Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0463

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 463/2013 tas- 17 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġu adottati l-Annessi I, II u IV għall-progress tekniku Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 134, 18.5.2013, p. 1–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R1009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/463/oj

    18.5.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 134/1


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 463/2013

    tas-17 ta’ Mejju 2013

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fertilizzanti bl-għan li jiġu adottati l-Annessi I, II u IV għall-progress tekniku

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li għandu x’jaqsam mal-fertilizzanti (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 31(1) u (3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-kelma “kainit” intużat fit-tabella A.3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 bħala l-indikazzjoni tat-tip ta’ fertilizzant għall-melħ mhux maħdum tal-potassju.Il-kelma kainit issa waslet biex tiġi assoċjata mal-melħ greġg tal-potassju wieħed speċifiku biss biex b’hekk twassal għal restrizzjoni potenzjali tal-kummerċ għall-manifatturi li jixtiequ jikkummerċjalizzaw sorsi oħra tal-melħ tal-potassju.Biex tiġi ribattuta dik ir-restrizzjoni u b’hekk jiġi ffaċilitat l-aċċess għal firxa akbar ta’ melħ tal-potassju għall-bdiewa fl-Istati Membri kollha, għandha tintuża deżinjazzjoni tat-tip aktar ġenerika għal dawk l-entrati fil-każ ta’ dak it-tip ta’ fertilizzant, u referenzi għal kainit għandhom jiġu adattati skont dan.Għandu jingħata perjodu tranżitorju lill-produtturi tal-melħ greġg tal-potassju biex jadattaw it-tikkettar għar-regoli l-ġodda.

    (2)

    L-aċidu linjosulfoniku huwa materjal kumpless miksub minn sorsi differenti tal-injam. Billi bosta gradi differenti ta’ kwalità huma disponibbli kummerċjalment, huwa importanti li jiġu adattati għall-progress tekniku l-ħtiġiet tal-kwalità li l-prodotti jridu jkunu konformi magħhom sabiex jitqiegħdu fis-suq bħala fertilizzant tal-KE.

    (3)

    Sustanzi tal-ġir, magħrufa wkoll bħala ġir fertilizzanti, inaqqsu l-aċidità tal-ħamrija u, meta jagħmlu dan, jistgħu wkoll jipprovdi n-nutrijenti manjesju jew kalċju jew it-tnejn. Il-manifatturi ta’ sustanzi tal-gir jiffaċċjaw għadd divers ta’ regoli nazzjonali li jwasslu għal distorsjoni tas-suq intern. Il-materjali tal-ġir għandhom għalhekk jiżdiedu mat-tipi ta’ fertilizzant deskritti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 biex dawn ikunu jistgħu jiċċirkolaw b’mod ħieles fis-suq intern. Barra minn hekk, il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) żviluppa standards EN għall-metodi ta’ analiżi ta’ materjali tal-ġir. Sabiex il-konformità ma’ dawk l-istandards tkun mandatorja, għandhom ikunu inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 li jistabbilixxi l-metodi tat-teħid ta’ kampjuni u ta’analiżi.

    (4)

    Għandu jingħata perjodu tranżitorju biex jiżgura li l-produtturi ta’ sustanzi tal-gir jingħataw iż-żmien biex jadattaw l-istandards EN il-ġodda.

    (5)

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jistabbilixxi tolleranzi fir-rigward tal-kontenut nutrittiv iddikjarat. L-Anness II għandu jkun emendat biex jinkludi t-tolleranzi għall-materjali tal-ġir.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jitlob il-kontroll tal-fertilizzanti tal-KE b’konformità mal-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u ta’ analiżi li huma stabbiliti fl-Anness IV tiegħu. Madankollu, xi wħud minn dawn il-metodi mhumiex rikonoxxuti internazzjonalment u għandhom jiġu sostitwiti minn standards EN żviluppati dan l-aħħar mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi

    1.   L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    2.   L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    3.   L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dispożizzjonijiet tranżitorji

    Permezz ta’ deroga mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 3, il-manifatturi jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet fl-Anness I, il-punt (1) qabel is-7 ta’ Diċembru 2014.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    2.   Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mis-7 ta’ Diċembru 2014.

    3.   L-Anness I, il-punt (3), l-Anness II, il-punt (2) u l-Anness III, il-punt (4) għandhom japplikaw mis-7 ta’ Ġunju 2014.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Mejju 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.


    ANNESS I

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fis-sezzjoni A.3, l-annotazzjonijiet 1 u 2 fit-tabella tbiddlu b’li ġej:

    “1

    Il-melħ greġġ tal-potassju

    Prodott miksub minn melħ greġg tal-potassju

    10 % K2O

    Potassju li jinħall fl-ilma, espress bħala K2O

    5 % MgO,

    Manjesju fil-forma ta’ mluħ solubbli fl-ilma, espressi bħala ossidu tal-manjesju

    Jistgħu jiżdiedu l-ismijiet kummerċjali tas-soltu

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    Ossidu tal-manjesju li jinħall fl-ilma.

    2

    Melħ greġg tal-potassju arrikkit

    Prodott miksub minn melħ greġg tal-potassju arrikkit b’taħlit ma’ klorur tal-potassju

    18 % K2O

    Potassju li jinħall fl-ilma, espress bħala K2O

    Jistgħu jiżdiedu l-ismijiet kummerċjali tas-soltu

    Ossidu tal-potassju li jinħall fl-ilma

    Referenza mhux obbligatorja tal-kontenut ta’ ossidu tal-manjesju li jinħall fl-ilma meta ogħla minn 5 % MgO”

    (2)

    Fit-Taqsima E.3.2, it-tabella tinbidel b’dan li ġej:

    “Nru

    Deżinjazzjoni

    Deżinjazzjoni alternattiva

    Formula kimika

    In-numru CAS tal-aċidu (*)

    1

    Aċidu linjusulfoniku

    LS

    L-ebda formula kimika disponibbli

    8062-15-5 (**)

    (3)

    Tiddaħħal it-Taqsima G li ġejja:

    “G.   Materjali tal-ġir

    Il-kliem ‘MATERJAL TAL-ĠIR’ għandu jiġi miżjud wara t-terminu ‘FERTILIZZANT TAL-KE’.

    Il-karatteristiċi kollha msemmija fit-tabelli tat-taqsimiet minn G.1 sa G.5 jirreferu għall-prodott kif fornut sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

    Materjali tal-ġir granulari li huma prodotti permezz ta’ aggregazzjoni ta’ partiċelli primarji iżgħar għandhom jitfarrku meta titħawwad fl-ilma f’partiċelli ta’ distribuzzjonijiet ta’ finezza kif speċifikat fid-deskrizzjonijiet tat-tip, u kif imkejla bl-użu tal-metodu 14.9 “Id-determinazzjoni tat-tifrik ta’granuli”.

    G.1.   Il-Ġir Naturali

    Nru

    Deżinjazzjoni tat-tip

    Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

    Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż)

    Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti

    Rekwiżiti oħra

    Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip

    Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat

    Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti

    Kriterji oħra li għandhom jiġu ddikjarati

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    1(a)

    Ġebla tal-ġir – kwalità standard

    Prodott li fih bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju, miksub permezz tat-tħin ta’ depożiti naturali ta’ ġebel tal-ġir.

    Valur newtralizzanti minimu: 42

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm;

    Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,5 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali (mhux obbligatorju)

    Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji)

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    1(b)

    Ġebla tal-ġir – kwalità fina

    Valur newtralizzanti minimu: 50

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;

    Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;

    Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,1 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    2(a)

    Ġebla tal-ġir manjeżjana – kwalità standard

    Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju u l-karbonat tal-manjesju, miksub permezz tat-tħin ta’ depożiti naturali ta’ ġebla tal-ġir manjesjana.

    Valur newtralizzanti minimu: 45

    Manjesju totali: 3 % MgO,

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm;

    Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,5 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali:

    Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji)

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    2(b)

    Ġebla tal-ġir manjeżjana – kwalità fina

    Valur newtralizzanti minimu: 52

    Manjesju totali: 3 % MgO,

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;

    Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;

    Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,1 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    3(a)

    Ġebla tal-ġir dolomitika – kwalità standard

    Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju u l-karbonat tal-manjesju, miksub permezz tat-tħin ta’ depożiti naturali ta’ dolomit.

    Valur newtralizzanti minimu: 48

    Manjesju totali: 12 % MgO,

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm;

    Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,5 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali:

    Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji)

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    3(b)

    Ġebla tal-ġir dolomitika – kwalità fina

    Valur newtralizzanti minimu: 54

    Manjesju totali: 12 % MgO,

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;

    Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;

    Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,1 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    4(a)

    Ġebla tal-ġir marina – kwalità standard

    Prodott li fih bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju, miksub permezz tat-tħin ta’ depożiti naturali ta’ ġebel tal-ġir ta’ oriġini tal-baħar.

    Valur newtralizzanti minimu: 30

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali (mhux obbligatorju)

    Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji)

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    4(b)

    Ġebla tal-ġir tal-baħar – kwalità fina

    Valur newtralizzanti minimu: 40

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda.

    5(a)

    Ġibs – kwalità standard

    Prodott li fih bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju, miksub permezz tat-tħin ta’ depożiti naturali ta’ ġibs.

    Il-finezza determinata minn għarbiel fin-niedi wara disintegrazzjoni fl-ilma:

    Mill-inqas 90 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm;

    Mill-inqas 70 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 40 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm;

    Reattività ta’frazzjoni 1 – 2 mm (miksuba billi jiġi mgħoddi minn għarbiel xott) mill-inqas 40 % f’aċidu ċitriku

    Valur newtralizzanti minimu: 42

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 25 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali (mhux obbligatorju)

    Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji)

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    5(b)

    Ġibs – kwalità fina

    Il-finezza determinata minn għarbiel fin-niedi wara disintegrazzjoni fl-ilma:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 3,15 mm;

    Mill-inqas 70 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm;

    Reattività ta’frazzjoni 1 – 2 mm (miksuba permezz ta’ għarbiel xott) mill-inqas 65 % f’aċidu ċitriku

    Valur newtralizzanti minimu: 48

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 25 mm; kif ukoll

    mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    6

    Sospensjoni tal-karbonat

    Prodott li fih bħala l-ingredjenti essenzjali tiegħu l-karbonat tal-kalċju u/jew il-karbonat tal-manjesju, miksub bit-tħin u li jissospendi fl-ilma ta’ depożiti naturali ta’ġebla tal-ġir, ġebla tal-ġir manjeżjana, dolomit jew ġibs.

    Valur newtralizzanti minimu: 35

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 2 mm;

    Mill-inqas 80 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 1 mm;

    Mill-inqas 50 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,315 mm; kif ukoll

    Mill-inqas 30 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,1 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali jekk MgO ≥ 3 %

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji)

    Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    G.2.   Ġir Ossidu u Idrossidu ta’ oriġini naturali

    Nru

    Deżinjazzjoni tat-tip

    Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

    Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż)

    Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti

    Rekwiżiti oħra

    Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip

    Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat

    Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti

    Kriterji oħra li għandhom jiġu ddikjarati

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    1(a)

    Ġir imsajjar – kwalità bażika

    Prodott li fih bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ ġebel tal-ġir.

    Valur newtralizzanti minimu: 75

    Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott:

    Fina:

    mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;

    Skrinjata:

    mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll

    Mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.

    L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip “fina” jew “skrinjata”.

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali (mhux obbligatorju)

    Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    1(b)

    Ġir imsajjar – kwalità primjum

    Prodott li fih bħala l-ingredjent essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ ġebel tal-ġir.

    Valur newtralizzanti minimu: 85

    Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott:

    Fina:

    mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;

    Skrinjata:

    mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll

    mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.

    L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip “fina” jew “skrinjata”.

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali (mhux obbligatorju)

    Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    2(a)

    Ġir manjeżjan imsajjar – kwalità bażika

    Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju u l-ossidu tal-manjesju, miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ ġebla tal-ġir manjeżjana.

    Valur newtralizzanti minimu: 80

    Manjesju totali: 7 % MgO,

    Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott:

    Fina:

    mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;

    Skrinjata:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll

    mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.

    L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip “fina” jew “skrinjata”.

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali:

    Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    2(b)

    Ġir tal-manjesju msajjar – kwalità primjum

    Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju u l-ossidu tal-manjesju, miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ ġebla tal-ġir manjeżjana.

    Valur newtralizzanti minimu: 85

    Manjesju totali: 7 % MgO,

    Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott:

    Fina:

    mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;

    Skrinjata:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll

    mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.

    L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip “fina” jew “skrinjata”.

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiżdiedu.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali:

    Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    3(a)

    Ġir dolomitiku msajjar – kwalità bażika

    Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju u l-ossidu tal-manjesju, miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ dolomit.

    Valur newtralizzanti minimu: 85

    Manjesju totali: 17 % MgO

    Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott:

    Fina:

    mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;

    Skrinjata:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll

    mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.

    L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip “fina” jew “skrinjata”.

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali:

    Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    3(b)

    Dolomitiku msajjar – kwalità primjum

    Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-ossidu tal-kalċju u l-ossidu tal-manjesju, miksub permezz tas-sajran ta’ depożiti naturali ta’ dolomit.

    Valur newtralizzanti minimu: 95

    Manjesju totali: 17 % MgO,

    Finezza ddeterminat permezz ta’ għarbiel fix-xott:

    Fina:

    mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 4 mm;

    Skrinjata:

    Mill-inqas 97 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 8 mm; kif ukoll

    mhux aktar minn 5 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,4 mm.

    L-isem tat-tip għandu jinkludi l-irquqija tip “fina” jew “skrinjata”.

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali:

    Il-finezza determinata b’għarbel fix-xott (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    4

    Ġir idradat imsajjar (ġir mitfi)

    Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-idrossidu tal-kalċju, miksub permezz ta’ sajran u tifi ta’ depożiti naturali tal-ġebel tal-ġir.

    Valur newtralizzanti minimu: 65

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    mill-inqas 95 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,16 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali (mhux obbligatorju)

    Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja)

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    5

    Ġir majeżjan imsajjar idratat (ġir manjeżjan mitfi)

    Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-idrossidu tal-kalċju u l-idrossidu tal-manjesju, miksuba permezz ta’ sajran u tifi ta’ depożiti naturali ta’ ġebel tal-ġir manjeżjan.

    Valur newtralizzanti minimu: 70

    Manjesju totali: 5 % MgO,

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    mill-inqas 95 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,16 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali:

    Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja)

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    6

    Ġir dolomitiku msajjar idratat

    Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-idrossidu tal-kalċju u l-idrossidu tal-manjesju, miksuba permezz ta’ sajran u tifi ta’ depożiti naturali ta’ dolomit.

    Valur newtralizzanti minimu: 70

    Manjesju totali: 12 % MgO

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    mill-inqas 95 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,16 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali:

    Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja)

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    7

    Sospensjoni tal-ġir idratat

    Prodott li fih bħala ingredjenti essenzjali tiegħu l-idrossidu tal-kalċju u/jew l-idrossidu tal-manjesju, miksuba billi jissajru, jintfew u jiġu sospiżi fl-ilma depożiti naturali ta’ġebla tal-ġir manjeżjana, ġebla tal-ġir jew dolomit.

    Valur newtralizzanti minimu: 20

    Il-finezza ddeterminata minn għarbiel fin-niedi:

    mill-inqas 95 % jgħaddi minn għarbiel ta’ 0,16 mm;

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali jekk MgO ≥ 3 %

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Il-finezza determinata b’għarbel fin-niedi (mhux obbligatorja)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    G.3.   Ġir mill-proċessi industrijali

    Nru

    Deżinjazzjoni tat-tip

    Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

    Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż)

    Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti

    Rekwiżiti oħra

    Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip

    Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat

    Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti

    Kriterji oħra li għandhom jiġu ddikjarati

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    1(a)

    Ġir tal-fabbrika taz-zokkor

    Prodott mill-produzzjoni taz-zokkor miksub permezz ta’ karbonazzjoni bl-użu esklussiv ta’ ġir imsajjar minn sorsi naturali u li fih bħala ingredjent essenzjali l-karbonat tal-kalċju maqsum b’mod fin.

    Valur newtralizzanti minimu: 20

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda.

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali (mhux obbligatorju)

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Reattività u metodu ta’ determinazzjoni (mhux obbligatorji)

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    1(b)

    Sospensjoni tal-ġir tal-fabbrika taz-zokkor

    Valur newtralizzanti minimu: 15

    G.4.   Ġir imħallat

    Nru

    Deżinjazzjoni tat-tip

    Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

    Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż)

    Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti

    Rekwiżiti oħra

    Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip

    Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat

    Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti

    Kriterji oħra li għandhom jiġu ddikjarati

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    1

    Ġir imħallat

    Prodott miksub bit-taħlita tat-tipi elenkati fit-taqsimiet G1 u G2.

    Il-kontenut tal-karbonat minimu: 15 %

    Il-kontenut tal-karbonat massimu: 90 %

    Il-kelma “manjeżjan” għandha tiżdied mad-deskrizzjoni tat-tip jekk MgO ≥ 5 %.

    L-ismijiet kummerċjali tas-soltu jew ismijiet alternattivi jistgħu jiġu miżjuda.

    Tipi kif speċifikat fit-Taqsimiet G.1 u G.2

    Valur newtralizzanti

    Kalċju totali

    Manjesju totali jekk MgO ≥ 3 %

    Riżultati tal-inkubazzjoni tal-ħamrija (mhux obbligatorji)

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    G.5.   Taħlitiet ta’sustanzi tal-gir ma’ tipi ta’ fertilizzanti tal-KE oħra

    Nru

    Deżinjazzjoni tat-tip

    Dejta dwar il-metodu ta’ produzzjoni u l-ingredjenti essenzjali

    Kontenut minimu ta’ nutrittivi (perċentwali skont il-piż)

    Dejta dwar l-espressjoni tan-nutrijenti

    Rekwiżiti oħra

    Dejta oħra dwar id-deżinjazzjoni tat-tip

    Kontenut tan-nutrijent li għandu jiġi ddikjarat

    Forom u solubilitajiet tan-nutrijenti

    Kriterji oħra li għandhom jiġu ddikjarati

    1

    2

    3

    4

    5

    6

    1

    Taħlita ta’[l-indikazzjoni tat-tip fit-taqsimiet minn G.1 sa G.4] bi [l-indikazzjoni tat-tip fit-taqsima A, B, D].

    Prodott miksub permezz ta’ taħlit, ikkumpattar jew granulazzjoni tal-materjali tal-gir elenkati fit-taqsimiet minn G.1 sa G.4 ma’ tipi ta’ fertilizzanti elenkati fit-taqsimiet A, B u D.

    It-taħlitiet li ġejjin huma projbiti:

    sulfat tal-ammonju (Tip A.1.4) jew urea (Tip A.1.9) ma ossidu tal-ġir jew idrossidu tal-ġir kif elenkati fit-Taqsima G.2;

    it-taħlit u mbagħad l-ikkumpattar jew il-granulazzjoni ta’ super fosfati tat-tipi A.2.2 (a), (b) jew (c) ma’ kwalunkwe tipi deskritti fit-Taqsimiet minn G.1 sa G.4.

    Valur newtralizzanti: 15

    3 % N għal taħlitiet li fihom it-tipi ta’ fertilizzanti b’kontenut minimu ta’ N

    3 % P2O5 għal taħlitiet li fihom it-tipi ta’ fertilizzanti b’kontenut minimu ta’ P2O5

    3 % K2O għal taħlitiet li fihom it-tipi ta’ fertilizzanti b’kontenut minimu ta’ K2O

    Potassju li jinħall fl-ilma, espress bħala K2O

    Rekwiżiti oħrajn imsemmija fl-entrati individwali.

    Valur Newtralizzanti

    Nutrijenti skont dikjarazzjonijiet nutrittivi tat-tipi ta’ fertilizzanti individwali.

    Kalċju totali

    Manjesju totali jekk MgO ≥ 3 %

    Jekk li l-kontenut ta’ kloridu ma jaqbiżx 2 % Cl, il-kliem “baxx fil-kloridu” jista’ jinżied

    Ndewwa (mhux obbligatorja)

    Finezza (mhux obbligatorja)”


    (*)  Għat-tagħrif biss.

    (**)  Għal raġunijiet ta’ kwalità, il-kontenut tal-idrossil fenoliku relattiv u l-kontenut ta’ kubrit organiku relattiv kif imkejla b’EN 16109 għandhom jaqbżu 1,5 % u 4,5 % rispettivament.”


    ANNESS II

    L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    It-Taqsima 1.3. hija emendata kif ġej:

    (a)

    Fl-ewwel entrata, id-deskrizzjoni tat-tip “kainit” tinbidel għal “melħ greġg tal-potassju”.

    (b)

    Fit-tieni entrata, id-deskrizzjoni tat-tip “melħ arrikkiti bil-kainit” tinbidel għal “melħ greġg tal-potassju arrikkit”.

    (2)

    Is-Sezzjoni 5 li ġejja tiġi miżjuda:

    “5.   Materjali tal-ġir

    It-tolleranzi permessi rigward il-kalċju u l-manjesju ddikjarati għandhom ikunu:

    Ossidu tal-manjesju:

    sa u inkluż 8 % MgO

    1

    bejn 8 % u 16 % MgO

    2

    aktar minn 16 % MgO

    3

    Ossidu tal-kalċju

    3

    It-tolleranza permessa fir-rigward il-valur newtralizzanti ddikjarat għandha tkun:

    Valur newtralizzanti

    3

    It-tolleranza applikabbli għall-perċentwal iddikjarat tal-materjal li jgħaddi minn għarbiel speċifiku għandha tkun:

    Finezza

    10 ”.


    ANNESS III

    Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003, it-Taqsima B hija emendata kif ġej:

    (1)

    Il-Metodu 6.1 qed jinbidel b’dan li ġej:

    Metodu 6.1

    Determinazzjoni tal-kloridi fl-assenza tal-materjal organiku

    EN 16195: Fertilizzanti – Determinazzjoni tal-kloridi fl-assenza ta’ materjal organiku

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

    (2)

    Il-punti 8.6 sa 8.8 jinbidlu b’dan li ġej:

    Metodu 8.6

    Determinazzjoni manganimetrika tal-kalċju estratt b’segwiment tal-preċipitazzjoni fil-għamla ta’ ossalati

    EN 16196: Fertilizzanti – Determinazzjoni manganimetrika tal-kalċju estratt b’segwiment tal-preċipitazzjoni fil-għamla ta’ ossalati

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 8.7

    Determinazzjoni tal-manjesju bl-ispettrometrija ta’ –assorbazzjoni atomika

    EN 16197: Fertilizzanti – Determinazzjoni tal-manjesju bl-ispettrometrija ta’ assorbazzjoni atomika

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 8.8

    Determinazzjoni tal-manjesju bil-komplispekrometrija

    EN 16198: Fertilizzanti – Determinazzjoni tal-manjesju bil-komplispekrometrija

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

    (3)

    Il-Metodu 8.10 qed jinbidel b’dan li ġej:

    Metodu 8.10

    Determinazzjoni tas-sodju estratt bl-ispettrometrija tal-emissjoni ta’ fjamma

    EN 16199: Fertilizzanti – Determinazzjoni tas-sodju estratt bl-ispettrometrija tal-emissjoni ta’ fjamma

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”

    (4)

    Il-metodi li ġejjin 14 huma miżjuda:

    Metodu 14

    Materjali tal-ġir

    Metodu 14.1

    Id-determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs ta’ materjali tal-ġir permezz ta’ għarbiel xott jew niedi

    EN 12948: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tad-distribuzzjoni tad-daqs permezz ta’ għarbiel xott jew niedi

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 14.2

    Id-determinazzjoni tar-reattività tal-materjali tal-ġir tal-karbonat u s-silikat mal-aċidu idrokloriku

    EN 13971: Materjali tal-ġir tal-karbonat u s-silikat – Determinazzjoni tar-reattività – Metodu ta’ titrazzjoni Potenzjometrika bl-aċidu idrokloriku

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 14.3

    Id-determinazzjoni tar-reattività permezz ta’ metodu ta’ titrazzjoni awtomatika bl-aċidu ċitriku

    EN 16357: Materjali tal-gir tal-karbonat – Determinazzjoni tar-reattività – Metodu ta’ titrazzjoni awtomatika bl-aċidu ċitriku

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 14.4

    Id-determinazzjoni tal-valur newtralizzanti tal-materjali tal-ġir

    EN 12945: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-valur newtralizzanti – Metodi titrimetriku

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 14.5

    Id-determinazzjoni tal-kalċju f’materjali tal-ġir permezz tal-metodu tal-ossalat

    EN 13475: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut tal-kalċju – Metodu bl-ossalat

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 14.6

    Id-determinazzjoni tal-kalċju u l-manjesju f’materjali tal-gir permezz tal-komplessometrija.

    EN 12946: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut tal-kalċju u tal-manjesju – Metodu Komplessometriku

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 14.7

    Id-determinazzjoni tal-manjesju f’materjali tal-ġir permezz tal-metodu tal-ispettrometrija bl-assorbiment atomiku

    EN 12947: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut tal-manjesju – Metodu tal-ispettrometrija bl-assorbiment atomiku

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 14.8

    Id-determinazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa

    EN 12048 Fertilizzanti Solidi u materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-kontenut ta’ ndewwa – Metodu gravimetriku bit-tnixxif f’105 °C +/– 2 °C

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 14.9

    Id-determinazzjoni tat-tifrik tal-granuli

    EN 15704: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tat-tifrik tal-kalċju u l-karbonati tal-kalċju/manjesju granulati taħt l-influwenza tal-ilma

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu test taċ-ċirku.

    Metodu 14.10

    Id-determinazzjoni tal-effett tal-prodott permezz ta’ inkubazzjoni tal-ħamrija

    EN 14984: Materjali tal-gir – Determinazzjoni tal-effett tal-prodott fuq il-pH tal-ħamrija – Metodu permezz tal-inkubazzjoni tal-ħamrija

    Lil dan il-metodu ta’ analiżi sarlu t-test taċ-ċirku.”


    Top