Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0498

    2013/498/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Ottubru 2013 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarju mill-Unjoni għas-sorveljanza u miżuri oħra ta’ emerġenza implimentati fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer f’pajjiżi terzi ġirien (notifikata bid-dokument C(2013) 6540)

    ĠU L 272, 12.10.2013, p. 47–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/498/oj

    12.10.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 272/47


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-10 ta’ Ottubru 2013

    li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarju mill-Unjoni għas-sorveljanza u miżuri oħra ta’ emerġenza implimentati fl-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja kontra d-deni Afrikan tal-ħnieżer f’pajjiżi terzi ġirien

    (notifikata bid-dokument C(2013) 6540)

    (It-testi bl-Estonjan, il-Latvjan, il-Litwan u l-Polakk biss huma awtentiċi)

    (2013/498/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2), u partikolarment l-Artikolu 84 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Id-deni Afrikan tal-ħnieżer (ASF) hija marda virali u infettiva, normalment waħda fatali, li tolqot lil ħnieżer domestiċi u slavaġ, u tikkawża disturbi serji lill-kummerċ ġewwa l-Unjoni stess u lill-esportazzjoni mill-istess Unjoni lejn pajjiżi terzi ta’ ħnieżer ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali tal-ispeċi tal-porċini.

    (2)

    Wara l-konferma tal-ASF fil-Ġeorġja fl-2007, il-marda nfirxet għall-Federazzjoni Russa fejn bosta tifqigħat ta’ dik il-marda ġew irrappurtati fil-ħnieżer u ċ-ċingjali slavaġ fil-parti Ewropea kollha tar-Russja. Barra minn hekk, f’Ġunju 2013, il-Belarus irrappurtat il-konferma ta’ tifqigħa tal-ASF fil-ħnieżer domestiċi fir-reġjun ta’ Grodno, madwar 40 kilometru mill-fruntiera Litwana u qrib il-fruntiera mal-Polonja.

    (3)

    Is-sitwazzjoni tal-ASF fil-pajjiżi bil-konfini mal-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi theddida diretta lil azjendi agrikoli tal-ħnieżer fi ħdan l-Unjoni, minħabba li l-vajrus jista’ jiddaħħal fl-Istati Membri li għandhom il-fruntieri tagħhom ma’ pajjiżi terzi infettati permezz taċ-ċingjal salvaġġ li jidħol fit-territorju tal-Unjoni minn żoni infettati, iżda wkoll permezz ta’ vetturi li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin u għalf jew bl-introduzzjoni mhux awtorizzata fl-Unjoni ta’ prodotti derivati minn annimali tal-ispeċi tal-porċini.

    (4)

    Ir-riskju tal-introduzzjoni tal-ASF fl-Unjoni huwa ogħla għall-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja minħabba l-okkorrenza u l-evoluzzjoni ta’ dan il-mard fit-territorju tal-fruntiera mal-Belarus u l-Federazzjoni Russa u huma infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-miżuri li kellhom l-intenzjoni li jadottaw għall-protezzjoni tat-territorji tagħhom u dawk ta’ Stati Membri oħra.

    (5)

    L-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja implimentaw sorveljanza għas-sejbien bikri tal-ASF kemm fi ħnieżer slavaġ u kemm fi ħnieżer domestiċi u qajmu kuxjenza dwar il-marda kif ukoll lestew pjan ta’ tħejjija fil-qafas tal-pjanijiet tal-kontinġenza tagħhom imfassla f’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) li jiżguraw rispons rapidu kemm-il darba tiddaħħal l-ASF. Il-Litwanja hija mhedda direttament bil-preżenza tal-ASF fuq il-fruntiera tagħha mal-Belarus. Sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-tixrid tal-marda fit-territorju tagħha jekk jiddaħħal l-ASF, il-Litwanja għandha l-intenzjoni li tistabbilixxi żona ta’ lqugħ ta’ 10 kilometri tul il-fruntiera mal-Belarus, li fiha se jnaqqsu d-densità ta’ ospiti suxxettibbli billi jippromwovu l-qatla tal-ħnieżer u billi jipprevjenu l-ħżin mill-ġdid fl-azjendi agrikoli tal-ħnieżer.

    (6)

    Ħnieżer slavaġ li jgħaddu mill-fruntieri bejn il-pajjiżi terzi affettwati u l-UE joħolqu riskju li jdaħħlu magħhom l-ASF, speċjalment f’ċerti żoni b’agrikoltura intensiva fejn iċ-ċingjal salvaġġ huwa attirat mill-uċuħ tar-raba’. Bħala miżura ta’ żmien qasir ta’ mitigazzjoni tar-riskju, f’tentattiv biex tnaqqas dan ir-riskju u abbażi ta’ dejta ta’ riċerka preliminari disponibbli dwar l-effikaċja tal-użu ta’ repellenti sintetiċi magħmulin minn sustanzi b’riħa qawwija ħafna li jissuġġerixxu pjuttost effiċjenza għolja u perjodu relattiv fit-tul, il-Litwanja għandha l-intenzjoni li tapplika dawn ir-repellenti f’ċerti żoni tat-territorju tagħha qrib il-fruntiera orjentali tagħha sabiex tiskoraġġixxi ċ-ċingjali slavaġ milli jidħlu fl-għelieqi tal-qamħirrun u f’uċuħ oħra tar-raba’.

    (7)

    It-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vetturi li kienu possibilment f’kuntatt mal-vajrus tal-ASF huma fost il-miżuri ta’ prekawzjoni kontra d-dħul tal-ASF fl-Unjoni. Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE (4) tistipula ċerti miżuri biex jipprevjenu l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-ASF mill-Belarus u l-Federazzjoni Russa u tistabbilixxi li l-vetturi li jkunu ittrasportaw annimali ħajjin u għalf u li jidħlu fl-Unjoni minn żoni infettati jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati kif xieraq, u li tali tindif u diżinfezzjoni jkunu dokumentati adegwatament.

    (8)

    Minkejja d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 206/2009 (5), ir-riskju tal-introduzzjoni tal-ASF fl-Unjoni permezz ta’ kunsinni personali li fihom prodotti tal-ħnieżer mibgħuta bil-posta jew li jinġarru f’bagalji ta’ vjaġġaturi li jaslu b’mod partikolari mill-Belarus u l-Federazzjoni Russa, huwa ogħla min-negliġibbli u jeħtieġ kontrolli addizzjonali f’punti tad-dħul.

    (9)

    Barra minn hekk, firxa wiesgħa ta’ partijiet interessati inklużi veterinarji, bdiewa professjonali u mhux professjonali, sewwieqa tat-trakkijiet, aġenti tad-dwana, passiġġieri u l-pubbliku ġenerali għandhom ikunu mgħarrfa mir-riskji tal-introduzzjoni tal-ASF u l-konsegwenzi tagħha permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati tajjeb.

    (10)

    Fl-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu 2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja ppreżentaw pjanijiet rispettivi u stimi tal-ispiża inizjali għall-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza fl-oqsma kkunsidrati f’riskju ta’ introduzzjoni tal-ASF mill-Belarus u l-Federazzjoni Russa. L-appoġġ finanzjarju għall-persunal huwa meħtieġ biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza previsti fil-pjanijiet sottomessi. Il-pjanijiet ġew eżaminati mill-Kummissjoni għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u nstabu li jikkonformaw mad-Direttiva 2002/60/KE.

    (11)

    L-azzjonijiet meħuda mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja sabiex inaqqsu direttament ir-riskju tal-introduzzjoni tal-marda fl-Unjoni, jiġifieri t-tindif u d-diżinfezzjoni tal-vetturi, għandha jiġu kofinanzjati b’rata ta’ 100 %.

    (12)

    Is-sorveljanza addizzjonali meħuda mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja fiż-żoni b’riskju akbar tad-dħul tal-marda u l-azzjonijiet meħuda fil-qafas tal-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni minn dawk l-Istati Membri għandhom jiġu kofinanzjati b’rata ta’ 50 %.

    (13)

    L-azzjonijiet meħuda mil-Litwanja bl-użu ta’ ripellenti f’żoni ta’ riskju għoli qrib il-fruntieri orjentali tagħha sabiex jitnaqqas ir-riskju li tidħol il-marda fl-Unjoni permezz taċ-ċingjal, għandhom jiġu kofinanzjati b’rata ta’ 50 %. L-azzjonijiet speċjali meħuda mil-Litwanja biex tnaqqas id-densità tal-ħnieżer fil-fruntiera mal-Belarus għandhom ikunu kofinanzjati b’rata ta’ 30 %.

    (14)

    Minħabba l-urġenza tal-miżuri, l-ispiża mġarrba mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja mit-2 ta’ Lulju 2013, id-data tan-notifika tal-miżuri ta’ emerġenza, għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni.

    (15)

    L-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE jipprevedi li l-ispejjeż eligibbli u l-livell, tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti. Madankollu, minħabba l-ħtieġa li tkun evitata nefqa eċċessiva għall-baġit tal-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti l-ammonti massimi li jirriflettu ħlas raġonevoli għal ċerti attivitajiet ta’ sorveljanza.

    (16)

    Il-pagament raġonevoli huwa l-pagament għall-materjal jew għas-servizz bi prezz proporzjonat meta mqabbel mal-prezz tas-suq. Sakemm jitwettqu kontrolli fuq il-post mill-Kummissjoni, issa hu meħtieġ li tiġi approvata l-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Unjoni lill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

    (17)

    Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarju għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati tabilħaqq twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu t-tagħrif kollu meħtieġ lill-Kummissjoni.

    (18)

    Billi l-pjanijiet ippreżentati mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għal miżuri ta’ emerġenza kontra l-introduzzjoni tal-ASF mill-Belarus u l-Federazzjoni Russa mwettqa fl-2013 huma qafas dettaljat biżżejjed fit-tifsira tal-Artikolu 94 tar-Regolament ta’ delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (6), id-deċiżjoni attwali tikkostitwixxi deċiżjoni ta’ finanzjament għan-nefqa prevista fil-programm ta’ ħidma għall-għotjiet.

    (19)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Fil-qafas ta’ miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni kontra l-ASF meħuda mill-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja fl-2013, dawk l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati għal kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza u ttestjar viroloġiċi u seroloġiċi tal-laboratorju mwettqa fuq kampjuni miksuba wara l-1 ta’ Lulju 2013 matul sorveljanza fi ħnieżer domestiċi u ċingjali slavaġ f’dawk l-Istati Membri.

    2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li se jġarrbu l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja u l-Polonja għall-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, u li ma għandhiex taqbeż:

    (i)

    EUR 15 000 għall-Estonja;

    (ii)

    EUR 80 000 għal-Latvja;

    (iii)

    EUR 46 000 għal-Litwanja;

    (iv)

    EUR 20 000 għall-Polonja.

    3.   L-ispiża massima li trid tiġi rimborżata lill-Estonja, il-Latvja, l-Litwanja u l-Polonja għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhiex taqbeż:

    (i)

    EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku inkluż fil-kampjun;

    (ii)

    EUR 5 għal kull ċingjal salvaġġ inkluż fil-kampjun;

    (iii)

    EUR 2 għal kull test ELISA;

    (iv)

    EUR 10 għal kull test PCR;

    (v)

    EUR 10 għal kull test viroloġiku.

    4.   In-nefqa eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun limitata għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għal:

    (a)

    testijiet tal-laboratorju

    (i)

    ix-xiri ta’ kits għat-testijiet, reaġenti u l-oġġetti konsumabbli identifikabbli kollha u użati speċjalment għat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;

    (ii)

    il-persunal, ikun xi jkun l-istatus tiegħu, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tat-testijiet fil-post tal-laboratorju;

    (b)

    il-persunal, ikun xi jkun l-istatus, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ sorveljanza tal-programmi għajr it-testijiet fil-laboratorju.

    (c)

    l-ispejjeż ġenerali li jammontaw għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż imsemmija f’(a) u (b).

    L-ispejjeż għall-persunal imsemmi fil-punti (a)(ii) u (b) huma limitati għal salarji reali flimkien ma’ spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħra inklużi fir-rimunerazzjoni.

    Artikolu 2

    1.   Fil-qafas tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-protezzjoni kontra l-ASF fl-2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għandhom ikunu intitolati biex jirċievu kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għax-xiri ta’ tagħmir u oġġetti konsumabbli għall-attivitajiet ta’ tindif u diżinfezzjoni mwettqa f’dawn l-Istati Membri wara d-data tal-1 ta’ Lulju 2013.

    2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż li se jġarrbu l-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja u l-Polonja għall-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, u li ma għandhiex taqbeż:

    (a)

    EUR 20 000 għall-Estonja;

    (b)

    EUR 735 000 għal-Latvja;

    (c)

    EUR 738 000 għal-Litwanja;

    (d)

    EUR 98 000 għall-Polonja.

    Artikolu 3

    1.   Fil-qafas tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-protezzjoni kontra l-ASF fl-2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għandhom ikunu intitolati li jirċievu kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għall-ispejjeż tall-kampanja ta’ sensibilizzazzjoni implimentati f’dawk l-Istati Membri wara d-data tal-1 ta’ Lulju 2013.

    2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni se tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li se jġarrbu l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għall-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, u li ma għandhiex taqbeż:

    (a)

    EUR 10 000 għall-Estonja;

    (b)

    EUR 14 000 għal-Latvja;

    (c)

    EUR 40 000 għal-Litwanja;

    (d)

    EUR 25 000 għall-Polonja.

    Artikolu 4

    1.   Fil-qafas tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-protezzjoni kontra l-ASF fl-2013, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għandhom ikunu intitolati biex jirċievu kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba biex jinxtraw is-sustanzi ripellenti għaċ-ċingjali slavaġ li jridu jintużaw f’żoni magħżula ta’ riskju għoli tal-Litwanja wara d-data tal-1 ta’ Lulju 2013.

    2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni se tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li se ġġarrab l-Litwanja għall-attivitajiet msemmija fil-paragrafu 1, u li ma għandhiex taqbeż EUR 30 000.

    Artikolu 5

    1.   Fil-qafas tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-protezzjoni kontra l-ASF fl-2013, il-Litwanja għandha tkun intitolata għal kontribuzzjoni speċifika mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba għall-ispejjeż ta’ kumpens lil sidien tal-ħnieżer għat-telf ikkawżat minn qatla bikrija fiż-żona ta’ lqugħ ta’ 10 kilometri tul il-fruntiera mal-Belarus.

    2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għandha tkun bir-rata ta’ 30 % tal-ispejjeż li se ġġarrab il-Litwanja u ma għandhiex taqbeż l-EUR 600 000.

    Artikolu 6

    1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni kif imsemmija fl-Artikoli 1 u 4 għandha titħallas fuq il-bażi ta’:

    (a)

    rapport tekniku finali skont l-Anness I dwar l-eżekuzzjoni teknika tal-miżuri ta’ sorveljanza, imsemmija fl-Artikolu 1, inklużi r-riżultati miksuba matul il-perjodu ta’ bejn it-2 ta’ Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013;

    (b)

    rapport finanzjarju finali, f’format kompjuterizzat, skont l-Anness II, dwar l-ispejjeż imġarrba matul il-perjodu bejn it-2 ta’ Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013;

    (c)

    ir-riżultati ta’ kwalunkwe kontrolli fuq il-post imwettqa skont l-Artikolu 11(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

    Id-dokumenti li jappoġġjaw ir-rapporti msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom ikunu disponibbli għall-kontrolli fuq il-post imsemmija fil-punt (c) imwettqa mill-Kummissjoni.

    2.   Ir-rapport tekniku finali u r-rapport finanzjarju finali msemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandhom jitressqu sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2014. Jekk dak il-limitu ta’ żmien ma jiġix irrispettat, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi ġustifikati kif xieraq għal dan id-dewmien, il-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika mill-Unjoni se titnaqqas b’25 % għal kull xahar kalendarju tad-dewmien.

    Artikolu 7

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja u lir-Repubblika tal-Polonja.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ottubru 2013.

    Għall-Kummissjoni

    Tonio BORG

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

    (2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta’ Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27).

    (4)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE tal-5 ta’ Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-vajrus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta’ pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta’ dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 211, 7.8.2013, p. 5).

    (5)  Ir-Regolament (KE) Nru 206/2009 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2009 dwar l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ kunsinni personali ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 136/2004 (ĠU L 77 24.3.2009, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad- 29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1)


    ANNESS I

    Rapport tekniku finali dwar il-miżuri ta’ sorveljanza marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali slavaġġ u fil-ħnieżer domestiċi

    Stat Membru:

    Data:

    1.

    Evalwazzjoni teknika tas-sitwazzjoni:

    1.1.

    Mapep epidemjoloġiċi:

    1.2.

    Informazzjoni dwar is-sorveljanza:

    Stat Membru

    Numru ta’ ħnieżer domestiċi inklużi fil-kampjun

    Numru ta’ ċingjali slavaġġ inklużi fil-kampjun

    Tip ta’ test (1)

    Numru ta’ testijiet

    Numru ta ħnieżer domestiċi pożittivi

    Numru ta ċingjali slavaġġ pożittivi

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Totali tal-2013

     

     

     

     

     

     

    2.

    Kisba tal-miri u diffikultajiet tekniċi:

    3.

    Informazzjoni epidemjoloġika addizzjonali: l-inkjesti epidemjoloġiċi, annimali misjuba mejta, distribuzzjoni tal-età tar-reatturi pożittivi, leżjonijiet misjuba, eċc:


    (1)  Indika: ELISA, PCR, Ag-ELISA, iżolament tal-vajrus, oħrajn (speċifika).


    ANNESS II

    Rapport tekniku finali dwar il-miżuri ta’ sorveljanza marbuta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer

    Stat Membru:

    Data:

    1.

    Miżuri ta’ sorveljanza b’rabta mad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiċ-ċingjali slavaġ u l-ħnieżer domestiċi

    Teħid ta’ kampjuni

    Kategorija

    Spiża tat-teħid tal-kampjuni

    Numru ta’ annimali mdaħħla fil-kampjun

    L-ispiża ta’ unità għal kull annimal inkluż fil-kampjuni

    Spiża totali

    Ħnieżer domestiċi

     

     

     

    Ċingjali slavaġ

     

     

     

    Persunal

    It-tip

    Spiża għal kull unità

    Numru ta’ staff

    Spejjeż totali

     

     

     

     

    Testijiet fil-laboratorju

     

    Numru ta’ testijiet imwettqa

    L-ispiża tat-testijiet (*)

    Test tal-laboratorju

    (1)

    Persunal

    (2)

    L-ispiża ġenerali

    FOR-L_2013272MT.01005201.notes.0001.xml.jpg

    Spejjeż totali

    FOR-L_2013272MT.01005201.notes.0002.xml.jpg

    Testijiet seroloġiċi (ELISA)

     

     

     

     

     

    Testijiet PCR

     

     

     

     

     

    Testijiet viroloġiċi

     

     

     

     

     

    2.

    Tindif u diżinfezzjoni

    2(a)   TAGĦMIR

    Deskrizzjoni

    Spiża/valur (VAT eskluża)

    Data tax-xiri

     

     

     

    Total

     

     


    2(b)   OĠĠETTI KONSUMIBBLI

    Deskrizzjoni

    Spiża/valur (VAT eskluża)

    Data tax-xiri

     

     

     

    Total

     

     

    3.

    Kampanji ta’ sensibilizzazzjoni

    Deskrizzjoni tal-attivitajiet

    Spiża/valur (VAT eskluża)

    Data tal-konsenja

     

     

     

    Total

     

     

    4.

    Użu ta’ ripellenti:

    OĠĠETTI KONSUMIBBLI

    Deskrizzjoni

    Spiża/valur (VAT eskluża)

    Data tax-xiri

     

     

     

    Total

     

     

    5.

    Ħnieżer maqtula fiż-żona ta’ lqugħ fil-fruntiera mal-Belarus — għal-Litwanja:

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-azjenda agrikola

    Bidwi: Kunjom u isem

    Muniċipalità

    Data tal-qatla

    Numru ta’ annimali maqtula għal kull kategorija

    L-ammont ta’ kumpens imħallas skont il-kategorija (VAT eskluża)

    Il-kumpens totali li tħallas (VAT eskluża)

    Data tal-pagament

     

     

     

     

    ħnieżer nisa

    ċingjali

    ħnienes

    ħnieżer

    ħnieżer nisa

    ċingjali

    ħnienes

    ħnieżer

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Jiena niċċertifika li:

    din in-nefqa saret tassew, akkontata b’eżattezza u eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni,

    id-dokumenti kollha ta’ sostenn relatati man-nefqa huma disponibbli għall-finijiet ta’ spezzjoni,

    l-ebda kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni ma ntalbet għal dawn il-miżuri u d-dħul kollu li sar mill-operazzjonijiet marbuta magħhom huwa ddikkjarat lill-Kummissjoni,

    il-programm kien eżegwit skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni,

    japplikaw il-proċeduri ta’ kontroll, partikolarment għall-verifika tal-eżattezza tal-ammonti dikjarati, għall-prevenzjoni, is-sejba u t-tiswija tal-irregolaritajiet.

    Data:

    Isem u firma tad-Direttur Operattiv:


    (*)  L-ispejjeż kollha jeskludu l-VAT


    Top