EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0025

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 25/2013 tas- 16 ta’ Jannar 2013 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-addittiv tal-ikel Diaċetat tal-potassju Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 13, 17.1.2013, p. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/25/oj

17.1.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 13/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 25/2013

tas-16 ta’ Jannar 2013

li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-addittiv tal-ikel Diaċetat tal-potassju

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 30(5) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel, enżimi tal-ikel, aromatizzanti, nutrijenti u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(4)

Dawn il-listi jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

(5)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel tista’ tiġi aġġornata jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li ssir applikazzjoni.

(6)

Applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tad-Diaċetat tal-potassju bħala preservattiv tressqet fis-27 ta’ Settembru 2010 u tinsab għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(7)

Id-Diaċetat tal-potassju huwa mitlub għall-użu bħala alternattiva għall-addittiv tal-ikel Diaċetat tas-sodju E 262 (ii) li jintuża bħala inibitur għat-tkabbir ta’ mikroorganiżmi. Is-sostituzzjoni tad-Diaċetat tas-sodju E 262 (ii) bid-Diaċetat tal-potassju tista’ tgħin biex jonqos il-konsum tas-sodju fid-dieta.

(8)

Skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Awtorità biex taġġorna l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008, għajr meta l-aġġornament inkwistjoni ma jkunx suxxettibbli li jħalli effett fuq is-saħħa tal-bniedem. Id-diaċetat tal-potassju huwa kompost ekwimolekulari ta’ żewġ addittivi tal-ikel awtorizzati (l-Aċetat tal-potassju E 261 u l-Aċidu aċetiku E 260). Fl-1990, il-Kumitat Xjentifiku għall-Ikel evalwa l-addittivi tal-ikel ta’ bosta funzjonijiet teknoloġiċi. Għall-aċidi, il-bażijiet u l-imluħa tagħhom, il-valutazzjonijiet issejsu fuq l-anjoni u l-katjoni elenkati. L-Aċidu aċetiku (E 260) u l-imluħa tiegħu, l-aċetati u d-diaċetati tal-ammonju, tas-sodju, tal-potassju u tal-kalċju, ġew koperti bl-evalwazzjoni. Il-Kumitat stabbilixxa grupp ta’ Konsum Aċċettabbli Kuljum li mhux speċifikat għal dawn is-sustanzi kollha. Dan jimplika li l-użu tagħhom ma jirrappreżentax periklu għas-saħħa sabiex jinkiseb l-effett teknoloġiku mixtieq. L-awtorizzazzjoni għall-użu tad-Diaċetat tal-potassju, b’mod simili għall-Aċetat tal-potassju mhix suxxettibli li jkollha effett fuq is-saħħa tal-bniedem u għalhekk m’hemmx bżonn li tintalab l-opinjoni tal-Awtorità.

(9)

Id-Diaċetat tal-potassju għandu jiġi awtorizzat biex jintuża bl-istess mod bħall-Aċetat tal-potassju. Għalhekk fl-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 l-isem kurrenti tal-addittiv E 261, jiġifieri “aċetat tal-potassju”, għandu jinbidel bl-espressjoni “aċetati tal-potassju” li tkopri kemm l-aċetat tal-potassju u d-diaċetat tal-potassju.

(10)

L-ispeċifikazzjonijiet għad-Diaċetat tal-potassju għandhom jiddaħħlu fir-Regolament (UE) Nru 231/2012. Fl-Anness ta’ dak ir-Regolament, in-numru E 261 (ii) għandu jiġi assenjat lid-Diaċetat tal-potassju, u n-numru tal-Aċetat tal-potassju, li bħalissa huwa E 261, għandu jinbidel għal E 261 (i). Din ir-rinumerazzjoni ma għandhiex konsegwenzi fuq ir-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(11)

Skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta’ Novembru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxu lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel (4), l-Anness II li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvata għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu, japplika mill-1 ta’ Ġunju 2013. Sabiex ikun jista’ jintuża d-diaċetat tal-potassju qabel din id-data, huwa meħtieġ li tiġi speċifikata data tal-applikazzjoni aktar bikrija fir-rigward ta’ dan l-addittiv tal-ikel.

(12)

Għaldaqstant ir-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 għandhom jiġu emendati skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huma emendati skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1.


ANNESS I

A.

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti B, il-punt 3 "Addittivi tal-ikel għajr kuluri u ħlewwiet” l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju (*)

(2)

Fil-Parti C, Grupp I, l-entrata għall-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju (**)

quantum satis

(3)

Fil-Parti E:

(a)

Fil-kategorija tal-ikel 04.2.3 “Frott u ħxejjex fil-laned u fil-fliexken”, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

 

Perjodu tal-applikazzjoni:

mis-6 ta' Frar 2013."

(b)

Fil-kategorija tal-ikel 07.1.1 “Ħobż ippreparat biss bl-ingredjenti li ġejjin: dqiq tal-qamħ, ilma, ħmira jew melħ”, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

 

Perjodu tal-applikazzjoni:

mis-6 ta' Frar 2013."

(c)

Fil-kategorija tal-ikel 07.1.2 “Pain courant français; Friss búzakenyér, fehér és félbarna kenyerek” l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

 

Friss búzakenyér, fehér és félbarna kenyerek biss

Perjodu tal-applikazzjoni:

mis-6 ta' Frar 2013."

(d)

Fil-kategorija tal-ikel 08.1.2 “Il-preparazzjonijiet tal-laħam kif definit mir-Regolament (KE) Nru 853/2004” l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

 

preparazzjonijiet ta’ laħam kapuljat frisk ippakkjati minn qabel

Perjodu tal-applikazzjoni:

mis-6 ta' Frar 2013."

(e)

Fil-kategorija tal-ikel 13.1.3 “Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għal trabi u tfal żgħar kif definiti mid-Direttiva 2006/125/KE” l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

 

ikel ipproċessat abbażat fuq iċ- ċereali u ikel tat-trabi biss, għall-aġġustament tal-pH biss

Perjodu tal-applikazzjoni:

mis-6 ta' Frar 2013."

B.

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-Parti 3, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

quantum satis

quantum satis

 

(b)

Fil-Parti 5, Taqsima A, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju

quantum satis

In-nutrijenti kollha”

 

(c)

Fil-Parti 6, Tabella 1, l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 tinbidel b’dan li ġej:

“E 261

Aċetati tal-potassju”


(*)  Perjodu tal-applikazzjoni: mis-6 ta' Frar 2013."

(**)  Perjodu tal-applikazzjoni: mis-6 ta' Frar 2013."


ANNESS II

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261, l-intestatura tinbidel b’dan li ġej:

E 261 (i) AĊETAT TAL-POTASSJU

(b)

Din l-annotazzjoni tiddaħħal wara l-annotazzjoni dwar l-addittiv E 261 (i):

E 261 (ii) DIAĊETAT TAL-POTASSJU

Sinonimi

 

Definizzjoni

Id-diaċetat tal-Potassju huwa kompost molekulari ta’ aċetat tal-potassju u aċidu aċetiku

EINECS

224-217-7

Isem kimiku

Diaċetat idroġenat tal-potassju

Formula kimika

C4H7KO4

Piż molekulari

158,2

Test

Kontenut ta’ 36 sa 38 % ta’ aċidu aċetiku ħieles u 61 sa 64 % ta’ aċetat tal-potassju

Deskrizzjoni

Kristalli bojod

Identifikazzjoni

pH

4,5 – 5 (10 % soluzzjoni milwiema)

Test għall-aċetat

Jgħaddi mit-test

Test għall-potassju

Jgħaddi mit-test

Purità

Kontenut tal-ilma

Mhux aktar minn 1 % (il-metodu Karl Fischer)

Aċidu formiku, formati u sustanzi ossidabbli oħra

Mhux iktar minn 1 000  mg/kg espressi bħala aċidu formiku

Arseniku

Mhux aktar minn 3 mg/kg

Ċomb

Mhux aktar minn 2 mg/kg

Merkurju

Mhux aktar minn 1 mg/kg”


Top