Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0523

    2013/523/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ottubru 2013 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea

    ĠU L 282, 24.10.2013, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 282, 24.10.2013, p. 7–7 (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/523/oj

    Related international agreement

    24.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 282/35


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta’ Ottubru 2013

    dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea

    (2013/523/UE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Fażi 2 tal-Memorandum ta’ Qbil bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kummissjoni Ewropea Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Komunitajiet Ewropej (l-“MoU”), adottat bejn l-Istati Uniti u l-Komunità Ewropea fit-13 ta’ Mejju 2009 u approvat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea bħala ftehim internazzjonali tal-Unjoni, intemmet fl-1 ta’ Awwissu 2013.

    (2)

    Huwa fl-interess tal-Unjoni li testendi l-Fażi 2 tal-MoU filwaqt li tibqa’ tfittex riżoluzzjoni tad-disputa tad-WTO, Komunitajiet Ewropej — Miżuri li Jikkonċernaw il-Laħam u Prodotti tal-Laħam (Ormoni).

    (3)

    Il-Kummissjoni nnegozjat abbozz ta’ emendi għall-MoU għal dan il-għan, f’konformità mal-awtorizzazzjoni ta’ negozjar espressa fih.

    (4)

    L-MoU rivedut għandu jiġi ffirmat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Memorandum ta’ Qbil rivedut mal-Istati Uniti tal-Amerika Rigward l-Importazzjoni taċ-Ċanga ġejja minn Annimali li Ma Jkunux Ġew Ittrattati b’Ċerti Ormoni tat-Tkabbir u Rigward id-Dazji Ogħla Applikati mill-Istati Uniti għal Ċerti Prodotti tal-Unjoni Ewropea (l-“MoU rivedut”) huwa b’dan awtorizzat soġġett għall-konklużjoni tal-MoU rivedut imsemmi.

    It-test tal-MoU rivedut huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (1).

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw l-MoU rivedut f’isem l-Unjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    L. LINKEVIČIUS


    (1)  It-test tal-MoU rivedut se jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


    Top