Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012D0061

2012/61/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta’ Jannar 2012 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank

ĠU L 30, 2.2.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/61(1)/oj

2.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Jannar 2012

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank

(2012/61/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-9 ta' Diċembru 2011 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank (BĊE/2011/22) (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom ikunu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tad-De Nederlandsche Bank intemm wara l-verifka kontabbli għas-sena finanzjarja tal-2011. Għalhekk jeħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2012.

(3)

Id-De Nederlandsche Bank għażel lil Deloitte Accountants B.V. bħala l-awdituri estern tiegħu għas-snin finanzjarji mill-2012 sal-2018.

(4)

Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li Deloitte Accountants B.V. jinħatru bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2012 sal-2018.

(5)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(8) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Deloitte Accountants B.V. huma b’dan approvati bħala l-awdituri esterni tad-De Nederlandsche Bank għas-snin finanzjarji 2012 sal-2018.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2012.

Għall-Kunsill

Il-President

N. WAMMEN


(1)   ĠU C 367, 16.12.2011, p. 1.

(2)   ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.


Top