This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0701
Commission Implementing Regulation (EU) No 701/2012 of 30 July 2012 amending Implementing Regulation (EU) No 543/2011 laying down detailed rules for the application of Council Regulation (EC) No 1234/2007 in respect of the fruit and vegetables and processed fruit and vegetables sectors
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 701/2012 tat- 30 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 701/2012 tat- 30 ta’ Lulju 2012 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat
ĠU L 203, 31.7.2012, pp. 60–63
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2024; Impliċitament imħassar minn 32023R2429
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32011R0543 | abolizzjoni | artikolu 121 .1 punt A) | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Sostituzzjoni | artikolu 84 .1 punt A) | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | abolizzjoni | artikolu 110 .1 L2 | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Emenda | artikolu 137 .4 | 01/09/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Sostituzzjoni | anness XI | 01/07/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Sostituzzjoni | artikolu 80 .2 L2 | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Sostituzzjoni | artikolu 84 .1 punt B) | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Sostituzzjoni | artikolu 83 .1 punt B) | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Sostituzzjoni | artikolu 109 .5 punt A) | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Sostituzzjoni | artikolu 85 .3 | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Żieda | artikolu 110 .2 L3 | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Żieda | artikolu 110 .2BI | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Emenda | artikolu 121 .2 | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | Sostituzzjoni | artikolu 85 .4 punt B) | 07/08/2012 | |
| Modifies | 32011R0543 | abolizzjoni | artikolu 85 .2 L2 | 07/08/2012 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32012R0701R(01) | (IT) | |||
| Implicitly repealed by | 32023R2429 | 01/01/2025 |
|
31.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 203/60 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 701/2012
tat-30 ta’ Lulju 2012
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 103h, 127(c) u 143 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli inklużi s-setturi tal-frott u l-ħaxix u dawk tal-frott u l-ħaxix ipproċessat. Skont l-Artikolu 103c ta' dak ir-Regolament, programmi operattivi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix jistgħu jinkludu miżuri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, bil-għan li jiġu evitati u ttrattati kriżijiet fis-swieq tal-frott u tal-ħaxix. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (2), l-Anness XI ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jistipula l-ammonti massimi ta' appoġġ għall-prodotti rtirati mis-suq elenkati fih. Dawk l-ammonti għandhom jiġu ffissati sabiex ikun evitat li l-irtirar isir punt tal-ħruġ alternattiv permanenti għall-prodotti meta mqabbel mat-tqegħid tagħhom fis-suq u biex jiġi żgurat, fl-istess waqt, li l-irtirar jibqa’ strument effettiv għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kriżijiet. |
|
(3) |
Sabiex ikun żgurat li l-irtirar jibqa' strument effettiv għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, l-ammonti massimi ta’appoġġ għal irtirar mis-suq għandhom jiżdiedu għal dak il-frott u ħaxix fejn il-livelli attwali ta' appoġġ huma partikolarment baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet medji tal-produtturi fl-Unjoni. Dan huwa l-każ għat-tadam, l-għeneb, il-berquq, il-lanġas, il-brunġiel u l-bettieħ. Minbarra dan, sabiex jiġi evitat kumpens żejjed għall-irtirar ta' tadam bi prezz aktar baxx maħsub għall-ipproċessar, għandu jiġi introdott ammont divrenzjat għat-tadam prodott mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Ottubru, li huwa l-perjodu li fih jista' jiġi rtirat it-tadam maħsub għall-ipproċessar. |
|
(4) |
Sabiex tiġi mħeġġa d-distribuzzjoni bla ħlas ta' frott u ħaxix irtirat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u kwalunkwe destinazzjoni oħra ekwivalenti approvata mill-Istati Membri, għandu jiġi ffissat ammont massimu ta’ għajnuna ogħla minn dak għal destinazzjonijiet oħra, jekk id-differenza bejn prezz medju ta' produttur fl-Unjoni u l-livelli ta' appoġġ massimu attwali jippermettu dan mingħajr il-ħolqien ta' punt tal-ħruġ alternattiv għal prodotti meta mqabbel mat-tqegħid tagħhom fis-suq. Dan huwa l-każ għall-pastard, it-tadam, it-tuffieħ, l-għeneb, il-berquq, il-lanġas, il-brunġiel, il-bettieħ, id-dulliegħ, il-klementini u l-lumi. |
|
(5) |
Sabiex tiġi ffacilitiata d-distribuzzjoni tal-prodotti rtirati minn organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet tal-karità, dawk l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet għandhom ikunu obbligati biss li jżommu kontijiet finanzjarji għall-operazzjoni inkwistjoni jekk ikunu talbu u kisbu l-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru biex jitolbu kontribuzzjoni finanzjarja simbolika mingħand dawk li finalment jirċievu l-prodott. Il-possibbiltà li tintalab tali kontribuzzjoni għandha tkun estiża wkoll għal prodotti friski. |
|
(6) |
Sabiex jitqiesu l-esperjenzi tal-passat fl-applikazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet, huwa xieraq li jiġu ċċarati d-definizzjonijiet ta’ ħsad bikri u ta' meta ma jsirx ħsad u s-sitwazzjonijiet fejn jistgħu jitwettqu miżuri fir-rigward tal-ħsad bikri u ta' meta ma jsirx ħsad. Minbarra dan, sabiex jiġu allinjati d-diversi miżuri ta’ prevenzjoni u ġestjoni tal-kriżijiet u tiżdied l-effikaċja tagħhom, huwa xieraq li jitħassar l-obbligu speċifiku previst fl-Artikolu 85(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 li tiġi inkluża analiżi obbligatorja tas-suq fl-ewwel notifika ta’ kull operazzjoni ta’ ħsad bikri maħsuba. |
|
(7) |
Sabiex ikun hemm reazzjoni għal sitwazzjoni ta' kriżi f'daqqa, il-ħsad bikri u li ma jsirx ħsad għandhom ikunu possibbli għall-frott u l-ħaxix b'perjodu ta' ħsad itwal, għalkemm ikun diġà beda l-ħsad normali jew il-produzzjoni kummerċjali tkun diġà ttieħdet miż-żona kkonċernata, soġġetti għal restrizzjonijiet li għandhom jiġu deċiżi mill-Istati Membri. F'dawn il-każijiet, għandha tkun ikkumpensata biss il-produzzjoni li għandha tinħasad sitt ġimgħat wara l-operazzjoni. Billi l-pjanti li jkollhom frott u ħaxix b'perjodu itwal ta' ħsad ta' spiss ikollhom, fl-istess ħin, kemm prodotti misjura kif ukoll dawk mhux misjura, huwa xieraq li ssir deroga mir-regola ġenerali li topponi l-applikazzjoni ta’ miżuri ta' ħsad bikri u li ma jsirx ħsad għall-istess prodott u fl-istess żona partikolari fi kwalunkwe sena partikolari. |
|
(8) |
Sabiex jiġi żgurat li ġie ssodisfat l-obbligu li jintwera li kull lott tneħħa skont il-kundizzjonijiet rilevanti u sabiex ikunu permessi kontrolli doganali effettivi bbażati fuq analiżi tar-riskju, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati fir-rigward tal-obbligu li jkunu disponibbli għall-awtoritajiet doganali ċerti dokumenti rilevanti għall-kontrolli li għandhom jitwettqu. |
|
(9) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(10) |
Huwa xieraq li jiġu applikati retroattivament l-ammonti l-ġodda ta’ appoġġ għal irtirar mis-suq mill-1 ta' Lulju 2012 meta jibda l-istaġun ta' kummerċjalizzazzjoni tas-sajf. Sabiex jingħata żmien biżżejjed lill-importaturi biex jaddattaw għar-regoli ġodda li jikkonċernaw is-sistema ta’ prezz ta’ dħul, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2012. |
|
(11) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx opinjoni fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 80(2), it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: "Fuq talba, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-karità msemmija fl-Artikolu 103d(4) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 biex jitolbu kontribuzzjoni simbolika mingħand dawk li fl-aħħar mill-aħħar jirċievu l-prodotti rtirati mis-suq. Meta l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet tal-karità kkonċernati jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni, minbarra l-obbligi skont l-Artikolu 83(1) ta' dan ir-Regolament, huma għandhom iżommu kontijiet finanzjarji għall-operazzjoni inkwistjoni." |
|
(2) |
Fl-Artiklu 83(1), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 84(1), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 85 huwa emendat kif ġej:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 109(5), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 110 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Artikolu 121 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
Fl-Artikolu 137(4), jiżdiedu r-raba' u l-ħames subparagrafi li ġejjin: "Sabiex jingħata prova li l-lott tneħħa skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu,, flimkien mal-fattura, għandhom ikunu disponibbli mill-importatur id-dokumenti kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli doganali rilevanti fir-rigward tal-bejgħ u t-tneħħija ta' kull prodott tal-lott inkwistjoni. Dan għandu jinkludi d-dokumenti relatati mat-trasport, l-assigurazzjoni, l-immaniġġar u l-ħżin tal-lott. Fejn l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 jesiġu li jiġu indikati l-varjetà tal-prodott jew it-tip kummerċjali tal-frott u l-ħaxix fuq l-imballaġġ, il-varjetà tal-prodott jew it-tip kummerċjali tal-frott u l-ħaxix li jiffurmaw parti mil-lott għandhom jiġu indikati fuq id-dokumenti relatati mat-trasport, il-fatturi u l-ordni tal-kunsinna." |
|
(9) |
L-Anness XI jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madankollu, il-punt (8) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2012 u punt (9) tal-Artikolu 1 għandu japplikaw mill-1 ta' Lulju 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
“ANNESS XI
Ammonti massimi ta’ appoġġ għall-irtirar mis-suq kif imsemmi fl-artikolu 79(1)
|
Prodott |
Appoġġ massimu (EUR/100 kg) |
|
|
Tqassim bla ħlas |
Destinazzjonijiet oħrajn |
|
|
Pastard |
15,69 |
10,52 |
|
Tadam (l-1 ta' Ġunju sal-31 ta' Ottubru) |
7,25 |
7,25 |
|
Tadam (l-1 ta' Novembru-31 ta' Mejju) |
27,45 |
18,30 |
|
Tuffieħ |
16,98 |
13,22 |
|
Għeneb |
39,16 |
26,11 |
|
Berquq |
40,58 |
27,05 |
|
Nuċiprisk |
26,90 |
26,90 |
|
Ħawħ |
26,90 |
26,90 |
|
Lanġas |
23,85 |
15,90 |
|
Brunġiel |
22,78 |
15,19 |
|
Bettieħ |
31,37 |
20,91 |
|
Dulliegħ |
8,85 |
6,00 |
|
Larinġ |
21,00 |
21,00 |
|
Mandolin |
19,50 |
19,50 |
|
Klementini |
22,16 |
19,50 |
|
Satsumi |
19,50 |
19,50 |
|
Lumi |
23,99 |
19,50 ” |