This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0248
2012/248/EU: Commission Implementing Decision of 7 May 2012 amending Decisions 2005/692/EC, 2005/734/EC, 2007/25/EC and 2009/494/EC as regards avian influenza (notified under document C(2012) 2947) Text with EEA relevance
2012/248/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/692/KE, 2005/734/KE, 2007/25/KE u 2009/494/KE fir-rigward tal-influwenza tat-tjur (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2947) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2012/248/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Mejju 2012 li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/692/KE, 2005/734/KE, 2007/25/KE u 2009/494/KE fir-rigward tal-influwenza tat-tjur (notifikata bid-dokument numru C(2012) 2947) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 123, 9.5.2012, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Extended validity | 32005D0692 | 31/12/2013 | |||
Modifies | 32005D0692 | abolizzjoni | artikolu 1 | ||
Modifies | 32005D0692 | Emenda | artikolu 7 | ||
Extended validity | 32005D0734 | 31/12/2013 | |||
Modifies | 32005D0734 | Emenda | artikolu 4 | ||
Extended validity | 32007D0025 | 31/12/2013 | |||
Modifies | 32007D0025 | Emenda | artikolu 6 | ||
Extended validity | 32009D0494 | 31/12/2013 | |||
Modifies | 32009D0494 | Emenda | artikolu 3 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32013D0657 | Revoka parzjali | |||
Implicitly repealed by | 32017D0263 | Revoka parzjali | artikolu 2 | 15/02/2017 | |
Implicitly repealed by | 32021R1938 | Revoka parzjali | artikolu 3 | 01/01/2022 |
9.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 123/42 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Mejju 2012
li temenda d-Deċiżjonijiet 2005/692/KE, 2005/734/KE, 2007/25/KE u 2009/494/KE fir-rigward tal-influwenza tat-tjur
(notifikata bid-dokument numru C(2012) 2947)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2012/248/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(7) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni adottat għadd ta’ miżuri ta’ protezzjoni marbuta mal-influwenza tat-tjur wara t-tifqigħat ta’ din il-marda fix-xlokk tal-Asja li bdew f’nofs l-2003 u li ġew ikkawżati mill-virus b’patoġeniċità għolja tal-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1. |
(2) |
Dawk il-miżuri huma stabbiliti, partikolarment, fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/692/KE tas-6 ta’ Ottubru 2005 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-influwenza tat-tjur f’bosta pajjiżi terzi (5), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/734/KE tad-19 ta’ Ottubru 2005 li tistabbilixxi miżuri ta’ bijosigurtà sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja kkawżata mis-sottotip H5N1 tal-virus A tal-Influwenza minn għasafar slavaġ fl-ambjent naturali tagħhom għal tjur tal-irziezet u għasafar oħra mrobbija mill-bniedem u li tipprevedi sistema ta’ ditezzjoni minn kmieni f’żoni b’riskju partikolari (6), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/25/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 fir-rigward ta’ ċerti miżuri ta’ ħarsien relatati mal-influwenza tat-tjur li għandha patoġeniċità għolja u l-movimenti ta’ għasafar domestiċi li huma akkumpanjati mis-sid tagħhom fil-Komunità (7) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/494/KE tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ ħarsien marbuta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fil-Kroazja u l-Isvizzera (8). |
(3) |
Il-miżuri stipulati f’dawk id-Deċiżjonijiet japplikaw sat-30 ta’ Ġunju 2012. Madankollu, tifqigħat tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 f’għasafar slavaġ u fit-tjur baqgħu jfaqqgħu f’pajjiżi terzi u b’hekk ipoġġu wkoll f’riskju s-saħħa tal-annimali u tal-bniedem ġewwa l-Unjoni. |
(4) |
Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-influwenza tat-tjur, huwa xieraq li r-riskji li jirriżultaw mill-importazzjonijiet tat-tjur, tal-prodotti tat-tjur, tal-għasafar domestiċi u prodotti oħra koperti minn dawk id-Deċiżjonijiet, jibqgħu jiġu limitati, kif ukoll sabiex jinżammu l-miżuri tal-bijosigurtà, is-sistemi ta’ skoperta bikrija u ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1. |
(5) |
Għaldaqstant, il-perjodu ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet 2005/692/KE, 2005/734/KE, 2007/25/KE u 2009/494/KE għandu jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
(6) |
Fl-2004, ġew skoperti tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-Tajlandja. Għaldaqstant, miżuri ta’ protezzjoni dwar l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti li joriġinaw minn tjur u għasafar mit-Tajlandja ġew adottati mill-Kummissjoni. |
(7) |
Għaldaqstant, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/692/KE jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jissospendu l-importazzjoni mit-Tajlandja ta’ ċerti prodotti inkluż laħam tat-tjur, għasafar tal-irziezet li ma jtirux u għasafar slavaġ tal-kaċċa, u bajd. |
(8) |
It-Tajlandja implimentat politika rigoruża ta’ qerda sabiex teqred l-influwenza tat-tjur b’patoġenoċità għolja mit-territorju tagħha. L-aħħar tifqigħa ta’ dik il-marda ġiet irrappurtata f’Novembru 2008 u t-Tajlandja ddikjarat lilha nnifisha ħielsa mill-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja b’effett mill-11 ta’ Frar 2009. |
(9) |
Esperti tal-Kummissjoni wettqu bosta missjonijiet ta’ spezzjoni ġewwa t-Tajlandja sabiex jevalwaw is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali u s-sistemi tal-kontroll tal-mard fis-seħħ f’dak il-pajjiż terz. Il-konklużjoni li ħarġet mill-aħħar missjoni fit-Tajlandja hija li s-sistema ġenerali tagħti biżżejjed garanziji li l-prodotti kkonċernati jissodisfaw r-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni. |
(10) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni favorevoli tas-saħħa tal-annimali, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontroll tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fit-tjur u l-garanziji li pprovdiet it-Tajlandja, is-sospensjoni tal-importazzjonijiet prevista fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2005/692/KE ma għandhomx jibqgħu japplikaw. |
(11) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2005/692/KE, 2005/734/KE, 2007/25/KE u 2009/494/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(12) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2005/692/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 jitħassar. |
2. |
Fl-Artikolu 7, id-data “30 ta’ Ġunju 2012” tinbidel bid-data “31 ta’ Diċembru 2013”. |
Artikolu 2
Fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/734/KE, id-data “30 ta’ Ġunju 2012” tinbidel bid-data “31 ta’ Diċembru 2013”.
Artikolu 3
Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2007/25/KE, id-data “30 ta’ Ġunju 2012” tinbidel bid-data “31 ta’ Diċembru 2013”.
Artikolu 4
Fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/494/KE, id-data “30 ta’ Ġunju 2012” tinbidel bid-data “31 ta’ Diċembru 2013”.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(2) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(4) ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.
(5) ĠU L 263, 8.10.2005, p. 20.
(6) ĠU L 274, 20.10.2005, p. 105.
(8) ĠU L 166, 27.6.2009, p. 74.