Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0516

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/516/PESK tal- 24 ta’ Settembru 2012 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

    ĠU L 257, 25.9.2012, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2012/516/oj

    25.9.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 257/20


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2012/516/PESK

    tal-24 ta’ Settembru 2012

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/285/PESK.

    (2)

    B’segwitu għal deċiżjoni tal-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) stabbilita skont ir-Riżoluzzjoni 2048 (2012) tal-KSNU, sitt persuni għandhom jitneħħew mil-lista kif tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK u għandhom jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu emendati l-entrati għal dawk il-persuni.

    (3)

    Il-listi li jinsabu fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK. Dawk il-persuni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/285/PESK, u l-entrati korrispondenti għandhom jiġu emendati kif stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Settembru 2012.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. D. MAVROYIANNIS


    (1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.


    ANNESS

    PERSUNI MSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

     

    L-Isem

    Informazzjoni għall-identifikazzjoni (data u post tat-twelid (d.t.t. u p.t.t.), numru tal-passaport/karta tal-identità, eċċ.)

    Raġunijiet għall-elenkar

    1.

    Kaptan (Forza Navali) Sanhá CLUSSÉ

    Ċittadinanza: Ginea Bissaw

    D.t.t.: 28.9.1965

    Ġenituri: Clusse Mutcha u Dalu Imbungue

    Kariga uffiċjali: Aġent Kap tal-Persunal tal-Forza Navali

    Passaport: SA 0000515

    Data tal-ħruġ: 08.12.2003

    Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

    Data ta’ skadenza: 29.8.2013

    Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Qrib ħafna ta’ António Injai. Sanhá Clussé integra d-delegazzjoni tal- “Kmand Militari” li ltaqgħet mal-ECOWAS f’Abidjan fis-26 ta’ April 2012.

    2.

    Kurunell Cranha DANFÁ

    Ċittadinanza: Ginea Bissaw

    D.t.t.: 5.3.1957

    Kariga uffiċjali: Kap tal-Operazzjonijiet tal-Persunal Konġunt tal-Forzi Armati

    Passaport: AAIN29392

    Data tal-ħruġ: 29.9.2011

    Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

    Data ta’ skadenza: 29.9.2016

    Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Konsulent qrib tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati António Injai.

    3.

    Maġġur Idrissa DJALÓ

    Ċittadinanza: Ginea Bissaw

    D.t.t.: 6.1.1962

    Kariga uffiċjali: Konsulent dwar il-protokoll tal-Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati

    Punt ta’ Kuntatt għall-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012 u wieħed mill-aktar membri attivi tiegħu. Kien wieħed mill-ewwel uffiċjali li assumew pubblikament l-affiljazzjoni tagħhom mal-“Kmand Militari”, billi ffirma waħda mill-ewwel communiqués tiegħu (nru 5, datata 13 ta’ April 2012). Il-Maġġur Djaló jappartjeni wkoll għall-Intelligence Militari.

    4.

    Logutenent-kurunell Tchipa NA BIDON

    Ċittadinanza: Ginea Bissaw

    D.t.t.: 28.5.1954

    Ġenituri: “Nabidom”

    Kariga uffiċjali: Kap tal-Intelligence

    Passaport: Passaport Diplomatiku DA0001564

    Data tal-ħruġ: 30.11.2005

    Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

    Data ta’ skadenza: 15.5.2011

    Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012.

    5.

    Logutenent-kurunell Tcham NA MAN (magħruf bħala Namam)

    Ċittadinanza: Ginea Bissaw

    D.t.t.: 27.2.1953

    Ġenituri: Biute Naman u Ndjade Na Noa

    Kariga uffiċjali: Kap tal-Isptar Militari tal-Forzi Armati

    Passaport: SA0002264

    Data tal-ħruġ: 24.7.2006

    Post tal-ħruġ: Ginea Bissaw

    Data ta’ skadenza: 23.7.2009

    Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Ukoll membru tal-Kmand Militari Għoli (l-ogħla ġerarkija tal-Forzi Armati tal-Ginea Bissaw)

    6.

    Logutenent-kurunell Júlio NHATE

    Ċittadinanza: Ginea Bissaw

    D.t.t.: 28.9.1965

    Kariga uffiċjali: Kmandant tar-Reġiment tal-Paratruppi

    Membru tal-“Kmand Militari” li ħa r-responsabbiltà għall-kolp ta’ stat tat-12 ta’ April 2012. Alleat leali ta’ António Injai, il-Logutenent-kurunell Júlio Nhate għandu r-responsabbiltà materjali għall-kolp tat-12 ta’ April 2012, billi mexxa l-operazzjoni militari.


    Top