Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0803

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 803/2012 tas- 7 ta’ Settembru 2012 li jemenda għall-177 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

ĠU L 244, 8.9.2012, pp. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/803/oj

8.9.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 244/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 803/2012

tas-7 ta’ Settembru 2012

li jemenda għall-177 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-28 ta’ Awwissu 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi mil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” huma mħassra:

(a)

‘Lotfi Ben Abdul Hamid Ben Ali Al-Rihani (magħruf bħala (a) Lofti ben Abdul Hamid ben Ali al-Rihani, (b) Abderrahmane). Data tat-twelid: 1.7.1977. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-passaport: L886177 (passaport Tuneżin maħruġ fl-14.12.1998 li skada fit-13.12.2003). Tagħrif ieħor: Isem l-omm hu Habibah al- Sahrawi. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.11.2003.’

(b)

‘Ahmed El Bouhali (magħruf bħala Abu Katada). Indirizz: Numru 43 Rue Essadr El Aadam, Larache, Morocco. Data tat-twelid: 31.5.1963. Post tat-twelid: Ould Yahia, Sidi Kacem, Morocco. Nazzjonalità: Marokkina. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: G 0151108 (karta tal-identità Marokkina maħruġa fl-4 ta' Marzu 1982 f’ Larache, Morocco). Tagħrif ieħor: (a) kodiċi fiskali Taljan LBHHMD63E31Z330M; (b) Isem il-missier hu Mohamed Mohamed. (c) Isem l-omm huwa Sfia Sellam; (d) Allegatament miet fl-Afganistan. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 29.7.2005.’


Top