This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0225
Commission Regulation (EU) No 225/2012 of 15 March 2012 amending Annex II to Regulation (EC) No 183/2005 of the European Parliament and of the Council as regards the approval of establishments placing on the market, for feed use, products derived from vegetable oils and blended fats and as regards the specific requirements for production, storage, transport and dioxin testing of oils, fats and products derived thereof Text with EEA relevance
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 225/2012 tal- 15 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jqiegħdu fis-suq, għall-użu fl-għalf, prodotti li ġejjin miż-żjut veġetali u xaħmijiet imħallta u dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni, il-ħażna, it-trasport u l-ittestjar għad-diossina taż-żjut, xaħmijiet u prodotti li ġejjin minnhom Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 225/2012 tal- 15 ta’ Marzu 2012 li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jqiegħdu fis-suq, għall-użu fl-għalf, prodotti li ġejjin miż-żjut veġetali u xaħmijiet imħallta u dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni, il-ħażna, it-trasport u l-ittestjar għad-diossina taż-żjut, xaħmijiet u prodotti li ġejjin minnhom Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 77, 16.3.2012, pp. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32005R0183 | Emenda | anness II | 16/09/2012 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32012R0225R(01) | (FR) | |||
| Corrected by | 32012R0225R(02) | (HU) |
|
16.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 225/2012
tal-15 ta’ Marzu 2012
li jemenda l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jqiegħdu fis-suq, għall-użu fl-għalf, prodotti li ġejjin miż-żjut veġetali u xaħmijiet imħallta u dwar ir-rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni, il-ħażna, it-trasport u l-ittestjar għad-diossina taż-żjut, xaħmijiet u prodotti li ġejjin minnhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 27 (b) u (f) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 jistipula regoli ġenerali dwar l-iġjene tal-għalf, il-kundizzjonijiet u l-arranġamenti biex jiġi assigurat li l-kundizzjonijiet tal-ipproċessar għall-imminimizzar u l-kontroll tal-perikli potenzjali jkunu rispettati. L-istabbilimenti kummerċjali tal-għalf għandhom ikunu rreġistrati mal-awtorità kompetenti jew approvati minnha. Barra minn dan, l-operaturi kummerċjali tal-għalf li jinsabu aktar ‘l isfel fil-katina tal-għalf għandhom l-obbligu li jixtru għalf biss minn stabbilimenti li huma rreġistrati jew approvati. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf (2) jistipula li l-għalf li jitqiegħed fis-suq għandu jkun sikur u ttikkettat b’mod ċar x’tip ta’ għalf hu. Barra minn dan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 575/2011 tas-16 ta’ Ġunju 2011 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (3) jelenka deskrizzjonijiet għal materjali speċifiċi tal-għalf li għandhom jintużaw għal skopijiet tal-ittikkettar. |
|
(3) |
Il-mod ta’ kif dawn ir-rekwiżiti jirrelataw ma’ xulxin għandu jassigura li jkun hemm traċċabbiltà u livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur fil-katina tal-għalf u tal-ikel. |
|
(4) |
Il-kontrolli uffiċjali u l-kontrolli li twettqu mill-operaturi kummerċjali tal-għalf urew li ċerti żjut u xaħmijiet u prodotti li ġejjin minnhom li mhumiex maħsuba għall-użu fl-għalf intużaw bħala materjali tal-għalf u dan irriżulta f’għalf li qabeż il-livelli massimi tad-diossina stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (4). B’konsegwenza ta’ dan, l-ikel li ġej mill-annimali li ngħataw għalf ikkontaminat jista’ jkun ta’ riskju għas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, l-irtirar mis-suq tal-ikel u l-għalf ikkontaminat jista’ jwassal għal telf finanzjarju. |
|
(5) |
Biex titjieb l-iġjene tal-għalf u mingħajr ħsara għall-kompetenza tal-Istati Membri kif stipulat fl-Artikolu (10)2 tar-Regolament (KE) Nru 183/2005, l-istabbilimenti li għadhom jipproċessaw żjut veġetali mhux irfinuti, u li jimmanifatturaw prodotti li ġejjin miż-żjut ta’ oriġini veġetali u xaħmijiet imħallta, għandu jkollhom approvazzjoni b’konformità ma’ dan ir-Regolament ġaladarba dawn il-prodotti ikunu maħsuba għall-użu fl-għalf. |
|
(6) |
Għandu jkun hemm rekwiżiti speċifiċi għall-produzzjoni, l-ittikkettar, il-ħażna u t-trasport ta’ dawn il-materjali tal-għalf sabiex titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tas-sistemi bbażati fuq l-Analiżi tal-Perikli u l-Punti Kritiċi ta’ Kontroll (HACCP). |
|
(7) |
Monitoraġġ riinfurzat tad-diossina jiffaċilita d-detezzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ konformità u l-infurzar tal-liġi dwar l-għalf. Huwa neċessarju li l-operaturi kummerċjali tal-għalf ikunu obbligati li jittestjaw ix-xaħmijiet, iż-żjut u l-prodotti li ġejjin minnhom għad-diossina u PCBs li jixbhu lid-diossina sabiex jitnaqqas ir-riskju li prodotti kkontaminati jibdew jagħmlu parti mill-katina tal-ikel, u b’hekk jappoġġaw l-istrateġija biex jitnaqqas l-esponiment taċ-ċittadini tal-UE għad-diossina. Ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tad-diossina għandu jkun ir-raġuni li abbażi tagħha jitwaqqaf pjan ta’ monitoraġġ. Ir-responsabbiltà li fis-suq jitqiegħed għalf sikur hija tal-operaturi kummerċjali tal-għalf. Għaldaqstant, huma għandhom iġarrbu l-ispejjeż kollha għall-analiżi. Id-dispożizzjonijiet dettaljati dwar it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi li ma jinsabux f’dan ir-Regolament għandhom jibqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri. Barra minn dan, l-Istati Membri huma mħeġġa jiffokaw fuq il-kontrolli tal-operaturi kummerċjali tal-għalf li ma jagħmlux parti mill-kamp tal-applikazzjoni tal-monitoraġġ tad-diossina imma li jiksbu l-prodotti msemmija hawn fuq. |
|
(8) |
Is-sistema tal-monitoraġġ ibbażata fuq ir-riskju obbligatorju ma għandhiex taffettwa l-obbligu tal-operatur kummerċjali tal-għalf li jikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-iġjene tal-għalf. Din għandha tkun integrata fi prassi tajbin dwar l-iġjene u s-sistema bbażata fuq l-HACCP. Dan għandu jiġi vverifikat mill-awtorità kompetenti fil-kuntest tal-approvazzjoni tal-operatur kummerċjali tal-għalf. Ir-reviżjoni regolari tal-operatur tal-istima ta’ riskju tiegħu stess għandha tikkunsidra s-sejbiet tal-monitoraġġ tad-diossina. |
|
(9) |
Il-laboratorji li jwettqu analiżi tad-diossina għandhom ikunu obbligati li jirrappurtaw ir-riżultati li jaqbżu l-limiti massimi permessi stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE mhux biss lill-operatur kummerċjali tal-għalf imma wkoll lill-awtorità kompetenti sabiex titjieb it-trasparenza; dan l-obbligu ma jeżentax lill-operatur kummerċjali tal-għalf mill-obbligu tiegħu li jinforma lill-awtorità kompetenti. |
|
(10) |
Għandha ssir reviżjoni wara sentejn sabiex tiġi vverifikata l-effettività tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ obbligatorju tad-diossina u l-integrazzjoni tiegħu fis-sistema tal-HACCP tal-operaturi kummerċjali tal-għalf. |
|
(11) |
Għandu jkun hemm biżżejjed żmien biex l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi kummerċjali tal-għalf ikollhom il-possibbiltà li jadattaw irwieħhom għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 huwa emendat skont l-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mis-16 ta' Settembru 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Marzu 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 183/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Din it-taqsima li ġejja qiegħda tiddaħħal wara t-titolu tal-Anness II: “DEFINIZZJONIJIET Għall-iskopijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(2) |
Il-punt li ġej qed jiżdied fit-taqsima “FAĊILITAJIET U TAGĦMIR”:
|
|
(3) |
Il-punti li ġejjin qegħdin jiżdiedu fit-taqsima “PRODUZZJONI”:
|
|
(4) |
It-taqsima li ġejja qiegħda tiżdied wara t-taqsima “KONTROLL TAL-KWALITÀ”: “MONITORAĠĠ TAD-DIOSSINA
|
|
(5) |
Il-punt li ġej qed jiżdied fit-taqsima “ĦAŻNA U TRASPORT”:
|
(*1) ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.”