Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012L0001

    Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/1/UE tas- 6 ta’ Jannar 2012 li jemenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfati mill-prodott tar-raba' Oryza sativa Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 4, 7.1.2012, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2012/1/oj

    7.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 4/8


    DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2012/1/UE

    tas-6 ta’ Jannar 2012

    li jemenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE fir-rigward tal-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfati mill-prodott tar-raba' Oryza sativa

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21a tagħha,

    Billi:

    (1)

    Tagħrif u studji riċenti mill-Istati Membri wera l-ħtieġa li jiġi introdott livell limitu għall-preżenza ta' pjanti infettati minn Fusarium fujikuroi fl-għelieqi fejn isir il-prodott tar-raba' Oryza sativa, minħabba li Fusarium fujikuroi tikkawża danni lir-ross u mhijiex suxxettibbli għal trattament biżżejjed bil-prodotti disponibbli għall-protezzjoni tal-pjanti. Dawk l-istudji wrew ukoll il-ħtieġa li titnaqqas il-preżenza ta' pjanti selvaġġi jew qmugħ ħomor fl-għelieqi fejn issir iż-żerriegħa ta' Oryza sativa, minħabba li skont il-livell limitu attwali l-ġabra u l-kwalità tar-ross naqsu b'mod sinifikanti.

    (2)

    Fid-dawl ta' dan, għandu jiġi introdott livell limitu għall-preżenza ta' pjanti infettati minn Fusarium fujikuroi, fl-għelieqi fejn issir iż-żerriegħa ta' Oryza sativa u l-livell limitu għall-preżenza ta' pjanti selvaġġi jew qmugħ ħomor, fl-għelieqi fejn issir iż-żerriegħa Oryza sativa, għandhom jitnaqqsu għall-produzzjoni tal-kategorija ta' żerriegħa ċertifikata. Dawk il-livelli limitu għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-istudji li saru mill-Istati Membri.

    (3)

    Għaldaqstant id-Direttiva 66/402/KEE għandha tiġi emendata skont dan.

    (4)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żerriegħa u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija,

    ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Emendi għad-Direttiva 66/402/KEE

    Fl-Anness I tad-Direttiva 66/402/KEE,il-punt 3.A huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “A.

    Oryza sativa:

    L-għadd ta’ pjanti li jingħarfu li ovvjament huma pjanti infettati minn Fusarium fujikuroi ma għandhomx jeċċedu:

    2 għal kull 200 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa bażika,

    4 għal kull 200 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni,

    8 għal kull 200 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni.

    L-għadd ta’ pjanti li jingħarfu li ovvjament huma pjanti selvaġġi jew pjanti qmugħ-ħomor ma għandhomx jeċċedu:

    0 għall-produzzjoni ta' żerriegħa bażika,

    1 għal kull 100 m2 għall-produzzjoni ta’ żerriegħa ċċertifikata, l-ewwel u t-tieni ġenerazzjoni,”

    Artikolu 2

    Traspożizzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2012. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali, li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 4

    Indirizzati

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Jannar 2012.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.


    Top