This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1264
Council Implementing Regulation (EU) No 1264/2012 of 21 December 2012 implementing Regulation (EU) No 267/2012 concerning restrictive measures against Iran
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012 tal- 21 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012 tal- 21 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
ĠU L 356, 22.12.2012, pp. 55–60
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32012R0267 | Emenda | anness IX | 22/12/2012 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32012R1264R(01) | (BG, CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, SV) |
|
22.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 356/55 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1264/2012
tal-21 ta’ Diċembru 2012
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(2) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Iran, u f'konformità mad-Deċiżjoni 2012/829/PESK (2), għandhom jiġu inklużi persuni u entitajiet addizzjonali fil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
|
(3) |
Barra minn hekk, ċerti entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, filwaqt li l-entrati għal ċerti entitajiet għandhom jiġu emendati. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2012.
Għall-Kunsill
Il-President
A. D. MAVROYIANNIS
(2) Ara paġna 71 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
I.
Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012."I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran
Persuna
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Babak Zanjani |
Data tat-twelid: 12 ta' Marzu 1971 |
Petro Suisse qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. Zanjani huwa faċilitatur ewlieni għan-negozju Iranjan taż-żejt u t-trasferiment ta' flus relatati maż-żejt. Zanjani huwa s-sida ta' u jopera l-Grupp Sorinet ibbażat fl-Emirati Għarab Magħquda, u xi wħud mill-kumpanniji tiegħu jintużaw minn Zanjani biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet relatati maż-żejt. |
22.12.2012 |
Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||||
|
1. |
National Iranian Oil Prodcuts distribution Company (NIOPDC) |
|
Sussidjarja ta' National Iranian Oil Refining u Distribution Company (NIORDC) |
22.12.2012 |
|||||||
|
2. |
Iranian Oil Pipelines and Telecommunications Company (IOPTC) |
|
Sussidjarja ta' National Iranian Oil Refining u Distribution Company (NIORDC) |
22.12.2012 |
|||||||
|
3. |
National Iranian Oil Engineering and Construction Company (NIOEC) |
|
Sussidjarja ta' National Iranian Oil Refining u Distribution Company (NIORDC) |
22.12.2012 |
|||||||
|
4. |
Iran Composites Institute |
|
Iranian Composites Institute (ICI, magħruf ukoll bħala Composite Institute of Iran) qed jassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet ta' sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed jappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Mill-2011, ICI kellu kuntratt biex jipprovdi lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE, bi skrejjen ta' ċentrifuġu IR-2M. |
22.12.2012 |
|||||||
|
5. |
Jelvesazan Company |
|
Jelvesazan Company qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Minn kmieni fl-2012, Jelvesazan kellu l-intenzjoni jforni pompi li joħolqu vakwu lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE. |
22.12.2012 |
|||||||
|
6. |
Iran Aluminium Company |
|
Iran Aluminium Company (magħrufa wkoll bħala IRALCO, Iranian Aluminium Company) qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet ta' sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Min-nofs l-2012, IRALCO kellha kuntratt biex tforni aluminju lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE. |
22.12.2012 |
|||||||
|
7. |
Simatec Development Company |
|
Simatec Development qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Minn kmieni fl-2010, Simatec kellha kuntratt ma' Kalay magħżula min-NU, biex takkwista invertituri Vacon biex jitħaddmu ċentrifugi tal-arrikkiment tal-uranju. Min-nofs l-2012, Simatec kienet qed tipprova takkwista inverituri kkontrollati mill-UE. |
22.12.2012 |
|||||||
|
8. |
Aluminat |
|
Aluminat qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Kmieni fl-2012, Aluminat kellha kuntratt biex tforni aluminju 6061-T6 lil Iran Centrifuge Technology Company (TESA), magħżula mill-UE. |
22.12.2012 |
|||||||
|
9. |
Organisation of Defensive Innovation and Research |
|
L-Organisation of Defensive Innovation and research (SPND) qed tgħin lil persuni u entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tappoġġa direttament attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. L-IAEA identifikat lil SPND bit-tħassib tagħhom dwar dimensjonijiet militari possibbli (PMD) tal-programm nukleari tal-Iran li l-Iran ikompli jirrifjuta li jikkoopera dwaru. SPND hija mmexxija minn Mohsen Fakhrizadeh, magħżul min-NU, u hija parti mill-Ministeru tad-Difiża għal-Loġistika tal-Forzi Armati(MODAFL, magħżul mill-UE f'Mejju 2011). Davoud Babaei ntgħażel mill-UE f'Diċembru 2011 fir-rwol tiegħu bħala kap tas-sigurtà ta' SPND, fejn huwa responsabbli għhall-prevenzjoni tal-iżzvelar ta' informazzjoni inklużz lill-IAEA. |
22.12.2012 |
|||||||
|
10. |
First Islamic Investment Bank |
Fergħa: 19A-31-3A, Level 31 Business Suite, Wisma UOA, Jalan Pinang 50450, Kuala Lumpur; Kuala Lumpur; Wilayah Persekutuan; 50450 Tel: 603-21620361/2/3/4, +6087417049/ 417050, +622157948110 Fergħa: Unit 13 (C), Main Office Tower, Financial Park Labuan Complex, Jalan Merdeka, 87000 Federal Territory of Labuan, Malasja; Labuan F.T; 87000 Labuan F.T; 87000 Relazzjonijiet tal-Investituri: Menara Prima 17th floor Jalan Lingkar, Mega Kuningan Blok 6.2 Jakarta 12950 – Indonesia; South Jakarta; Jakarta; 12950 |
First Islamic Investment Bank (FIIB) qed jassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. FIIB huwa parti mill-Grupp Sorinet, proprjetà u mmexxi minn Babak Zanjani. Hija qed tintuża biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt. |
22.12.2012 |
|||||||
|
11. |
International Safe Oil |
|
International Safe Oil (ISO) qed jassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. ISO hija parti mill-Grupp Sorinet, proprjetà u mmexxija minn Babak Zanjani. Hija qed tintuża biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt. |
22.12.2012 |
|||||||
|
12. |
Sorinet Commercial Trust |
SCT Bankers Company Fergħa: No.1808, 18th Floor, Grosvenor House Commercial Tower, Sheik Zayed Road, Dubai, UAE, P.O.Box 31988 Tel: 0097 14 3257022-99 Posta elettronika: INFO@SCTBankers.com Kodiċi SWIFT ta' Dubai: SCTSAEA1 Fergħa: No.301, 3rd Floor Sadaf Building Kish Island, Iran, P.O.Box 1618 Tel: +98 764 444 32 341-2 Fax: +98 764 444 50 390-1 |
Sorinet Commercial Trust (SCT) qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. SCT hija parti mill-Grupp Sorinet, proprjetà u mmexxija minn Babak Zanjani. Hija qed tintuża biex jiġu ttrasferiti ħlasijiet Iranjani relatati maż-żejt. |
22.12.2012 |
|||||||
|
13. |
Hong Kong Intertrade Company Ltd |
Hong Kong Intertrade Company, Hong Kong |
Hong Kong Intertrade Compa HKICO hija kumpannija ta' kopertura kkontrollata minn National Iranian Oil Company (NI F'nofs l-2012, kien skedat li HCICO tirċievi miljuni ta'dollari minn bejgħ ta' żejt minn NIOC. |
22.12.2012 |
|||||||
|
14. |
Petro Suisse |
Petro Suisse Avenue De la Tour-Halimand 6, 1009 Pully, Svizzera |
Petro Suisse qed tassisti entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Iran u qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. Hija kumpannija ta' kopertura kkontrollata minn NIOC, magħżula mill-UE. Petro Suisse kompliet tkun f'kuntatt ma' NIOC fl-2012. |
22.12.2012 |
|||||||
|
15. |
Oil Industry Pension Fund Investment Company |
No 234, Taleghani St, Tehran Iran |
Iran's Oil Industry Pension Fund Investment Company (OPIC, magħrufa wkoll bħala Oil Pension Fund, NIOC Pension Fund, Petroleum Ministry Pension Fund) qed tipprovdi appoġġ finanzjarju lill-gvern tal-Iran. OPIC topera taħt il-Ministeru Iranjan tal-Petrol and the National Iranian Oil Company (NIOC), li t-tnejn Hija għandha ishma f'numru ta' entitajiet magħżula mill-UE. |
22.12.2012 |
|||||||
|
16. |
CF Sharp and Company Private Limited |
|
Din l-entità appoġġat lil Irano-Hind Shipping Company (IHSC) (indikata min-Nazzjonijiet Uniti fid-9 ta' Ġunju 2010) biex tevita s-sanzjonijiet adottati fir-rigward tagħha. Wara li ġiet indikata, l-IHSC pprovat taħbi li għandha tliet tankers, billi fdat il-ġestjoni lil Noah Ship Management, imbagħad lil Marian Ship Management CF Sharp and Co ipparteċipat fl-isforzi tagħha billi kkonkludiet kuntratt tal-ġestjoni tal-persunal mal- IHSC għall-ekwipaġġ ta' dawn it-tliet tankers. Dan il-kuntratt ġie implimentat minn Noah Ship Management u Marian Ship Management. |
22.12.2012 |
|||||||
|
17. |
Sharif University of Technology |
|
Sharif University of Technology (SUT) qed tgħin lil entitajiet magħżula biex jiksru d-dispożizzjonijiet tas-sanzjonijiet tan-NU u l-UE fuq l-Iran u qed tagħhti appoġġ lil attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi f'termini ta' proliferazzjoni. Minn tard fl-2011, SUTipprovdiet laboratorji biex jintużaw minn entità nukleari Iranjana magħhżzula min-NU Kalaye Electric Company (KEC) u Iran Centrifuge Technology Company (TESA), indikata mill-UE] |
22.12.2012 |
|||||||
|
18. |
Moallem Insurance Company (magħrufa wkoll bħala: Moallem Insurance; Moallem Insurance Co.; M.I.C; Export and Investment Insurance Co.) |
|
Assiguratur prinċipali ta' IRISL |
22.12.2012" |
II.
L-entrati għall-entitajiet li jinsabu fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 elenkati hawn taħt għandhom jiġu sostitwiti bl-entrati li jinsabu hawn taħt.“B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Technology Cooperation Office (TCO) tal-Uffiċċju tal-President Iranjan (magħruf ukoll bħala Center for Innovation and Technology (CITC)) |
Tehran, Iran |
Responsabbli għall-avvanz teknoloġiku tal-Iran permezz ta' prokurament barrani u rabtiet ta' taħriġ rilevanti. Jappoġġa l-programmi nukleari u tal-missili. |
26.07.2010 |
|
2. |
Sureh (magħrufa ukoll bħala Soreh) Nuclear Reactors Fuel Company (magħrufa ukoll bħala Nuclear Fuel Reactor Company; Sookht Atomi Reactorhaye Iran; Soukht Atomi Reactorha-ye Iran) |
Kwartieri Ġenerali: 61 Shahid Abtahi St, Karegar e Shomali, Tehran Kumpless: Persian Gulf Boulevard, Km20 SW Esfahan Road, Esfahan |
Kumpannija subordinata għal Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI) sanzjonata min-NU, li tikkonsisti fil-Faċilità għall-Konverżjoni tal-Uranju, l-Impjant għall-Manifattura tal-Karburant u l-Impjant għall-Produzzjoni taż-Żirkonju. |
23.05.2011 |
|
3. |
Tidewater (magħrufa wkoll bħala Tidewater Middle East Co; Faraz Royal Qeshm Company LLC) |
Indirizz postali: No. 80, Tidewater Building, Vozara Street, Ħdejn Saie Park, Tehran, Iran |
Proprjetà ta' jew ikkontrollata mill-IRGC |
23.01.2012” |
III.
L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jitneħħew mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.|
1. |
CF Sharp Shipping Agencies Pte Ltd |
|
2. |
Soreh (Nuclear Fuel Reactor Company) |