Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R1091

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1091/2013 tal- 4 ta’ Novembru 2013 li jemenda għall-206 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

    ĠU L 293, 5.11.2013, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/1091/oj

    5.11.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 293/36


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1091/2013

    tal-4 ta’ Novembru 2013

    li jemenda għall-206 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta’ Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fit-18 ta’ Ottubru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jżid persuni waħda fiżika, kif ukoll entità waħda, mal-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Fl-24 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) ddeċieda li jżid persuni oħra fiżika mal-lista. Barra minn hekk, fid-16 ta' Ottubru, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-UNSC ddeċieda li jemenda annotazzjoni waħda fil-lista.

    (3)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

    (4)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropeja.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2013.

    Għall-Kummissjoni, F’isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESSI

    L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

    (a)

    ‘Muhammad Jamal Abd-Al Rahim Ahmad Al-Kashif (magħruf ukoll bħala (a) Muhammad Jamal Abdo Al-Kashif, (b) Muhammad Jamal Abdo Al Kashef, (c) Muhammad Jamal Abd-Al Rahim Ahmad Al-Kashif, (d) Muhammad Jamal Abd-Al Rahim Al-Kashif, (e) Muhammad Jamal Abdu, (f) Muhammad Jamal, (g) Muhammad Jamal Abu Ahmad (nom de guerre), (h) Abu Ahmad (nom de guerre), (i) Abu Jamal (nom de guerre), (j) Muhammad Gamal Abu Ahmed, (k) Mohammad Jamal Abdo Ahmed (nom de guerre), (l) Muhammad Jamal Abduh (nom de guerre), (m) Muhammad Jamal Ahmad Abdu (nom de guerre), (n) Riyadh (nom de guerre)). Data tat-twelid: (a) 1.1.1964, (b) 1.2.1964. Post tat-twelid: Il-Kajr, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Nru tal-Passaport: (a) Passaport Eġizzjan numru 6487, maħruġ fit-30 ta' Jannar 1986, bl-isem ta' Muhammad Jamal Abdu, (b) Passaport Eġizzjan maħruġ fl-1993, bl-isem ta' Muhammad Jamal Abd-Al Rahim Ahmad Al-Kashif, (c) Passaport Jemeni numru 388181, bl-isem ta' Muhammad Jamal Abd-Al Rahim Al-Kashif. Indirizz: L-Eġittu. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): Il-21 ta' Ottubru 2013.’

    (b)

    ‘Mohamed Lahbous (magħruf ukoll bħala (a) Mohamed Ennouini, (b) Hassan, (c) Hocine). Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Il-Mali. Nazzjonalità: Maljana. Indirizz: Il-Mali. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): L-24 ta' Ottubru 2013.’

    (2)

    L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

    Muhammad Jamal Network (magħruf ukoll bħala (a) MJN, (b) Muhammad Jamal Group, (c) Jamal Network, (d) Abu Ahmed Group, (e) Al-Qaida in Egypt, (f) AQE. Tagħrif ieħor: Jopera fl-Eġittu, il-Libja u l-Mali, Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4) (b): Il-21 ta' Ottubru 2013.’

    (3)

    L-annotazzjoni ‘Mati ur-Rehman Ali Muhammad (alias (a) Mati-ur Rehman, (b) Mati ur Rehman, (c) Matiur Rahman, (d) Matiur Rehman, (e) Matti al-Rehman, (f) Abdul Samad, (g) Samad Sial, (h) Abdul Samad Sial, (i) Ustad Talha, (j) Qari Mushtaq, (k) Tariq, (l) Hussain). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1977. Post tat-twelid: Chak number 36/DNB, Rajkan, Madina Colony, Bahawalpur District, Punjab Province, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.8.2011.’ taħt l-intestatura "Persuni naturali" tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    ‘Mati ur-Rehman Ali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Mati-ur Rehman, (b) Mati ur Rehman, (c) Matiur Rahman, (d) Matiur Rehman, (e) Matti al-Rehman, (f) Abdul Samad, (g) Samad Sial, (h) Abdul Samad Sial, (i) Ustad Talha, (j) Qari Mushtaq, (k) Tariq, (l) Hussain). Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1977. Post tat-twelid: Chak number 36/DNB, Rajkan, Madina Colony, Bahawalpur District, Punjab Province, il-Pakistan. Nazzjonalità: Pakistana. Tagħrif ieħor: Deskrizzjoni fiżika: 5 piedi u 2 pulzieri; 157,4 ċm. Isem il-missier: Ali Muhammad. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 22.8.2011.’


    Top