Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0994

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 994/2013 tas- 16 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 952/2006, (KE) Nru 967/2006, (KE) Nru 555/2008, u (KE) Nru 1249/2008 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli

    ĠU L 276, 17.10.2013, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/994/oj

    17.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 276/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 994/2013

    tas-16 ta’ Ottubru 2013

    li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 952/2006, (KE) Nru 967/2006, (KE) Nru 555/2008, u (KE) Nru 1249/2008 fir-rigward tal-obbligi ta' notifika fi ħdan l-organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 192(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (2), jistabbilixxi regoli komuni għan-notifika tal-informazzjoni u tad-dokumenti mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dawk ir-regoli jkopru b’mod partikolari l-obbligu għall-Istati Membri li jużaw is-sistemi ta’ informazzjoni magħmula disponibbli mill-Kummissjoni u l-validazzjoni tad-drittijiet tal-aċċess tal-awtoritajiet jew l-individwi awtorizzati biex jibagħtu n-notifiki. Ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 jistabbilixxi wkoll prinċipji komuni li japplikaw għas-sistemi ta’ informazzjoni sabiex ikunu ggarantiti l-awtentiċità, l-integrità u l-leġibbiltà tad-dokumenti matul iż-żmien, u jipprevedi għall-protezzjoni tad-dejta personali. L-obbligu li jintużaw dawn is-sistemi ta' informazzjoni għandu jiġi previst f'kull Regolament li jistabbilixxi obbligu speċifiku ta' notifika.

    (2)

    Il-Kummissjoni żviluppat sistema ta’ informazzjoni li tippermetti l-immaniġġjar tad-dokumenti u l-proċeduri b’mod elettroniku fil-proċeduri ta’ ħidma interni tagħha u fir-relazzjonijiet tagħha mal-awtoritajiet involuti fil-politika agrikola komuni.

    (3)

    Diversi obbligi ta' komunikazzjoni u ta' notifika jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta' din is-sistema, b'mod partikolari dawk preveduti fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 (3), (KE) Nru 967/2006 (4), (KE) Nru 555/2008 (5) u (KE) Nru 1249/2008 (6).

    (4)

    Sabiex ikun hemm amministrazzjoni effiċjenti filwaqt li tiġi meqjusa l-esperjenza, xi wħud min-notifiki għandhom jiġu ssimplifikati, speċifikati jew jitħassru.

    (5)

    Fl-Artikolu 100(2) ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 jipprevedi notifika simplifikata fil-każ meta għandhom jiġu kkomunikati biss valuri żero. Billi s-sistema ta’ informazzjoni tinkludi proċedura ssimplifikata biex tibgħat dawn in-notifiki, il-proċedura ta' notifika ta' dan l-Artikolu ma għadhiex meħtieġa.

    (6)

    Fir-Regolament 1249/2008, għandha tiġi stabbilita notifika supplimentari dwar it-tbiċċir tal-ifrat bil-ħsieb li tikkalkula l-użin tal-koeffiċjent imsemmi fl-Artikolu 18.

    (7)

    Għaldaqstant, ir-Regolamenti (KE) Nru 952/2006, (KE) Nru 967/2006, (KE) Nru 555/2008 u (KE) Nru 1249/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 58 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 jinbidel b'dan li ġej:

    “Artikolu 58

    Il-komunikazzjonijiet u n-notifiki

    Il-komunikazzjonijiet u n-notifiki msemmija fl-Artikolu 5(3) u fl-Artikoli 12, 21 u 22 għandhom isiru skont ir-Regolament (KE) Nru 792/2009 (*).

    Artikolu 2

    Fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 967/2006, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

    “5.   Il-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(3), fl-Artikoli 10 u 17 u f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (**).

    Artikolu 3

    L-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    It-titlu “Komunikazzjonijiet” jinbidel b’“Komunikazzjonijiet u notifiki”,

    (2)

    Il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

    “1.   Il-komunikazzjonijiet u n-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (***).

    (***)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

    (3)

    Il-paragrafu 2 jitħassar.

    Artikolu 4

    Ir-Regolament (KE) Nru 1249/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 19, jiżdied il-punt (d) li ġej:

    “(d)

    l-għadd totali tal-annimali adulti bovini li tbiċċru fis-sena kalendarja preċedenti mqassma għal kull kategorija, u l-klassijiet ta' konformazzjoni u tal-kisja tax-xaħam.”

    (2)

    Jiddaħħal l-Artikolu 39a li ġej:

    “Artikolu 39 a

    Il-komunikazzjonijiet u n-notifiki

    Il-komunikazzjonijiet u n-notifiki lill-Kummissjoni msemmija f'dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fl-Artikolu 36 għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (****).

    (****)  ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3.”"

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta’ Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jipprovdi regoli dettaljati għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-ġestjoni tas-suq intern taz-zokkor u l-iskema tal-kwoti (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 967/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward produzzjoni taz-zokkor li taqbeż il-kwota (ĠU L 176, 30.6.2006, p. 22).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzjijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).


    Top