Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0308

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 308/2013 tat- 3 ta’ April 2013 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal- Lactobacillus plantarum NCIMB 30083 u tal-preparazzjoni tal- Lactobacillus plantarum NCIMB 30084 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 94, 4.4.2013, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/03/2024; Imħassar b' 32024R0763

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/308/oj

    4.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 94/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 308/2013

    tat-3 ta’ April 2013

    dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 30083 u tal-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 30084 bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri li jagħtu tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, moqri b’rabta mal-paragrafi minn (1) sa (4) tal-Artikolu 10 tiegħu, jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-evalwazzjoni tal-prodotti użati fl-Unjoni bħala addittivi tal-għalf fiż-żmien li daħal fis-seħħ ir-Regolament.

    (2)

    Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, il-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 30083 u l-preparazzjoni tal-Lactobacillus plantarum NCIMB 30084 iddaħħlu fir-Reġistru tal-Unjoni Ewropea tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodotti eżistenti li jappartjenu għall-grupp funzjonali ta’ addittivi tal-għalf, għall-ispeċi tal-annimali kollha.

    (3)

    Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 b’rabta mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu applikazzjonijiet biex dawk il-preparazzjonijiet jiġu awtorizzati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha, u ntalab li dawn l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija “addittivi teknoloġiċi” u fil-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf”. Dawk l-applikazzjonijiet kienu akkumpanjati bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Diċembru 2012 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, il-preparazzjonijiet ikkonċernati jitqiesu bla periklu għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi ta’ prodotti mill-annimali magħlufin b’għalf trattat u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ż-żewġ preparazzjonijiet għandhom il-potenzjal biex itejbu l-produzzjoni tal-għalf billi tiżdied il-preservazzjoni tal-materja xotta u billi titnaqqas id-degradazzjoni tal-proteini għall-ispeċijiet tal-foraġġ li jinħażnu b’mod faċli u moderatament diffiċli. L-Awtorità ma tikkunsidrax li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    Il-valutazzjoni tal-preparazzjonijiet ikkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Konsegwentement, l-użu ta’ dawn il-preparazzjonijiet għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżitorju għall-partijiet interessati biex jippreparaw lilhom infushom biex jilħqu r-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

    (7)

    Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Awtorizzazzjoni

    Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness, li jifformaw parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi tal-għalf”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Miżuri tranżitorji

    Il-preparazzjonijiet speċifikati fl-Anness u l-għalf li jkun fihom, li huma prodotti u ttikkettati qabel l-24 ta’ Ottubru 2013 skont ir-regoli applikabbli qabel l-24 ta’ April 2013 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fuq is-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ April 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  The EFSA Journal 2013; 11(1):3041.


    ANNESS

    Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta’ materjal frisk

    Kategorija ta’ addittivi teknoloġiċi. Grupp funzjonali: addittivi tal-għalf

    1k20736

    Lactobacillus plantarum

    (NCIMB 30083)

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (NCIMB 30083) li fiha minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

     

    Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Lactobacillus plantarum (NCIMB 30083)

     

    Metodu analitiku  (1)

    Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

    Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

    L-ispeċi kollha tal-annimali

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

    2.

    Id-doża minima tal-addittiv meta ma tintużax ma’ taħlita ta’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf: 1 × 108 CFU/kg ta’ materja friska

    3.

    L-addittiv għandu jintuża f’materja faċli u f’materja b’mod moderat diffiċli biex tinħażen (2)

    4.

    Għas-sikurezza: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

    24 ta’ April 2023

    1k20737

     

    Lactobacillus plantarum

    (NCIMB 30084)

     

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta’ Lactobacillus plantarum (NCIMB 30084) li fiha minimu ta’ 5 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

     

    Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Lactobacillus plantarum (NCIMB 30084)

     

    Metodu analitiku  (1)

    Enumerazzjoni fl-addittiv tal-għalf: il-metodu tat-tifrix (EN 15787)

    Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE).

    L-ispeċi kollha tal-annimali

     

     

     

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura li fiha għandu jinħażen, u kemm jista’ jdum maħżun.

    2.

    Id-doża minima tal-addittiv meta ma tintużax ma’ taħlita ta’ mikroorganiżmi oħrajn bħala addittivi tal-għalf: 1 × 108 CFU/kg ta’ materja friska

    3.

    L-addittiv għandu jintuża f’materja faċli u f’materja b’mod moderat diffiċli biex tinħażen (2)

    4.

    Għas-sikurezza: huwa rrakkomandat li tintuża protezzjoni għall-imnifsejn u par ingwanti waqt l-immaniġġjar.

    24 ta’ April 2023


    (1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx

    (2)  Foraġġ li hu faċli biex jinħażen: > 3 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Foraġġ li hu b’mod moderat diffiċli biex jinħażen: 1,5-3,0 % karboidrati li jinħallu fil-materja friska. Kif iddefinit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).


    Top