EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1095
Commission Implementing Regulation (EU) No 1095/2011 of 28 October 2011 amending Implementing Regulation (EU) No 543/2011 as regards the trigger levels for additional duties on cucumbers, artichokes, clementines, mandarins and oranges
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1095/2011 tat- 28 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar, il-qaqoċċ, il-klementin, il-mandolin u l-larinġ
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1095/2011 tat- 28 ta’ Ottubru 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar, il-qaqoċċ, il-klementin, il-mandolin u l-larinġ
ĠU L 283, 29.10.2011, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011R0543 | Sostituzzjoni | anness 18 | 01/11/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32023R2429 | 01/01/2025 |
29.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/32 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1095/2011
tat-28 ta’ Ottubru 2011
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 543/2011 fir-rigward tal-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar, il-qaqoċċ, il-klementin, il-mandolin u l-larinġ
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (2) jipprovdi għas-sorveljanza tal-importazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Anesss XVIII tiegħu. Din is-sorveljanza għandha ssir skont ir-regoli dettaljati stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3). |
(2) |
Għall-finijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar il-Biedja konkluż matul iċ-Ċiklu tal-Urugwaj tan-negozjati kummerċjali multilaterali (4), u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2008, l-2009 u l-2010, għandhom jiġu aġġustati l-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq il-ħjar, il-qaqoċċ, il-klementin, il-mandolin u l-larinġ. |
(3) |
Għaldaqstant, jixraq li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XVIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 għandu jinbidel bit-test muri fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Novembru 2011.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
(3) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(4) ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.
ANNESS
“ANNESS XVIII
DAZJI ADDIZZJONALI TAL-IMPORTAZZJONI: IT-TITOLU IV, KAPITOLU I, TAQSIMA 2
Mingħajr ħsara għar-regoli li jiggvernaw l-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti għandha titqies bħala indikattiva biss. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dazji addizzjonali, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif ikunu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Numru tas-serje |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-applikazzjoni |
Livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizjonali (f’tunnellati) |
78.0015 |
0702 00 00 |
Tadam |
Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju |
481 762 |
78.0020 |
Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
44 251 |
||
78.0065 |
0707 00 05 |
Ħjar |
Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru |
92 229 |
78.0075 |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April |
55 270 |
||
78.0085 |
0709 90 80 |
Qaqoċċ |
Mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju |
11 620 |
78.0100 |
0709 90 70 |
Zukkini (qarabagħli żgħir) |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru |
57 955 |
78.0110 |
0805 10 20 |
Larinġ |
Mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju |
292 760 |
78.0120 |
0805 20 10 |
Klementin |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
85 392 |
78.0130 |
0805 20 30 0805 20 50 0805 20 70 0805 20 90 |
Mandolin (inklużi l-varjetajiet tangerines u satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili |
Mill-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar |
99 128 |
78.0155 |
0805 50 10 |
Lumi |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru |
346 366 |
78.0160 |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju |
88 090 |
||
78.0170 |
0806 10 10 |
Għeneb tal-mejda |
Mill-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru |
80 588 |
78.0175 |
0808 10 80 |
Tuffieħ |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu |
700 556 |
78.0180 |
Mill-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru |
65 039 |
||
78.0220 |
0808 20 50 |
Lanġas |
Mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April |
229 646 |
78.0235 |
Mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru |
35 541 |
||
78.0250 |
0809 10 00 |
Berquq |
Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju |
5 794 |
78.0265 |
0809 20 95 |
Ċirasa, għajr iċ-ċirasa qarsa |
Mill-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu |
30 783 |
78.0270 |
0809 30 |
Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
5 613 |
78.0280 |
0809 40 05 |
Għanbaqar |
Mill-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru |
10 293 ” |