This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013D0710
2013/710/EU: Commission Decision of 2 December 2013 amending Decision 2012/757/EU concerning the technical specification for interoperability relating to the ‘operation and traffic management’ subsystem of the rail system in the European Union (notified under document C(2013) 8377) Text with EEA relevance
2013/710/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument C(2013) 8377) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2013/710/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument C(2013) 8377) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 323, 4.12.2013, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012D0757 | Sostituzzjoni | anness I APP A | 01/01/2014 |
4.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 323/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Diċembru 2013
li temenda d-Deċiżjoni Nru 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea
(notifikata bid-dokument C(2013) 8377)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2013/710/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji [Aġenzija Ferrovjarja Ewropea] (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn hawn ‘il quddiem, “l-Aġenzija”) tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (minn hawn ‘il quddiem, it-“TSIs”) jiġu addattati għall-progress tekniku, ix-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali u li tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għat-TSIs li tikkunsidra meħtieġa. |
(2) |
Permezz tad-Deċiżjoni C(2007)3371 tat-13 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta’ qafas lill-Aġenzija sabiex twettaq ċerti attivitajiet skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini ta’ dak il-mandat ta’ qafas, l-Aġenzija ntalbet tirrivedi t-TSI ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku”. |
(3) |
L-Appendiċi A tat-TSIs attwali dwar l-Operat u l-Immaniġġjar tat-Traffiku jirreferi għar-regoli operazzjonali tal-verżjoni 2 tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS — European Railway Traffic Management System) li ġew żviluppati fuq il-bażi tal-verżjoni 2.3.0.d tal-Ispeċifikazzjonijiet tar-Rekwiżiti tas-Sistema (SRS — System Requirements Specifications) tas-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji (ETCS — European Train Control System). |
(4) |
Il-verżjonijiet attwali tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS/ETCS huma l-“Baseline 2” u l-“Baseline 3”. Il-verżjoni tal-“prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS” li tikkorrispondi mal-“ERTMS/ETCS Baseline 3” hija l-verżjoni 3. Dan irid jintwera fit-TSIs dwar l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku. |
(5) |
Fil-5 ta’ Lulju 2012, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni (ERA/REC/05-2012/INT-ERTMS) biex taġġorna l-verżjoni tal-“prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS” imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/757/UE tal-14 ta’ Novembru 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE (5). |
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2012/757/UE teħtieġ tiġi emendata. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/757/UE (OPE TSI) tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“Appendiċi A
ERTMS/ETCS and ERTMS/GSM-R operating rules
Ir-regoli operazzjonali għall-ERTMS/ETCS u ERTMS/GSM-R huma speċifikati fid-Dokument Tekniku “Prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS — verżjoni 3” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-ERA (www.era.europa.eu).”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.
(3) ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.
(4) ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.
(5) ĠU L 345, 15.12.2012, p. 1.