EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0048

2014/48/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 28 ta’ Jannar 2014 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra

OJ L 28, 31.1.2014, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2014/48(1)/oj

31.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 28/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Jannar 2014

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, min-naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra

(2014/48/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Ġunju 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 753/2007 (1) dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja (2) (“il-Ftehim”). Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja prevista bil-Ftehim (3) (“il-Protokoll attwali”) ġie mehmuż miegħu. Il-Protokoll attwali se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012.

(2)

L-Unjoni nnegozjat mal-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern tal-Groenlandja Protokoll ġdid għall-Ftehim li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja.

(3)

Il-Protokoll ġie ffirmat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/653/UE (4) suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data iktar tard, u għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2013.

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu tal-Groenlandja, min-naħa l-oħra, huwa b’dan awtorizzat f’isem l-Unjoni (5).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f’isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 13 tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. STOURNARAS


(1)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.

(3)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 9.

(4)  ĠU L 293, 23.10.2012, p. 4.

(5)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 293, 23.10.2012, p. 5 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.


Top