EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0249

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 249/2012 tal- 21 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 19/2011 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 82, 22.3.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 05/07/2022; Impliċitament imħassar minn 32019R2144

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/249/oj

22.3.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 82/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 249/2012

tal-21 ta’ Marzu 2012

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 19/2011 fir-rigward ta’ rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur tal-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-iskopijiet ta’ approvazzjoni tat-tip prevista fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (2).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta’ Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (3) huwa wieħed mill-miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009.

(3)

Ir-Regolament (UE) Nru 19/2011 introduċa l-possibilità għall-manifatturi tal-vetturi biex jużaw tikketti li jeħlu waħedhom biex jagħmlu l-pjanċi statutorji. Sabiex titħaffef il-manifattura ta’ tikketti bħal dawn permezz tal-ipproċessar tad-dejta, kif ukoll l-istampar tagħhom permezz ta’ mezzi elettroniċi, huwa meħtieġ li jiġu adattati r-rekwiżiti tekniċi eżistenti għall-ispeċifitajiet ta’ dawn it-tekniki moderni.

(4)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 19/2011 għandu jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 19/2011 hija emendata kif ġej:

1.

Il-punt 2.2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.2.

L-għoli tal-karattri tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura msemmija fil-punt 2.1. (c) m’għandux ikun inqas minn 4 mm.”

2.

Il-punt 2.3 li ġej jiddaħħal wara l-punt 2.2.:

“2.3.

L-għoli tal-karattri tal-informazzjoni msemmija fil-punt 2.1., minbarra n-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura, m’għandux ikun inqas minn 2 mm.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1.


Top