This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1227
Commission Implementing Regulation (EU) No 1227/2013 of 29 November 2013 fixing the allocation coefficient to be applied to applications for export licences for certain milk products to be exported to the Dominican Republic under the quota referred to in Regulation (EC) No 1187/2009
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1227/2013 tad- 29 ta’ Novembru 2013 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1227/2013 tad- 29 ta’ Novembru 2013 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009
ĠU L 320, 30.11.2013, pp. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
30.11.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 320/29 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1227/2013
tad-29 ta’ Novembru 2013
li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta’ allokazzjoni għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta’ Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
It-Taqsima 3 tal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 jiddetermina l-proċedura għall-allokazzjoni ta’ liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont kwota miftuħa għal dak il-pajjiż. |
|
(2) |
Ir-regoli ta' dik it-Taqsima, kif emendati mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 990/2013 (3), jipprevedu għall-possibilità li operaturi jissottomettu applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' esportazzjoni mill-1 sal-10 ta' Novembru jekk, wara l-perjodu ta' sottomissjoni tal-applikazzjonijiet tal-liċenzji kif imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 29 tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 tibqa' disponibbli xi kwantità taħt il-kwota. L-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 990/2013 jispeċifika li l-kwantità residwa totali, għas-sena ta' kwota 2013/2014, hija 9 018 tunnellata. |
|
(3) |
L-applikazzjonijiet sottomessi bejn l-1 sal-10 ta' Novembru 2013 għall-perjodu li jibqa' mis-sena tal-kwota kurrenti 2013/2014 ikopru kwantitajiet inqas minn dawk li huma disponibbli. Konsegwentement, huwa xieraq li, skont ir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009 tkun prevista l-allokazzjoni tal-kwantità residwa. Il-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni għal dik il-kwantità residwa għandu jkun kondizzjonali għall-kommunikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-kwantità supplimentari aċċettata mill-operatur ikkonċernat u għall-għoti ta’ garanzija mill-operaturi interessati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Se jiġu aċċettati l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni sottomessi mill-1 sal-10 ta' Novembru 2013 għall-perjodu li jibqa' mis-sena tal-kwota kurrenti 2013/2014.
Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, għandhom ikunu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni ta' 73,918032.
Il-liċenzji tal-esportazzjoni għall-kwantitajiet li jaqbżu l-kwantitajiet applikati għalihom u li huma allokati skont il-koeffiċjent stipulat fit-tieni paragrafu għandhom jinħarġu wara l-aċċettazzjoni tal-operatur fi żmien ġimgħa mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament u wara l-għoti tal-garanzija korrispondenti.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Novembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 990/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1187/2009 fir-rigward tal-esportazzjonjiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib lejn l-Istati Uniti tal-Amerika u r-Repubblika Dominikana (ĠU L 275, 16.10.2013, p. 3)