Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012B0801

    2012/801/UE: Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat- 23 ta’ Ottubru 2012 dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2010

    ĠU L 350, 20.12.2012, p. 81–81 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/801/oj

    20.12.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 350/81


    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-23 ta’ Ottubru 2012

    dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2010

    (2012/801/UE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW,

    wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2010,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1),

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2012 (06083/2012 – C7–0051/2012),

    wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 (2) li tiddifferixxi d-deċiżjoni tal-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea tas-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2010, flimkien mar-Riżoluzzjoni li takkumpanja dik id-Deċiżjoni u t-tweġibiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu,

    wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar aġenziji deċentralizzati u l-Approċċ Komuni anness magħha, miftehma f’Ġunju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, bħala riżultat tax-xogħol tal-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali dwar l-aġenziji deċentralizzati maħluq f’Marzu 2009, u b’mod partikulari t-taqsimiet dwar il-governanza, l-operat, l-ipprogrammar, ir-responsabilità u t-trasparenza tal-Approċċ Komuni,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0299/2012),

    1.

    Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2010;

    2.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deciżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

    Il-President

    Martin SCHULZ

    Is-Segretarju Ġenerali

    Klaus WELLE


    (1)  ĠU C 366, 15.12.2011, p. 106.

    (2)  ĠU L 286, 17.10.2012, p. 367.

    (3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

    (4)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

    (5)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.


    Top