This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R1113
Commission Implementing Regulation (EU) No 1113/2012 of 23 November 2012 amending Council Regulation (EEC) No 2658/87 on the tariff and statistical nomenclature and on the Common Customs Tariff
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1113/2012 tat- 23 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1113/2012 tat- 23 ta’ Novembru 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
ĠU L 329, 29.11.2012, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31987R2658 | Emenda | anness I P. 2 SECTION V kapitolu 27 | 19/12/2012 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32012R1113R(01) | (IT) |
|
29.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 329/11 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1113/2012
tat-23 ta’ Novembru 2012
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, huwa neċessarju li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, dwar is-subintestatura 2710 20 Żjut minerali (petroleum) u żjut miksubin minn minerali bituminużi (ħlief dawk mhux raffinati) u preparazzjonijiet li mhumiex speċifikati jew inklużi band’oħra li fihom 70 % jew aktar ta’ żjut mhux raffinati jew ta’ żjut miksubin minn minerali bituminużi, meta dawn iż-żjut ikunu l-kostitwenti bażiċi tal-preparazzjonijiet, li jkollhom biodiżil, ħlief żjut għar-rimi. |
|
(2) |
Skont in-Nota tas-Subintestatura 5 għall-Kapitolu 27, it-terminu “biodiżil” jfisser monoalkilitiċi ta’ aċidi esteri ta’ aċidi grassi (FAMAE) ta’ tip użat bħala fjuwil, derivati minn xaħmijiet jew żjut mill-annimali jew mill-ħxejjex kemm jekk użati jew le. |
|
(3) |
Sabiex jippermettu klassifikazzjoni ta’ prodotti taħt is-subintestatura 2710 20 huwa meħtieġ li jiġi definit il-valur ta’ kontenut minimu ta’ biodiżil previst f’dik is-subintestatura. |
|
(4) |
B’hekk huwa xieraq li jiżdied paragrafu ġdid għan-Nota Addizzjonali 2 għall-Kapitolu 27 tan-Nomenklatura Magħquda li tistabbilixxi l-valur tal-kontenut minimu ta’ biodiżil fi 0,5 % skont il-volum (determinazzjoni mill-metodu EN 14078). |
|
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni saż-żmien iffissat mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-Tieni Parti, it-Taqsima V, il-Kapitolu 27, Noti Addizzjonali, tan-Nomenklatura Magħquda stipulata fl-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, il-punt (g) li ġej huwa mdaħħal bejn “Tali prodotti li jkunu jaqgħu fis-subintestaturi 2710 19 71 sa 2710 19 99 jew 2710 20 90 ” u n-Nota Addizzjonali 3:
|
“(g) |
‘li jkollu bijodiżil’ jfisser li l-prodotti tas-subintestatura 2710 20 jkollhom kontenut minimu ta’ biodiżil, jiġifieri monoalkilitiċi ta’ aċidi esteri ta’ aċidi grassi (FAMAE) ta’ tip użat bħala fjuwil, ta’ 0,5 % skont il-volum (determinazzjoni mill-metodu EN 14078).” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2012.
Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni