Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0495

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 495/2013 tad- 29 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 143, 30.5.2013, p. 3–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/495/oj

    30.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 143/3


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 495/2013

    tad-29 ta’ Mejju 2013

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 li jimponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni tal-għalf u l-ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex titħares is-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti bil-miżuri li jieħdu l-Istati Membri individwalment.

    (2)

    Wara l-aċċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-11 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni ġiet infurmata li l-livelli ta’ radjunuklidi f’ċerti prodotti tal-ikel li joriġinaw fil-Ġappun qabżu l-livelli ta’ azzjoni fl-ikel applikabbli fil-Ġappun. Kontaminazzjoni bħal din tista’ thedded is-saħħa pubblika u tal-annimali fl-Unjoni u għalhekk ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2011 tal-25 ta’ Marzu 2011 li jimponi kundizzjonijiet speċjali dwar l-importazzjoni ta’ għalf u ikel li joriġina jew ġej mill-Ġappun wara l-inċident fl-impjant nukleari ta’ Fukushima (2). Dak ir-Regolament aktar tard inbidel bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 961/2011 (3), bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2012 (4) u bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 996/2012 (5).

    (3)

    L-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 jipprovdi għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet meta jkunu disponibbli r-riżultati tat-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżi dwar il-preżenza tar-radjuattività tal-ikel u tal-għalf tat-tielet staġun ta’ tkabbir wara l-inċident, jiġifieri sal-31 ta’ Marzu 2014. Madankollu, skont dak l-Artikolu, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-prodotti li l-ħsad tagħhom isir l-aktar fit-tieni parti tat-tieni staġun ta’ tkabbir u allura d-dejta kollha tat-tieni staġun ta’ tkabbir li għadha mhix disponibbli, għandhom jiġu riveduti sal-31 ta’ Marzu 2013.

    (4)

    Il-miżuri ġew riveduti filwaqt li tqieset id-dejta ta’ okkorrenza dwar ir-radjuattività fl-għalf u fl-ikel li pprovdew l-awtoritajiet Ġappuniżi għall-perjodu bejn Settembru 2012 u Jannar 2013.

    (5)

    Fir-rigward tal-prefetturi ta’ Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Iwate, Chiba u Kanagawa, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 jeħtieġ li jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati, qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni, il-faqqiegħ, it-te, il-prodotti tas-sajd, ċerti pjanti selvaġġi li jittieklu, ċerti ħxejjex, ċertu frott, ir-ross u l-fażola tas-sojja u l-prodotti pproċessati u dderivati minnhom. Wara l-valutazzjoni dettaljata tad-dejta pprovduta, il-lanġas, it-taro, il-yacon, il-frott taż-żerriegħa, il-pawpaw u l-arzell għandhom jitneħħew mil-lista ta’ prodotti li għalihom hemm bżonn jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati qabel l-esportazzjoni filwaqt li l-qamħ Saraċin, l-għerq tal-lotus u l-ararut bi tliet werqiet (threeleaf arrowroot) għandhom jitniżżlu f’dik il-lista. Billi l-importazzjoni tal-laħam frisk tal-bovini mill-Ġappun dan l-aħħar ġie permess bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 196/2013 tas-7 ta’ Marzu 2013 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-annotazzjoni l-ġdida għall-Ġappun fil-lista ta’ pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, li minnhom l-importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ċertu laħam frisk huma awtorizzati (6), jeħtieġ li l-laħam frisk tal-bovini jiżdied mal-lista ta’ prodotti li għalihom hemm bżonn jittieħdu kampjuni u jiġu analizzati qabel l-esportazzjoni.

    (6)

    Wara li nstab nuqqas ta’ konformità, jixraq li għall-faqqiegħ mill-prefetturi ta’ Nagano, Niigata u Aomori jiżdied ir-rekwiżit għat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi qabel l-esportazzjoni.

    (7)

    Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 għandu jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

    “3.   Id-dikjarazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiċċertifika wkoll li:

    (a)

    il-prodott inħasad u/jew ġie pproċessat qabel il-11 ta’ Marzu 2011; jew

    (b)

    il-prodott, ħlief it-te u l-faqqiegħ li joriġinaw mill-prefettura ta’ Shizuoka u ħlief il-faqqiegħ li joriġina mill-prefetturi ta’ Yamanashi, Nagano, Niigata jew Aomori, ikun joriġina u ġej minn prefettura ħlief dawk ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa u Iwate; jew

    (c)

    il-prodott ikun joriġina u ġej minn Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa u Iwate iżda mhux elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament (u għalhekk m’għandu bżonn l-ebda analiżi qabel l-esportazzjoni); jew

    (d)

    il-prodott ikun ġej mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa u Iwate, iżda ma jkunx joriġina minn waħda minn dawn il-prefetturi u ma ġiex espost għar-radjuattività waqt it-tranżitu; jew

    (e)

    meta l-prodott ikun te jew faqqiegħ li joriġinaw mill-prefettura ta’ Shizuoka jew faqqiegħ li joriġina mill-prefetturi ta’ Yamanashi, Nagano, Niigata jew Aomori jew prodott idderivat minnhom jew għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta’ dawn il-prodotti, il-prodott ikollu miegħu rapport analitiku bir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi; jew

    (f)

    meta l-prodott, elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, ikun joriġina mill-prefetturi ta’ Fukushima, Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa u Iwate jew ikun għalf jew ikel kompost li fih aktar minn 50 % ta’ dawn il-prodotti, il-prodott ikollu miegħu rapport analitiku bir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi. Il-lista tal-prodotti fl-Anness IV hija mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (7); jew

    (g)

    meta ma tkunx magħrufa l-oriġini tal-prodott jew ta’ aktar minn nofs l-ingredjenti li jkun fih, il-prodott ikollu miegħu rapport analitiku bir-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u l-analiżi.

    (7)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.”"

    (2)

    L-Artikolu 16 jinbidel b’dan li ġej:

    “Artikolu 16

    Miżuri ta’ tranżizzjoni

    1.   B’deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni jekk jikkonformaw mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012, meta:

    (a)

    il-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel jidħol fis-seħħ ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012; jew

    (b)

    il-prodotti jkollhom magħhom dikjarazzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 284/2012 li tkun inħarġet qabel l-1 ta’ Novembru 2012 u l-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel l-1 ta’ Diċembru 2012.

    2.   B’deroga mill-Artikolu 3, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni jekk jikkonformaw mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 fejn:

    (a)

    il-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel jidħol fis-seħħ ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 495/2013 (*); jew

    (b)

    il-prodotti jkollhom magħhom dikjarazzjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 996/2012 li tkun inħarġet qabel l-1 ta’ Ġunju 2013 u l-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel l-1 ta’ Lulju 2013.

    3.   B’deroga mill-Artikolu 3, għall-qamħ Saraċin, għall-għerq tal-lotus u għall-ararut bi tliet werqiet (threeleaf arrowroot) li joriġinaw u li ġejjin minn Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa u Iwate u għall-faqqiegħ li joriġina jew li ġej minn Nagano, Niigata jew Aomori, ir-rekwiżit tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi qabel l-esportazzjoni lejn l-Unjoni ma għandux japplika meta dawk il-prodotti jkunu telqu mill-Ġappun qabel jidħol fis-seħħ ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 495/2013.

    (*)  ĠU L 143, 30.5.2013, p. 3.”"

    (3)

    L-Anness I jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    (4)

    L-Anness IV jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

    (2)  ĠU L 80, 26.3.2011, p. 5.

    (3)  ĠU L 252, 28.9.2011, p. 10.

    (4)  ĠU L 92, 30.3.2012, p. 16.

    (5)  ĠU L 299, 27.10.2012, p. 31.

    (6)  ĠU L 65, 8.3.2013, p. 13.


    ANNESS I

    “ANNESS I

    Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

    ANNESS II

    “ANNESS IV

    Għalf u ikel li qabel jiġu esportati lejn l-Unjoni, jeħtieġ jittieħdu kampjuni minnhom u jiġu analizzati għall-preżenza taċ-ċesju-134 u ċ-ċesju-137

    (a)

    prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Fukushima:

    il-prodotti kollha, filwaqt li jitqiesu l-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament.

    (b)

    prodotti li joriġinaw mill-prefettura ta’ Shizuoka:

    te u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 09022101 20 u 2202 90 10;

    faqqiegħ u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 51, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59, 0712 31, 0712 32, 0712 33, 0712 39, 2003 10, 2003 90 u 2005 99 80.

    (c)

    prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Yamanashi, Nagano, Niigata jew Aomori:

    faqqiegħ u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 51, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59, 0712 31, 0712 32, 0712 33, 0712 39, 2003 10, 2003 90 u 2005 99 80.

    (d)

    prodotti li joriġinaw mill-prefetturi ta’ Gunma, Ibaraki, Tochigi, Miyagi, Saitama, Tokjo, Chiba, Kanagawa jew Iwate:

    te u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 0902, 2101 20 u 2202 90 10;

    faqqiegħ u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 51, 0709 59, 0710 80 61, 0710 80 69, 0711 51 00, 0711 59, 0712 31, 0712 32, 0712 33, 0712 39, 2003 10, 2003 90 u 2005 99 80;

    ħut u prodotti tas-sajd li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0302, 0303, 0304, 0305, 0306, 0307, 0308, 1504 10, 1504 20, 1604 u 1605 ħlief l-arzell li jaqa’ fil-kodiċijiet NM 0307 21, 0307 29 u 1605 52 00;

    ross u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1006, 1102 90 50, 1103 19 50, 1103 20 50, 1104 19 91, 1104 19 99, 1104 29 17, 1104 29 30, 1104 29 59, 1104 29 89, 1104 30 90, 1901, 1904 10 30, 1904 20 95, 1904 90 10 u 1905 90;

    fażola tas-sojja u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1201 90, 1208 10, u 1507;

    fażola żgħira (adzuki) li taqa’ fil-kodiċijiet NM 0708 20, 0713 32 00 u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu f’kodiċi NM bħal 1106 10;

    blueberries u prodotti pproċessati minnhom li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0810 40 30, 0810 40 50, 0811 90 50, 0811 90 70, 0812 90 40, u 0813 40 95;

    lewż ginkgo li jaqa’ fil-kodiċi NM 0802 90 85 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

    berquq Ġappuniż li jaqa’ fil-kodiċi NM 0809 40 05 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

    frott taċ-ċitru li jaqa’ fil-kodiċi NM 0805, il-qoxra tal-frott taċ-ċitru li taqa’ fil-kodiċi NM 0814 00 00 u prodotti pproċessati minnhom li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 25, 0812 90 98, u 0813 40 95;

    frott tal-kaki Ġappuniż li jaqa’ fil-kodiċi NM 0810 70 00 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

    rummien li jaqa’ fil-kodiċi NM 0810 90 75 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

    chocolate vine (Akebia quinata) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0810 90 75, 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

    qastan li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 0802 41 00 u 0802 42 00 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

    ġewż li jaqa’ fil-kodiċijiet NM 0802 31 00 u 0802 32 00 u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

    Ashitaba (Angelica keiskei) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    butterbur ġgant (fuki), butterbur scape Ġappuniż (Petasites japonicus) u prodotti pproċessati minnhom li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    ġinġer Ġappuniż (Myoga) li jaqa’ fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90, 0712 90 u prodotti pproċessati minnu bħal dawk li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 2008 99 49, u 2008 99 67;

    partijiet li jittieklu ta’ Aralia sp. u prodotti pproċessati minnhom li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    nebbieta tal-bambù (Phyllostacys pubescens) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90, 0712 90, 2004 90 u 2005 91;

    bracken (Pteridium aquilinum) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    partijiet li jittieklu ta’ horseradishe jew wasabi Ġappuniż (Wasabia japonica) u prodotti pproċessati minnhom li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90, 0712 90 u 0910 99;

    tursin Ġappuniż (Oenanthe javanica) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    bżar Ġappuniż (Zanthoxylum piperitum) li jaqa’ fil-kodiċi NM 0910 99;

    royal fern Ġappuniż (Osmunda japonica) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    koshiabura (nebbieta ta’ Eleuterococcus sciadophylloides) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    momijigasa (Parasenecio delphiniifolius) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    ostrich fern (Matteuccia struthioptheris) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    plantain lily (Hosta Montana) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    uwabamisou (Elatostoma umbellatum var. majus) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    victory onion (Allium victorialis subsp, Platyphyllum) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0703 10, 0710 80, 0711 900712 20 u 0712 90;

    xewk (Cirsium japonicum) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    yobusumaso (Honma) (Cacalia hastata ssp orientalis) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    Synurus pungens (Oyamabokuchi) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċi NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    denb iż-żiemel tal-għelieqi (Equisetum arvense) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0709 99, 0710 80, 0711 90 u 0712 90;

    Actinidia polygama (silver vine) u prodotti pproċessati minnha li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 0810 90 75, 0811 90 19, 0811 90 39, 0811 90 95, 0812 90 98, u 0813 40 95;

    laħam frisk tal-bovini li jaqa’ fil-kodiċijiet NM 0201, 0202, 0206 10, 0206 21 00, 0206 22 00, 0206 29, 0504 u 1502;

    qamħ Saraċin u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu fil-kodiċijiet NM 1008 10 00, 1102 90 90, 1103 19 90, 1103 20 90, 1104 19 99, 1104 29 17, 1104 29 30, 1104 29 59, 1104 29 89, 1104 30 90, 1901, 1904 10 90, 1904 20 99, 1904 90 80 u 1905 90;

    għerq tal-lotus u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċijiet NM bħal 0709 99, 0711 90, 0712 90 u 1211 90;

    ararut bi tliet werqiet (threeleaf arrowroot) u prodotti pproċessati minnu li jaqgħu f’kodiċi NM bħal 0714 90.

    (e)

    prodotti komposti li jinkludu aktar minn 50 % tal-prodotti msemmija fl-intestaturi (a), (b), (c) u (d) ta’ dan l-Anness.”


    Top