This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0910
Commission Implementing Regulation (EU) No 910/2013 of 16 September 2013 entering a name in the register of protected designations of origin and protected geographical indications (Trote del Trentino (PGI))
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 910/2013 tas- 16 ta’ Settembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Trote del Trentino (IĠP)]
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 910/2013 tas- 16 ta’ Settembru 2013 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Trote del Trentino (IĠP)]
ĠU L 252, 24.9.2013, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
24.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 910/2013
tas-16 ta’ Settembru 2013
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Trote del Trentino (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (2). |
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni mill-Italja biex id-denominazzjoni “Trote del Trentino” tiddaħħal fir-reġistru, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
(3) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda stqarrija ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, id-denominazzjoni "Trote del Trentino" għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2013.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Dacian CIOLOȘ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(3) ĠU C 294, 29.9.2012, p. 19.
ANNESS
Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski u krustaċji u l-prodotti dderivati minnhom
L-ITALJA
Trote del Trentino (IĠP)