Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0417

2013/417/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Lulju 2013 li temenda l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman fir-rigward taż-żieda ta’ trattament biex jiġu eliminati ċerti riskji sanitarji għall-annimali fil-laħam (notifikata bid-dokument C(2013) 4853) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 206, 2.8.2013, pp. 13–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2013/417/oj

2.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/13


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Lulju 2013

li temenda l-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman fir-rigward taż-żieda ta’ trattament biex jiġu eliminati ċerti riskji sanitarji għall-annimali fil-laħam

(notifikata bid-dokument C(2013) 4853)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/417/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali li jirregolaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman, (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/99/KE tistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-istadji kollha tal-produzzjoni, l-ipproċċessar u d-distribuzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali fl-Unjoni, inkluża l-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni minn pajjiżi terzi.

(2)

L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2002/99/KE jistipula li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw, suġġett għal konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet, il-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali li ġejjin minn territorju jew parti minnu soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali. L-Anness III ta’ dik id-Direttiva jistipula tabella li telenka t-trattamenti li jistgħu jiġu applikati għal prodotti li joriġinaw mill-annimali sabiex jiġu eliminati r-riskji tas-saħħa tal-annimali marbutin mal-laħam u l-ħalib. Dawk it-trattamenti mhumiex skont it-trattamenti rakkomandati fil-kapitoli rilevanti tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (Kodiċi Terrestri tal-OIE).

(3)

Fil-Kapitolu dwar il-marda tal-ilsien u d-dwiefer tal-Kodiċi Terrestri tal-OIE, ġie inkluż trattament li jiżgura l-inattivazzjoni tal-virus tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-laħam.

(4)

Dak it-trattament għandu għalhekk jiġi inkluż fil-lista ta’ trattamenti fit-Tabella stabbilita fl-Anness III għad-Direttiva 2002/99/KE bħala effettiva biex ikun eliminat ir-riskju tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-laħam.

(5)

Barra minn dan, ir-referenza għal “il-pesta tan-nagħaġ u l-mogħoż” fit-Tabella stabbilita fl-Anness III għad-Direttiva 2002/99/KE għandha tiġi sostitwita b’“peste des petits ruminants (“pesta tar-ruminanti żgħar”) sabiex tiġi riflessa d-denominazzjoni uffiċjali ta’ dik il-marda fil-Kodiċi Terrestri tal-OIE. Barra minn hekk, in-numru “1” fit-titolu tat-tabella għandu jitħassar u it-terminu “LAĦAM” qabel it-trattamenti għall-ħalib għandu jiġi sostitwit b’ĦALIB”.

(6)

L-Anness III għad-Direttiva 2002/99/KE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Anness III għad-Direttiva 2002/99/KE għandu jiġi mibdul bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Lulju 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.


ANNESS

“ANNESS III

Trattamenti biex jiġu eliminati ċerti riskji sanitarji għall-annimali marbuta mal-laħam u l-ħalib

+

:

Effettività rikonoxxuta.

0

:

Effettività mhux rikonoxxuta.

LAĦAM

Trattament (*1)

Marda

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer

Deni klassiku tal-ħnieżer

Marda vesikulari tal-ħnieżer

Deni Afrikan tal-ħnieżer

Ir-Rinderpest

Il-marda ta’ Newcastle

Influwenza tat-tjur

Il-pesta tal-annimali ruminanti żgħar

(a)

Trattament bis-sħana f’kontenitur ermetikament issiġillat b’valur F0 ta’ 3,00 jew aktar (*2)

+

+

+

+

+

+

+

+

(b)

Trattament bis-sħana b’temperatura minima ta’ 70 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu

+

+

+

0

+

+

+

+

(ba)

Is-sajran tajjeb tal-laħam, bil-għadam u bix-xaħam imneħħi minn qabel, soġġett għal tisħin sabiex tinżamm temperatura interna ta’ 70 °C jew akbar tinżamm għal minimu ta’ 30 minuta

+

0

0

0

0

0

0

0

(c)

Trattament bis-sħana b’temperatura minima ta’ 80 °C li trid tintlaħaq fil-laħam kollu

+

+

+

+

+

+

+

+

(d)

Trattament bis-sħana f’kontenitur ermetikament issiġillat sa mill-inqas 60 °C għal minimu ta’ 4 sigħat, u matul dan il-ħin it-temperatura fil-qalba trid tkun minn tal-inqas 70 °C għal 30 minuta

+

+

+

+

+

+

(e)

Fermentazzjoni naturali u maturazzjoni ta’ mhux inqas minn disa’ xhur għal-laħam bla għadam, li tirriżulta f’dawn il-karatteristiċi li ġejjin: Valur tal-aw ta’ mhux aktar minn 0,93, jew valur tal-pH ta’ mhux aktar minn 6,0.

+

+

+

+

+

0

0

0

(f)

L-istess trattament bħal f’(e) hawn fuq għalkemm il-laħam jista’ jkun fih l-għadam (*1)

+

+

+

0

0

0

0

0

(g)

Salami: trattament f’konformità mal-kriterji li għandhom jiġu definiti mill-Artikolu 12(2) proċedura wara opinjoni mill-Kumitat Xjentifiku rilevanti

+

+

+

0

+

0

0

0

(h)

Perżut u flettijiet: Trattament li jinvolvi fermentazzjoni naturali u maturazzjoni matul mill-anqas 190 ġurnata għall-perżut u 140 ġurnata għall-flettijiet

0

0

0

+

0

0

0

0

(i)

Trattament bis-sħana li jiżgura li tintlaħaq temperatura fil-qalba ta’ mill-inqas 65 °C għall-ħin meħtieġ biex jinkiseb valur ta’ pasturizzazzjoni (pv) ta’ 40 jew aktar

+

0

0

0

0

0

0

+


ĦALIB

Trattament (*1)

Marda

Il-marda tal-ilsien u d-dwiefer

Deni klassiku tal-ħnieżer

Marda vesikulari tal-ħnieżer

Deni Afrikan tal-ħnieżer

Ir-Rinderpest

Il-marda ta’ Newcastle

Influwenza tat-tjur

Il-pesta tal-annimali ruminanti żgħar

ĦALIB u prodotti tal-ħalib (inkluża l-krema) għall-konsum mill-bniedem

 

 

 

 

 

 

 

 

(a)

Temperatura Għolja Ħafna (UHT)

(UHT = trattament minimu b’132 °C għal mill-inqas sekonda)

+

0

0

0

0

0

0

0

(b)

Jekk il-ħalib għandu pH ta’ inqas minn 7,0, temperatura għolja sempliċi — pastorizzazzjoni għal żmien qasir (HTST)

+

0

0

0

0

0

0

0

(c)

Jekk il-ħalib għandu pH ta’ 7,0 jew aktar, HTST doppja

+

0

0

0

0

0

0

0


(*1)  Il-miżuri meħtieġa kollha għandhom jittieħdu biex tiġi evitata kontaminazzjoni minn oġġett għall-ieħor.

(*2)  F0 huwa l-effett ta’ qtil ikkalkulat fuq l-ispori tal-batterji. Valur ta’ F0 ta’ 3,00 ifisser li l-aktar punt kiesaħ fil-prodott ġie msaħħan biżżejjed biex jinkiseb l-istess effett ta’ qtil bħal 121 °C (250 °F) fi 3 minuti b’tisħin u tkessiħ instantanju.”


Top