This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0156
Commission Regulation (EU) No 156/2012 of 22 February 2012 amending Annexes I to IV to Council Regulation (EC) No 44/2001 on jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 156/2012 tat- 22 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Annessi I sa IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 156/2012 tat- 22 ta’ Frar 2012 li jemenda l-Annessi I sa IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
ĠU L 50, 23.2.2012, pp. 3–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 09/01/2015; Imħassar b' 32012R1215
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32001R0044 | Sostituzzjoni | anness IV | 14/03/2012 | |
| Modifies | 32001R0044 | Sostituzzjoni | anness I | 14/03/2012 | |
| Modifies | 32001R0044 | Sostituzzjoni | anness III | 14/03/2012 | |
| Modifies | 32001R0044 | Sostituzzjoni | anness II | 14/03/2012 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32012R1215 | 10/01/2015 |
|
23.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 50/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 156/2012
tat-22 ta’ Frar 2012
li jemenda l-Annessi I sa IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 74(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jelenka r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(2) tar-Regolament. L-Anness II fih il-listi ta’ qrati jew awtoritajiet kompetenti li għandhom ġurisdizzjoni fl-Istati Membri biex jittrattaw l-applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà. L-Anness III jelenka l-qrati li fihom jistgħu jiġu ppreżentati appelli minn deċiżjonijiet dwar dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà, u l-Anness IV jelenka l-proċeduri finali tal-appell minn dawn id-deċiżjonijiet. |
|
(2) |
L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 ġew emendati diversi drabi, l-aħħar darba bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 416/2010 (2) sabiex jiġu aġġornati r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni nazzjonali u l-listi tal-qrati jew tal-awtoritajiet kompetenti. |
|
(3) |
L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar emendi addizzjonali fil-listi stipulati fl-Annessi I, II u IV. Barra minn hekk, l-entrata li tirreferi għall-Islanda fl-Annessi III u IV għandha titħassar peress li l-Islanda mhix Stat Membru. Għaldaqstant jidher xieraq li jiġu ppubblikati verżjonijiet konsolidati tal-listi li jinsabu f’dawk l-Annessi. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (3), dan ir-Regolament għandu, skont id-dritt internazzjonali, japplika fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 2(2)(g)-(j) ta’ dak il-Ftehim, l-entrati li jirreferu għad-Danimarka għandhom jitniżżlu fl-Annessi I sa IV. |
|
(6) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 qed jiġu ssostitwiti bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
“ANNESS I
Regoli dwar il-ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4(2)
— fil-Belġju: l-Artikoli 5 sa 14 tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 2004 dwar id-dritt internazzjonali privat;
— fil-Bulgarija: l-Artikolu 4(1)(2) tal-Kodiċi dwar id-Dritt Internazzjonali Privat,
— fir-Repubblika Ċeka: l-Artikolu 86 tal-Att Nru 99/1963 Coll., il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (občanský soudní řád), kif emendat,
— fid-Danimarka: l-Artikolu 246(2) u (3) tal-Att dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja (lov om rettens pleje),
— fil-Ġermanja: l-Artikolu 23 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozeßordnung),
— fl-Estonja: l-Artikolu 86 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (tsiviilkohtumenetluse seadustik),
— fil-Greċja: l-Artikolu 40 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Κώδικας Πολιτικής Δικονομίας),
— fi Franza: l-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil),
— fl-Irlanda: ir-regoli li permezz tagħhom il-ġurisdizzjoni tista’ tkun imsejsa fuq l-att promotorju li jkun ġie notifikat lill-konvenut waqt li jkun temporanjament preżenti fl-Irlanda,
— fl-Italja: l-Artikoli 3 u 4 tal-liġi 218 tal-31 ta’ Mejju 1995,
— f’Ċipru: l-Artikolu 21(2) tal-Liġi tal-Qrati tal-Ġustizzja Nru 14 tal-1960, kif emendata,
— fil-Latvja: l-Artikolu 27 u l-paragrafi 3, 5, 6, u 9 tal-Artikolu 28 tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums),
— fil-Litwanja: l-Artikolu 31 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas),
— fil-Lussemburgu: l-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil),
— fl-Ungerija: l-Artikolu 57 tad-Digriet tal-Liġi Nru 13 tal-1979 dwar id-Dritt Internazzjonali Privat (a nemzetközi magánjogról szóló 1979. évi 13. törvényerejű rendelet),
— f’Malta: l-Artikoli 742, 743 u 744 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Kap. 12 u l-Artikolu 549 tal-Kodiċi tal-Kummerċ – Kap. 13,
— fl-Awstrija: l-Artikolu 99 tal-Liġi dwar il-Ġurisdizzjoni tal-Qrati (Jurisdiktionsnorm),
— fil-Polonja: l-Artikolu 1103(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Kodeksu postępowania cywilnego),
— fil-Portugall: l-Artikolu 65(1)(b) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil), safejn dan jista’ jinkludi raġunijiet eżorbitanti għall-ġurisdizzjoni, bħall-qrati tal-post fejn ikunu jinsabu l-fergħa, l-aġenzija jew stabbiliment ieħor (jekk ikunu jinsabu fil-Portugall) meta l-amministrazzjoni ċentrali (jekk tkun tinsab fi Stat barrani) tkun il-konvenut, u l-Artikolu 10 tal-Kodiċi dwar il-Proċedura Industrijali (Código de Processo do Trabalho), safejn dan jista’ jinkludi raġunijiet eżorbitanti għall-ġurisdizzjoni, bħall-qrati tal-post fejn ikun domiċiljat l-attur, fi proċeduri relatati ma’ kuntratti individwali ta’ impjieg li jitressqu mill-impjegat kontra min iħaddmu,
— fir-Rumanija: l-Artikoli 148-157 tal-Liġi Nru 105/1992 dwar ir-Relazzjonijiet tad-Dritt Internazzjonali Privat,
— fis-Slovenja: l-Artikolu 48(2) tal-Att dwar id-Dritt u l-Proċedura Internazzjonali Privati (Zakon o medarodnem zasebnem pravu in postopku) b’rabta mal-Artikolu 47(2) tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku) u l-Artikolu 58 tal-Att dwar id-Dritt u l-Proċedura Internazzjonali Privati (Zakon o medarodnem zasebnem pravu in postopku) b’rabta mal-Artikolu 59 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku),
— fis-Slovakkja: l-Artikolu 37 sa 37e tal-Att Nru 97/1963 dwar il-Dritt Internazzjonali Privat u r-Regoli ta’ Proċedura relatati miegħu,
— fil-Finlandja: il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 18(1) tal-Kapitolu 10 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (oikeudenkäymiskaari/rättegångsbalken),
— fl-Isvezja: l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Kapitolu 10 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (rättegångsbalken),
— fir-Renju Unit: ir-regoli li jippermettu li l-ġurisdizzjoni tista’ tkun imsejsa fuq:
|
(a) |
l-att promotorju li jkun ġie notifikat lill-konvenut waqt li jkun temporanjament preżenti fir-Renju Unit; jew |
|
(b) |
il-preżenza fir-Renju Unit ta’ propjetà li tappartjeni lill-konvenut; jew |
|
(c) |
is-sekwestru mill-attur ta’ propjetà li tinsab fir-Renju Unit. |
“ANNESS II
Il-qrati jew awtoritajiet kompetenti li lilhom tista’ tiġi ppreżenta l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 39 huma dawn li ġejjin:
|
— |
fil-Belġju, it-“ tribunal de première instance ” jew ir-“ rechtbank van eerste aanleg ” jew l-“ erstinstanzliches Gericht ”, |
|
— |
fil-Bulgarija l-“ окръжния съд ”, |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka, l- “okresní soud” or “soudní exekutor” , |
|
— |
fid-Danimarka, il-“ byret ”, |
|
— |
fil-Ġermanja,
|
|
— |
fl-Estonja, il-“ maakohus ” (il-qorti tal-kontea), |
|
— |
fil-Greċja, il-“ Μονομελές Πρωτοδικείο ”, |
|
— |
fi Spanja, il-“ Juzgado de Primera Instancia ”, |
|
— |
fi Franza:
|
|
— |
fl-Irlanda, il-“ High Court ”, |
|
— |
fl-Italja, il-“ Corte d’appello ”, |
|
— |
f’Ċipru, il-“ Επαρχιακό Δικαστήριο ” jew fil-każ ta’ sentenza dwar manteniment il-“ Οικογενειακό Δικαστήριο ”, |
|
— |
fil-Latvja, il-“ rajona (pilsētas) tiesa ”, |
|
— |
fil-Litwanja, il-“ Lietuvos apeliacinis teismas ”, |
|
— |
fil-Lussemburgu, l-imħallef li jippresjedi t-“ tribunal d’arrondissement ”, |
|
— |
fl-Ungerija, il-“ megyei bíróság székhelyén működő helyi bíróság ”, u f’Budapest il-“ Budai Központi Kerületi Bíróság ”, |
|
— |
f’Malta, il-“ Prim’Awla tal-Qorti Ċivili ” jew il-“ Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha ”, jew, fil-każ ta’ sentenza dwar manteniment, ir-“ Reġistratur tal-Qorti ” wara li tiġi mibgħuta lilu mill-“ Ministru responsabbli għall-Ġustizzja ”, |
|
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-“ voorzieningenrechter van de rechtbank ”, |
|
— |
fl-Awstrija, il-“ Bezirksgericht ”, |
|
— |
fil-Polonja, is-“ sąd okręgowy ”, |
|
— |
fil-Portugall, it-“ Tribunal de Comarca ”, |
|
— |
fir-Rumanija, it-“ Tribunal ”, |
|
— |
fis-Slovenja, l-“ okrožno sodišče ”, |
|
— |
fis-Slovakkja, l-“ okresný súd ” |
|
— |
fil-Finlandja, il-“ käräjäoikeus/tingsrätt ”, |
|
— |
fl-Isvezja, is-“ Svea hovrätt ”, |
|
— |
fir-Renju Unit:
|
“ANNESS III
Il-qrati fejn jistgħu jiġu ppreżentati l-appelli msemmija fl-Artikolu 43(2) huma dawn li ġejjin:
|
— |
fil-Belġju,
|
|
— |
fil-Bulgarija, l-“ Апелативен съд - София ”, |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka, il-qorti tal-appell permezz tal-qorti distrettwali, |
|
— |
fid-Danimarka, il-“ landsret ”, |
|
— |
fil-Ġermanja, l-“ Oberlandesgericht ”, |
|
— |
fl-Estonja, ir-“ ringkonnakohus ”, |
|
— |
fil-Greċja, l-“ Εφετείο ”, |
|
— |
fi Spanja, il-“ Juzgado de Primera Instancia ” li tkun ta id-deċiżjoni kkontestata, u l-appell għandu jiġi deċiż mill-“ Audiencia Provincial ”. |
|
— |
fi Franza:
|
|
— |
fl-Irlanda, il-“ High Court ”, |
|
— |
fl-Italja, il-“ corte d’appello ”, |
|
— |
f’Ċipru, il-“ Επαρχιακό Δικαστήριο ” jew fil-każ ta’ sentenza dwar manteniment il-“ Οικογενειακό Δικαστήριο ”, |
|
— |
fil-Latvja, l-“ Apgabaltiesa ” permezz tar-“ rajona (pilsētas) tiesa ”, |
|
— |
fil-Litwanja, il-“ Lietuvos apeliacinis teismas ”, |
|
— |
fil-Lussemburgu, il-“ Cour supérieure de justice ” bħala qorti tal-appell ċivili, |
|
— |
fl-Ungerija, il-qorti lokali li tkun tinsab fis-sede tal-qorti tal-kontea (f’Budapest, il-Qorti Distrettwali Ċentrali ta’ Buda); l-appell jiġi deċiż mill-qorti tal-kontea (f’Budapest, il-Qorti tal-Belt Kapitali), |
|
— |
f’Malta, il-Qorti tal-Appell skont il-proċedura stabbilita għall-appelli mill-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kap.12 jew fil-każ ta’ sentenza dwar manteniment, permezz ta’ rikors ġuramentat quddiem il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili jew il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha, |
|
— |
fil-Pajjiżi l-Baxxi, ir-“rechtbank ”, |
|
— |
fl-Awstrija, the “ Landesgericht ” permezz tal-“ Bezirksgericht ”, |
|
— |
fil-Polonja, is-“ sąd apelacyjny ” permezz tas-“ sąd okręgowy ”, |
|
— |
fil-Portugall, it-“ Tribunal da Relação ” huwa l-qorti kompetenti. L-appelli jiġu ppreżentati skont il-liġi nazzjonali fis-seħħ, permezz ta’ talba indirizzata lill-qorti li tkun tat id-deċiżjoni kkontestata, |
|
— |
fir-Rumanija il-“ Curte de Apel ”, |
|
— |
fis-Slovenja, l-“ okrožno sodišče ”, |
|
— |
fis-Slovakkja, il-qorti tal-appell permezz tal-qorti distrettwali li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi appellata, |
|
— |
fil-Finlandja, il-“ hovioikeus/hovrätt ”, |
|
— |
fl-Isvezja, is-“ Svea hovrätt ”, |
|
— |
fir-Renju Unit:
|
“ANNESS IV
L-appelli li jistgħu jiġu ppreżentati bis-saħħa tal-Artikolu 44 huma dawn li ġejjin:
|
— |
fil-Belġju, fil-Greċja, fi Spanja, fi Franza, fl-Italja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, b’appell fil-kassazzjoni, |
|
— |
fil-Bulgarija, “ обжалване пред Върховния касационен съд ”, |
|
— |
fir-Repubblika Ċeka, “ dovolání ” u “ žaloba pro zmatečnost ”, |
|
— |
fid-Danimarka, appell lill-“ Højesteret ” bl-approvazzjoni tal-“ Procesbevillingsnævnet ”, |
|
— |
fil-Ġermanja, “ Rechtsbeschwerde ”, |
|
— |
fl-Estonja, “ kassatsioonikaebus ”, |
|
— |
fl-Irlanda, appell fuq punt ta’ dritt lis-“ Supreme Court ”, |
|
— |
f’Ċipru, appell lis-“ Supreme Court ”, |
|
— |
fil-Latvja, appell fil-kassazzjoni lill-“ Augstākās tiesas Senāts ” permezz tal-“ Apgabaltiesa ”, |
|
— |
fil-Litwanja, appell fil-kassazzjoni lill-“ Lietuvos Aukščiausiasis Teismas ”, |
|
— |
fl-Ungerija, “ felülvizsgálati kérelem ”, |
|
— |
f’Malta, m’hemm l-ebda appell ieħor lil qorti oħra; fil-każ ta’ sentenza dwar manteniment il-Qorti tal-Appell skont il-proċedura stabbilita għall-appell fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Kap. 12 |
|
— |
fl-Awstrija, “ Revisionsrekurs ”, |
|
— |
fil-Polonja, “ skarga kasacyjna ”, |
|
— |
fil-Portugall, appell fuq punt ta’ dritt, |
|
— |
fir-Rumanija, “ contestatie in anulare ” jew “revizuire ”, |
|
— |
fis-Slovenja, appell lill-“ Vrhovno sodišče Republike Slovenije ”, |
|
— |
fis-Slovakkja, id-“ dovolanie ”, |
|
— |
fil-Finlandja, appell lill-“ korkein oikeus/högsta domstolen ”, |
|
— |
fl-Isvezja, appell lill-“ Högsta domstolen ”, |
|
— |
fir-Renju Unit, appell wieħed ulterjuri fuq punt ta’ dritt. |