This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014D0048
2014/48/EU: Council Decision of 28 January 2014 on the conclusion of the Protocol setting out the fishing opportunities and financial contribution provided for in the Fisheries Partnership Agreement between the European Community, on the one hand, and the Government of Denmark and the Home Rule Government of Greenland, on the other hand
2014/48/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra
2014/48/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra
ĠU L 28, 31.1.2014, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32014D0048R(01) | (ET) |
31.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 28/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-28 ta’ Jannar 2014
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra
(2014/48/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 753/2007 (1) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja (2) (“il-Ftehim”). Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista bil-Ftehim (3) (“il-Protokoll attwali”) ġie mehmuż miegħu. Il-Protokoll attwali se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012. |
(2) |
L-Unjoni nnegozjat mal-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern tal-Groenlandja Protokoll ġdid għall-Ftehim li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja. |
(3) |
Il-Protokoll ġie ffirmat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/653/UE (4) suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard, u għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2013. |
(4) |
Il-Protokoll għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni (5).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f’isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 13 tal-Protokoll.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. STOURNARAS
(1) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 1.
(2) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.
(3) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 9.
(4) ĠU L 293, 23.10.2012, p. 4.
(5) It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 293, 23.10.2012, p. 5 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.