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-Inizjattiva Ewropea taċ-Ċittadini “L-Ilma u s-sanità huma dritt tal-bniedem! L-ilma huwa ġid pubbliku, mhux komodità” (3) impenjat ruħha li tagħmel l-informazzjoni dwar l-ilma mormi urban iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini, b'mod partikolari permezz ta' ġestjoni u tixrid sempliċi u trasparenti tad-dejta.

    (4)

    Il-modifiki introdotti b'din id-Deċiżjoni jibnu fuq l-eżerċizzju pilota li jistabbilixxi Qafas Strutturat ta' Implimentazzjoni u Informazzjoni bħala parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas regolatorju sempliċi, ċar, stabbli u prevedibbli għan-negozji, għall-ħaddiema u għaċ-ċittadini, bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv u tiżdied it-trasparenza (4).

    (5)

    Il-formati adottati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/481/KEE (5) jeħtieġu reviżjoni filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa għal simplifikazzjoni u żieda fit-trasparenza, it-tnaqqis tal-piż amministrattiv u approċċi ġodda għall-ġestjoni u r-rappurtar tad-dejta. Għalhekk dik id-Deċiżjoni għandha tiġi mibdula.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva 91/271/KEE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-formati għar-rappurtar fuq il-programmi nazzjonali għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/271/KEE previsti fl-Anness huma adottati.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 93/481/KEE ġiet irrevokata.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ġunju 2014.

    Għall-Kummissjoni

    Janez POTOČNIK

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40.

    (2)  Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).

    (3)  COM(2014) 177 final.

    (4)  COM(2012) 746 final.

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/481/KEE tat-28 ta' Lulju 1993 li tikkonċerna l-format ta' kif għandhom jiġu ppreżentati l-programmi nazzjonali kif previst mill-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (ĠU L 226, 7.9.1993, p. 23).


    ANNESS

    IL-PROGRAMM GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIRETTIVA 91/271/KEE

    Tabella 1

    Informazzjoni Bażika

    Stat Membru:

     

    Data tar-rapport:

     

    Data ta' referenza użata għall-identifikazzjoni ta' nuqqas ta' konformità jew skadenzi pendenti (Tabelli 2 u 3):

     

    L-Isem tal-Persuna ta' Kuntatt għar-rappurtar (1):

     

    Istituzzjoni:

     

    Triq:

     

    Kodiċi Postali:

     

    Belt:

     

    Telefon:

     

    Email:

     

    Xi rimarki oħrajn:

     

    Stat Membru:

    Tabella 2

    A —

    Sistemi ta' ġbir jew IAS (2) ta' agglomerazzjonijiet ta' 2 000 e.p. u ta' aktar minn 2 000 e.p. mhux konformi fid-data ta' referenza

    Dejta Bażika dwar l-Agglomerazzjoni

    Artikolu 3 — sistemi ta' ġbir u miżura(i) IAS

    ID tal-agglomerazzjoni (3)

    Isem l-agglomerazzjoni

    Status tal-agglomerazzjoni

    Raġuni(jiet) identifikati għan-non-konformità

    Il-miżura(i) prevista(i) biex tintlaħaq konformità mal-Artikolu 3 (sistemi ta' ġbir u l-IAS)

    Id-data jew id-data prevista għat-tlestija tal-miżuri preparatorji għas-sistema ta' ġbir jew tal-IAS (l-ippjanar, id-disinn, l-akkwist, il-kunsens meħtieġ fil-livell tal-Istati Membri eċċ) (4)

    Id-data tal-bidu jew id-data tal-bidu prevista għal xogħlijiet fuq sistemi ta' ġbir jew l-IAS

    Data prevista għat-tlestija tax-xogħlijiet fuq is-sistema ta' ġbir jew fuq l-IAS

    L-ispiża mbassra tal-investiment għas-sistema ta' ġbir jew l-IAS (skont il-pjan nazzjonali)

    Isem il-fond tal-UE li huwa maħsub biex jintuża biex titlesta s-sistema ta' ġbir jew l-IAS (jekk applikabbli) (5)

    Ammont ta' fondi tal-UE (previsti) li x'aktarx jiġu mitluba biex titlesta s-sistema ta' ġbir jew l-IAS (jekk applikabbli)

    Kwalunkwe kumment dwar is-sistema ta' ġbir jew l-IAS

     

     

    Mhux konformi (MK)

     

     

    (xx/ssss)

    (xx/ssss)

    (xx/ssss)

    EUR

     

    EUR

     

     

     

    MK

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    MK

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    B —   Sistemi ta' ġbir jew l-IAS ta' agglomerazzjonijiet ta' 2 000 e.p u ta' aktar minn 2 000 e.p. li għalihom kienu jeżistu skadenzi pendenti (6) fid-data ta' referenza

    Dejta Bażika dwar l-Agglomerazzjoni

    Artikolu 3 — sistemi ta' ġbir u miżura(i) tal-IAS

    ID tal-agglomerazzjoni (7)

    Isem l-agglomerazzjoni

    Status tal-agglomerazzjoni

    Il-miżura(i) prevista(i) biex tintlaħaq konformità mal-Artikolu 3 (sistemi ta' ġbir u l-IAS)

    Id-data jew id-data prevista għat-tlestija tal-miżuri preparatorji għas-sistema ta' ġbir jew tal-IAS (l-ippjanar, id-disinn, l-akkwist, il-kunsens meħtieġ fil-livell tal-Istati Membri eċċ) (8)

    Id-data tal-bidu jew id-data tal-bidu prevista għal xogħlijiet fuq sistemi ta' ġbir jew l-IAS

    Data prevista għat-tlestija tax-xogħlijiet fuq is-sistema ta' ġbir jew fuq l-IAS

    L-ispiża mbassra tal-investiment għas-sistema ta' ġbir jew l-IAS (skont il-pjan nazzjonali)

    Isem il-fond tal-UE li huwa maħsub biex jintuża biex titlesta s-sistema ta' ġbir jew l-IAS (jekk applikabbli) (9)

    Ammont ta' fondi tal-UE (previsti) li x'aktarx jiġu mitluba biex titlesta s-sistema ta' ġbir jew l-IAS (jekk applikabbli)

    Kwalunkwe kumment dwar is-sistema ta' ġbir jew l-IAS

     

     

    Skadenzi pendenti (SP)

     

    (xx/ssss)

    (xx/ssss)

    (xx/ssss)

    EUR

     

    EUR

     

     

     

    SP

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    SP

     

     

     

     

     

     

     

     

    Stat Membru:

    Tabella 3

    A —

    Impjanti għat-trattament tal-ilma urban mormi (UWWTP) għall-agglomerazzjonijiet ta' 2 000 e. p u ta' aktar minn 2 000 e.p. mhux konformi fid-data ta' referenza (10)

    Dejta bażika dwar l-UWWTP

    L-Artikli 4,5 u 7 (11) miżura(i) tal-UWWTP

    ID tal-UWWTP (12)

    Isem l-UWWTP

    ID(s) tal-agglomerazzjoni(jiet) servuta(i)

    Isem(ismijiet) tal-agglomerazzjoni(jiet) servuta(i)

    Status tal-UWWTP

    Raġuni(jiet) identifikati għan-non-konformità

    Il-miżura(i) biex tinkiseb il-konformità meħtieġa għall-UWWTP

    Tagħbija li tidħol fil-UWWTP fid-data prevista ta' konformità (kif ippjanat)

    Kapaċità organika tad-disinn tal-UWWTP (kif ippjanat)

    Tip ta' trattament fil-UWWTP (kif ippjanat)

    Id-data jew id-data prevista ta' tlestija ta' miżuri preparatorji (l-ippjanar, it-tfassil, eċċ) (13)

    Id-data jew id-data prevista għall-bidu tax-xogħlijiet

    Id-data jew id-data prevista għat-tlestija tax-xogħlijiet

    Data prevista ta' konformità (12-il xahar ta' kampjuni)

    L-ispiża mbassra tal-investiment meħtieġ għall-UWWTP (skont il-pjan nazzjonali)

    Isem il-fond tal-UE maħsub biex jintuża (jekk applikabbli) (14)

    L-ammont (previst) ta' finanzjament tal-UE meħtieġ

    Kwalunkwe kumment rilevanti dwar il-UWWTP

     

     

     

     

    Mhux konformi (MK)

    Eż. disinn inadegwat/obsolexxenza/rekwiżiti ġodda/żieda tat-tagħbija/operazzjoni difettuża/…

     

    e.p.

    e.p.

    1, 2, 3-N, 3-P, 3-mikrobioloġija 3-oħra

    (xx/ssss)

    (xx/ssss)

    (xx/ssss)

    (xx/ssss)

    EUR

     

    EUR

     

     

     

     

     

    MK

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    MK

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     


    B —   Impjanti għatt-trattament tal-ilma urban mormi għall-agglomerazzjonijiet ta' 2 000 e.p u ta' aktar minn 2 000 e.p. u li għalihom kienu jeżistu skadenzi pendenti (15) fid-data ta' referenza

    Dejta bażika dwar l-UWWTP

    L-Artikli 4,5 u 7 (16) miżura(i) tal-UWWTP

    ID tal-UWWTP (17)

    Isem l-UWWTP

    ID(s) tal-agglomerazzjoni(jiet) servuta(i)

    Isem(ismijiet) tal-agglomerazzjoni(jiet) servuta(i)

    Status tal-UWWTP

    Il-miżura(i) biex tinkiseb il-konformità meħtieġa għall-UWWTP

    Tagħbija li tidħol fil-UWWTP fid-data prevista ta' konformità (kif ippjanat)

    Kapaċità organika tad-disinn tal-UWWTP (kif ippjanat)

    Tip ta' trattament fil-UWWTP (kif ippjanat)

    Data tad-data prevista ta' tlestija ta' miżuri preparatorji (l-ippjanar, it-tfassil, eċċ) (18)

    Id-data jew id-data prevista għall-bidu tax-xogħlijiet

    Id-data jew id-data prevista għat-tlestija tax-xogħlijiet

    Data prevista ta' konformità (12-il xahar ta' kampjuni)

    L-ispiża mbassra tal-investiment meħtieġ għall-UWWTP (skont il-pjan nazzjonali)

    Isem il-fond tal-UE maħsub biex jintuża — UWWTP (jekk applikabbli) (19)

    L-ammont (previst) ta' finanzjament tal-UE meħtieġ

    Kwalunkwe kumment rilevanti dwar il-UWWTP

     

     

     

     

    Skadenzi pendenti (SP)

     

    e.p.

    e.p.

    1, 2, 3-N, 3-P, 3-mikrobioloġija 3-oħra

    (xx/ssss)

    (xx/ssss)

    (xx/ssss)

    (xx/ssss)

    EUR

     

    EUR

     

     

     

     

     

    SP

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    SP

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Stat Membru:

    Tabella 4

    Kapaċità organika totali tad-disinn u l-ispejjeż attwali u previsti tal-investiment fil-livell nazzjonali

    Il-perjodu kopert

    Is-sitwazzjoni attwali u prevista

    Kapaċità organika totali tad-disinn u l-ispejjeż attwali u previsti tal-UWWTPs kollha fi tmiem il-perjodu

    Spejjeż tal-investiment attwali jew previsti tas-sistemi ta' ġbir (ġodda u mġedda)

    Spejjeż tal-investiment attwali jew previsti tal-impjanti tat-trattament (ġodda u mġedda)

    Attwali/Previsti

    e.p.

    Miljun Euro (21)

    Miljun Euro (21)

    mill-1 ta' Jannar xxxx sa tmiem xxxx (20)

    Attwali

     

     

     

    mill-1 ta' Jannar xxxx sa tmiem xxxx

    Prevista

     

     

     

    mill-ta' Jannar xxxx sa tmiem xxxx

    Prevista

     

     

     

    mill-ta' Jannar xxxx sa tmiem xxxx

    Prevista

     

     

     

    mill-ta' Jannar xxxx sa tmiem xxxx

    Prevista

     

     

     

    mill-ta' Jannar xxxx sa tmiem xxxx

    Prevista

     

     

     

    mill-ta' Jannar xxxx sa tmiem xxxx

    Prevista

     

     

     

    mill-ta' Jannar xxxx sa tmiem xxxx

    Prevista

     

     

     

    Stat Membru:

    Tabella 5

    Kwistjonijiet oħra li jridu jiġu kkunsidrati għall-abbozzat tal-programm nazzjonali

    Informazzjoni rilevanti, jekk disponibbli, għandha tiġi pprovduta bħala test ħieles (22)

    Suġġett

    Preżenti fil- programm

    L-Istatus tal-programm nazzjonali

    Meta ġie stabbilit il-programm nazzjonali, u meta ġie aġġornat, jekk kien neċessarju?

    Il-programm nazzjonali ġie adottat bħala strument legalment vinkolanti? Jekk iva, liema wieħed?

    Għal kemm żmien huwa previst li jdum għaddej il-programm nazzjonali?

    Muturi ewlenin

    Liema huma l-muturi ewlenin fil-programm nazzjonali: li tintlaħaq il-konformità, li jkunu żgurati l-manteniment jew it-tiġdid, eċċ?

    Huwa possibbli li jkun hemm analiżi tal-ispejjeż assoċjati għal kull wieħed?

    Relazzjonijiet ma' partijiet oħra tal-leġiżlazzjoni tal-UE

    Sa liema punt ġew inklużi l-azzjonijiet fil-programm nazzjonali fil-pjanijiet rilevanti ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23)

    Minkejja kwistjonijiet sensittivi indikati skont id-Direttiva 91/271/KEE, il-programm nazzjonali jinkludi azzjonijiet xprunati miż-żoni protetti msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2000/60/KE (l-ilmijiet għall-għawm, Natura 2000, frott tal-baħar, ilma tax-xorb…)? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi dawn l-azzjonijiet.

    Il-programm nazzjonali ġie suġġett għal valutazzjoni skont id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24)? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

    Hemm xi rabta bejn il-programm nazzjonali u t-tnaqqis progressiv ta' skariki, emissjonijiet u telf ta' sustanzi prijoritarji, u l-waqfien jew l-eliminazzjoni gradwali tal-iskariki, l-emissjonijiet u t-telf ta' sustanzi prijoritarji perikolużi (l-Artikolu  4 tad-Direttiva 2000/60/KE)? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi l-azzjonijiet.

    Hemm xi rabta bejn il-programm nazzjonali u d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) (eż. tnaqqis ta' skart tal-baħar)? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

    Hemm xi rabta bejn il-programm nazzjonali u l-konvenzjonijiet internazzjonali jew l-Kummissjonijiet? Jekk iva, jekk jogħġbok iddeskrivi dawn ir-rabtiet.

    Hemm xi azzjoni prevista biex jitfasslu żoni sensittivi addizzjonali skont l-Anness II.A(c) tad-Direttiva 91/271/KEE? Jekk iva, iddeskrivi dawn l-azzjonijiet.

    Hemm xi azzjoni prevista biex jiġi applikat trattament aktar strett għall-konformità mal-Artikoli 4.3 jew 5.3 u l-Anness I. B. 4 tad-Direttiva 91/271/KEE? Jekk iva, jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

    L-użu tal-fondi tal-UE

    X'inhu l-ammont imbassar tal-fondi tal-UE għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-programm nazzjonali?

    Kif qed jitqassmu l-fondi tal-UE użati?

    Sistemi tal-informazzjoni

    IL-programm nazzjonali qed jiġi ppubblikat onlajn? Fejn?

    Hemm xi sistema onlajn li tippermetti l-intraċċar tal-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali fuq bażi regolari? Jekk jogħġbok agħti d-dettalji.

    Rekwiżiti oħra tad-Direttiva 91/271/KEE

    Hemm xi azzjoni meqjusa bħala meħtieġa biex tiġi żgurata prestazzjoni adegwata tal-UWWTP skont il-kundizzjonijiet klimatiċi normali kollha (l-Artikolu 10 u l-Anness I.B)?

    Hemm xi azzjoni prevista biex jitnaqqas it-tifwir tal-ilma mill-maltempati (l- Artikolu 3. 2 u l-Anness I.A)?

    Hemm xi azzjoni prevista biex jiġi implimentat l-Artikolu 7?

    Hemm xi azzjoni prevista biex jiġi ppromoss l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi trattat (l-Artikolu 12.1)?

    Hemm xi azzjoni prevista biex jiġi implimentat l-Artikolu 14 dwar il-ġestjoni tal-ħama?

    Hemm xi azzjoni prevista biex jitnaqqas ir-rimi tal-ilma industrijali mormi li jiġi skarikat f'sistemi ta' ġbir biex jigi żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-Anness I.C?

    Oħrajn

    Agħti d-dettalji ta' kwalunkwe riċerka li għaddejja jew prevista fir-rigward ta' żviluppi innovattivi tal-politika ta' sanità.

    Hemm xi fondi tal-UE li qed jintużaw għal dan il-għan?


    (1)  Id-dejta personali (isem, telefon, eċċ.) għandha tiġi rreġistrata skont l-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

    (2)  Sistemi individwali jew Sistemi Adegwati (l-Artikolu 3.1 tad-Direttiva)

    (3)  l-istess ID tal-agglomerazzjoni użat għar-rappurtar skont l-Artikolu 15(4)

    (4)  Meħtieġa biss jekk il-bini tas-sistema ta' ġbir jew l-IAS ma jkunx beda fid-data ta' referenza

    (5)  Eż. il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), Self mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), Self mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), il-Fond għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Effiċjenza tal-Enerġija (EPEEF), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE),...

    (6)  Inklużi dawk l-iskadenzi stabbiliti mit-Trattati ta' Adeżjoni

    (7)  l-istess ID tal-agglomerazzjoni użat għar-rappurtar skont l-Artikolu 15(4)

    (8)  Meħtieġa biss jekk il-bini tas-sistema ta' ġbir jew l-IAS ma jkunx beda fid-data ta' referenza

    (9)  Eż. il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), Self mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), Self mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), il-Fond għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Effiċjenza tal-Enerġija (EPEEF), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE),…

    (10)  L-informazzjoni dwar il-livell tal-impjanti individwali ta' agglomerazzjonijiet ta' aktar minn 10 000 e.p., fir-rigward tan-nuqqas tan- nitroġenu u t-tneħħija tal-fosfru, mhix meħtieġa skont id-Direttiva għal żoni sensittivi fejn jista' jintwera' li l-perċentwal minimu ta' tnaqqis tat-tagħbija totali li tidħol fl-impjanti kollha tat-trattament tal-ilma mormi urban f'dik iż-żona huwa mill-inqas 75 % tal-fosfru kollu u mill-inqas 75 % tan-nitroġenu kollu fid-data ta' referenza

    (11)  L-Artikolu 7 jirreferi biss għall-agglomerazzjonijiet ta' inqas minn 10 000 p.e. li jiġu skarikati fl-ilmijiet kostali

    (12)  L-istess ID tal-UWWTP użat għar-rappurtar skont l-Artikolu 15(4)

    (13)  Meħtieġ biss jekk il-bini tal-UWWTP ma jkunx beda fid-data ta' referenza

    (14)  Eż. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), Self mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), Self mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), il-Fond għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Effiċjenza tal-Enerġija (EPEEF), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), …

    (15)  Inklużi dawk l-iskadenzi stabbiliti mit-Trattati ta' Adeżjoni jew permezz tad-definizzjoni ta' żoni sensittivi (Artikolu 5)

    (16)  L-informazzjoni dwar il-livell tal-impjanti individwali ta' agglomerazzjonijiet ta' aktar minn 10,000 e.p., fir-rigward tan-nuqqas tan- nitroġenu u t-tneħħija tal-fosfru, mhix meħtieġa skont id-Direttiva għal żoni sensittivi fejn jista' jintwera' li l-perċentwal minimu ta' tnaqqis tat-tagħbija totali li tidħol fl-impjanti kollha tat-trattament tal-ilma mormi urban f'dik iż-żona huwa mill-inqas 75 % tal-fosfru kollu u mill-inqas 75 % tan-nitroġenu kollu fid-data ta' referenza

    (17)  L-istess ID tal-UWWTP użat għar-rappurtar skont l-Artikolu 15(4)

    (18)  Meħtieġ biss jekk il-bini tal-UWWTP ma jkunx beda fid-data ta' referenza

    (19)  Eż. Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), Self mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), Self mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), il-Fond għall-Protezzjoni Ambjentali u l-Effiċjenza tal-Enerġija (EPEEF), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), …

    (20)  Agħżel l-aħħar perjodu jew sena magħrufa

    (21)  Indika euros fil-prezz attwali u agħti data ta' referenza (f'xx/ssss) u jekk il-VAT hijiex inkluża jew le.

    (22)  Eż. programm nazzjonali eżistenti huwa meqjus bħala tweġiba għat-talba fit-tabella 5

    (23)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

    (24)  Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).

    (25)  Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).


    Top