EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0710

2013/710/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 2 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (notifikata bid-dokument C(2013) 8377) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 323, 4.12.2013, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/710/oj

4.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 323/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2012/757/UE dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea

(notifikata bid-dokument C(2013) 8377)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/710/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji [Aġenzija Ferrovjarja Ewropea] (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (minn hawn ‘il quddiem, “l-Aġenzija”) tiżgura li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà (minn hawn ‘il quddiem, it-“TSIs”) jiġu addattati għall-progress tekniku, ix-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali u li tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għat-TSIs li tikkunsidra meħtieġa.

(2)

Permezz tad-Deċiżjoni C(2007)3371 tat-13 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta’ qafas lill-Aġenzija sabiex twettaq ċerti attivitajiet skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta’ Lulju 1996 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea ta’ veloċità għolja (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2001 fuq l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini ta’ dak il-mandat ta’ qafas, l-Aġenzija ntalbet tirrivedi t-TSI ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku”.

(3)

L-Appendiċi A tat-TSIs attwali dwar l-Operat u l-Immaniġġjar tat-Traffiku jirreferi għar-regoli operazzjonali tal-verżjoni 2 tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS — European Railway Traffic Management System) li ġew żviluppati fuq il-bażi tal-verżjoni 2.3.0.d tal-Ispeċifikazzjonijiet tar-Rekwiżiti tas-Sistema (SRS — System Requirements Specifications) tas-Sistema Ewropea ta’ Kontroll tal-Ferroviji (ETCS — European Train Control System).

(4)

Il-verżjonijiet attwali tal-ispeċifikazzjonijiet tal-ERTMS/ETCS huma l-“Baseline 2” u l-“Baseline 3”. Il-verżjoni tal-“prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS” li tikkorrispondi mal-“ERTMS/ETCS Baseline 3” hija l-verżjoni 3. Dan irid jintwera fit-TSIs dwar l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku.

(5)

Fil-5 ta’ Lulju 2012, l-Aġenzija ħarġet rakkomandazzjoni (ERA/REC/05-2012/INT-ERTMS) biex taġġorna l-verżjoni tal-“prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS” imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/757/UE tal-14 ta’ Novembru 2012 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta’ “l-operat u l-immaniġġjar tat-traffiku” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea u li temenda d-Deċiżjoni 2007/756/KE (5).

(6)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2012/757/UE teħtieġ tiġi emendata.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi A tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/757/UE (OPE TSI) tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Appendiċi A

ERTMS/ETCS and ERTMS/GSM-R operating rules

Ir-regoli operazzjonali għall-ERTMS/ETCS u ERTMS/GSM-R huma speċifikati fid-Dokument Tekniku “Prinċipji u regoli operazzjonali tal-ERTMS — verżjoni 3” ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-ERA (www.era.europa.eu).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kummissjoni

Siim KALLAS

Viċi President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(4)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 345, 15.12.2012, p. 1.


Top