This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R0431
Council Regulation (EU) No 431/2013 of 13 May 2013 amending Regulation (EC) No 147/2003 concerning certain restrictive measures in respect of Somalia
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 431/2013 tat- 13 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 431/2013 tat- 13 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja
ĠU L 129, 14.5.2013, p. 12–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32003R0147 | Sostituzzjoni | artikolu 2 BI | 15/05/2013 | |
Modifies | 32003R0147 | Żieda | anness III | 15/05/2013 | |
Modifies | 32003R0147 | abolizzjoni | artikolu 3.1 punt D) | 15/05/2013 | |
Modifies | 32003R0147 | abolizzjoni | artikolu 3.1 punt C) | 15/05/2013 |
14.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 129/12 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 431/2013
tat-13 ta’ Mejju 2013
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 147/2003 dwar ċerti miżuri restrittivi fil-każ tas-Somalja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 147/2003 (2) jimponi projbizzjoni ġenerali fuq l-għoti ta’ pariri tekniċi, assistenza, taħriġ, finanzjament u għajnuna finanzjarja relatati ma’ attivitajiet militari, lil kwalunkwe persuna, entità jew korp fis-Somalja. |
(2) |
Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2093 (2013). Dik ir-Riżoluzzjoni emendat l-embargo fuq l-armi impost mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 733 (1992) u li ġie elaborat aktar mill-UNSCR 1425 (2002). L-UNSCR 2093 (2013) tipprovdi għal deroga mill-projbizzjoni ta’ assistenza relatata ma’ armamenti u tagħmir militari intiż għall-appoġġ tas-sħab strateġiċi tal-AMISOM, għall-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, u għall-missjoni suċċessura tal-Uffiċċju Politiku tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Somalja, u tissospendi parzjalment l-embargo fuq l-armi relattivament għall-iżvilupp tal-Forzi tas-Sigurtà tal-Gvern Federali tas-Somalja. |
(3) |
Fil-25 ta’ April 2013 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/201/PESK (3), li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK u tipprovdi għal derogi ekwivalenti għal dawk previsti mir-Riżoluzzjoni 2093 (2013). |
(4) |
Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk teħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni għall-finijiet ta’ implimentazzjoni, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 147/2003 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2a huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 2a B’deroga mill-Artikolu 1, l-awtorità kompetenti, kif indikata fil-websajts stabbiliti fl-Anness I, fl-Istat Membru fejn il-fornitur tas-servizz huwa stabbilit, tista’ tawtorizza, taħt dawk il-kundizzjonijiet li hija tikkunsidra xierqa:
|
(2) |
Fl-Artikolu 3(1), il-punti (c) u (d) huma mħassra. |
(3) |
It-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala l-Anness III. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GILMORE
(1) ĠU L 105, 27.4.2010, p. 17
(3) ĠU L 116, 26.4.2013, p. 10.
ANNESS
“ANNESS III
Lista ta’ oġġetti msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 2a
1. |
Missili surface-to-air, inklużi s-Sistemi ta’ Difiża li Jinġarru mill-Bniedem kontra Attakki mill-Ajru (MANPADs); |
2. |
Xkubetti, howitzers, u kanuni b’kalibru akbar minn 12,7 mm, u munizzjon u komponenti ddisinjati apposta għalihom. (Dan ma jinkludix lanċaturi ta’ rockets kontra t-tankijiet sparati minn fuq l-ispalla bħal RPGs jew LAWs, granati sparati bl-azzarini, jew lanċaturi tal-granati); |
3. |
Busijiet b’kalibru akbar minn 82 mm; |
4. |
Armi ggwidati kontra t-tankijiet, inklużi Missili Ggwidati Kontra t-Tankijiet (ATGMs) u munizzjon u komponenti mfassla b’mod speċjali għal dawn l-oġġetti; |
5. |
Kargi u mezzi maħsuba għal użu militari b’materjali enerġetiċi; mini u materjal relatat; |
6. |
Miri tal-armi b’kapaċità għall-viżjoni bil-lejl.” |