Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1265

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1265/2012 tas- 17 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 837/2012 fir-rigward attività minima ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 22594) bħala addittiv fl-għalf għat-tajr, il-ħnie nes miftuma, il-ħnieżer għat-tismin u l-ħnieżer nisa (id-dententur tal-awtorizzazzjoni huwa DSM Nutritional Products) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 356, 22.12.2012, pp. 61–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 22/07/2023; Impliċitament imħassar minn 32023R1342

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1265/oj

22.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 356/61


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1265/2012

tas-17 ta’ Diċembru 2012

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 837/2012 fir-rigward attività minima ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 22594) bħala addittiv fl-għalf għat-tajr, il-ħnie nes miftuma, il-ħnieżer għat-tismin u l-ħnieżer nisa (id-dententur tal-awtorizzazzjoni huwa DSM Nutritional Products)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-użu ta’ preparazzjoni ta’ 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta minn Aspergillus oryzae (DSM 22594), li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi”, ġie awtorizzat għal għaxar snin bħala addittiv fl-għalf għall-użu fuq tjur, ħnienes miftuma, ħnieżer għat-tismin u ħnieżer nisa mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 837/2012. (2)

(2)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona tibdil fil-kundizzjonijiet ta’ awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kkonċernata billi żied formulazzjoni solida ġdida b’attività minima ta’ 10 000 FYT/g. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dejta ta’ appoġġ rilevanti. Il-Kummissjoni bagħtet din l-applikazzjoni lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn issa ‘l quddiem “l-Awtorità”).

(3)

Fl-opinjoni tagħha tal-24 ta’ Mejju 2012 (3), l-Awtorità kkonkludiet li l-formulazzjoni enżimika solida ġdida mhijiex mistennija li tintroduċi perikli li ma kinux tqiesu qabel lill-ispeċi, il-konsumaturi, l-utenti jew l-ambjent fil-mira u hija effikaċi fl-attività minima ta’ 10 000 FYT/g. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta’ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Din ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 huma sodisfatti.

(5)

Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 837/2012 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 837/2012 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 252, 19.9.2012, p. 7.

(3)   The EFSA Journal 2012; 10(6):2730.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 837/2012 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Il-grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a18

DSM Nutritional Products

6-fitażi (EC 3.1.3.26)

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Aspergillus oryzae

(DSM 22594) b’attività minima ta’:

 

10 000 FYT (1)/g f’għamla solida

 

20 000 FYT/g f’għamla likwida

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Preparazzjoni ta’ 6-fitażi (EC 3.1.3.26) prodotta mill-Aspergillus oryzae (DSM 22594)

 

Metodu analitiku  (2)

Għal kwantifikazzjoni ta’ 6-fitażi fl-għalf:

Metodu kolorimetriku li jkejjel il-fosfat inorganiku rilaxxat bis-6-fitażi mill-fitat (ISO 30024:2009)

Tjur

Ħnieżer għat-tismin

Ħnienes

(miftuma)

500 FYT

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għat-tgerbib.

2.

Doża rakkomandata għall kull kilogramma ta’ għalf sħiħ:

tjur, ħnienes (miftuma) u ħnieżer għas-simna: 500-4 000 FYT;

ħnieżer nisa: 1 000 -4 000 FYT

3.

Għall-użu f’għalf li fih aktar minn 0,23 % ta’ fosforu marbut mal-fitin.

4.

Għas-sikurezza: protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti għandhom jintużaw waqt l-immaniġġar

5.

Għall-użu fil-każ ta’ driefeġ li nfatmu sakemm jilħqu l-35 kg.

fid-9 ta’ Ottubru 2022.

Ħnieżer nisa

1 000 FYT


(1)  1 FYT huwa l-ammont ta’ enżim li jirrilaxxa 1 μmol kull minuta ta’ fosfat mhux organiku mill-fitat f’kundizzjonijiet ta’ reazzjoni b’konċentrazzjoni ta’ fitat ta’ 5,0 mM b’pH ta’ 5,5 u 37 °C.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx’


Top