EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0134

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 134/2012 tat- 23 ta’ Jannar 2012 dwar l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik

ĠU L 46, 17.2.2012, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/134/oj

17.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 134/2012

tat-23 ta’ Jannar 2012

dwar l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Novembru 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1446/2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik (1) (il-Ftehim). Ġie anness miegħu Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim (2). Dak il-Protokoll skada fil-31 ta' Diċembru 2011.

(2)

Fit-2 ta' Ġunju 2011 ġie inizjalat Protokoll ġdid, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Możambik ("il-Protokoll") li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet li fihom il-Możambik għandu s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sajd.

(3)

Fit-23 ta’ Jannar 2012 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/91/UE (3) dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll,

(4)

Il-mod li bih jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit għal tul iż-żmien tal-Protokoll.

(5)

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, (4) f’każ li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd ma jkunux qed jintużaw għal kollox, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati dwar dan. In-nuqqas ta' tweġiba sad-dati ta' skadenzi li jiġu ffissati mill-Kunsill għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perjodu speċifikat. Huwa importanti li dawn l-iskadenzi jiġu ffissati.

(6)

Peress li l-Protokoll għall-Ftehim, skada fil-31 ta’ Diċembru 2011, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2012,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti mill-Protokoll għandu jitqassam kif ġej bejn l-Istati Membri:

(a)

sajd b'bastimenti bit-tartarun għat-tonn:

Spanja

22 bastiment

Franza

20 bastiment

L-Italja

bastiment wieħed (1)

Total

43 bastiment

(b)

sajd b'bastimenti bil-konz tal-wiċċ:

Spanja

16-il bastiment

Franza

8 bastimenti

Il-Portugall

7 bastimenti

Ir-Renju Unit

bastiment wieħed (1)

Total

32 bastiment

2.   Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika bla ħsara għal-Ftehim u l-Protokoll.

3.   Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti bil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra t-talbiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

4.   Id-data tal-iskadenza li fiha l-Istati Membri għandhon jikkonfermaw li ma jużawx b’mod sħiħ l-opportunitajiet tas-sajd allokati skont il-Ftehim, kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, għandha tkun stabbilita għal għaxart (10) ijiem tax-xogħol mill-jum li fih il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri li l-opportunitajiet tas-sajd ma ġewx eżawriti.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2012

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

M. GJERSKOV


(1)  ĠU L 331, 17.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 331, 17.12.2007, p. 39.

(3)  Ara l-paġna 3 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.


Top