This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0682
Commission Implementing Regulation (EU) No 682/2011 of 14 July 2011 on the minimum customs duty to be fixed in response to the first partial invitation to tender within the tendering procedure opened by Implementing Regulation (EU) No 634/2011
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 682/2011 tal- 14 ta’ Lulju 2011 dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 682/2011 tal- 14 ta’ Lulju 2011 dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011
ĠU L 185, 15.7.2011, p. 74–75
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 185/74 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 682/2011
tal-14 ta’ Lulju 2011
dwar id-dazju doganali minimu li għandu jiġi stabbilit bi tweġiba għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti fil-qafas tal-proċeduri tal-offerti miftuħin bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 634/2011 (2) fetaħ sejħa permanenti għall-offerti għas-sena tas-suq 2010/2011 għall-importazzjonijiet taz-zokkor bil-kodiċi NM 1701 b’dazju doganali mnaqqas. |
(2) |
Skont L-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011, fid-dawl tal-offerti riċevuti bi tweġiba għall-istedina parzjali għall-offerta, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li jew tiffissa dazju doganali minimu jew li ma tiffissax dazju doganali minimu għal kodiċi NM bi tmien ċifri. |
(3) |
Abbażi tal-offerti riċevuti għall-ewwel stedina parzjali għall-offerta, għandu jiġi ffissat dazju doganali minimu għall-kodiċijiet kollha bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt in-NM 1701 u ma għandu jiġi ffissat ebda dazju doganali minimu għall-kodiċijiet bi tmien ċifri l-oħra għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM. |
(4) |
Sabiex jingħata sinjal malajr lis-suq u biex tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu tażżmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-ewwel stedina parzjali għall-offerta fil-proċedura tal-offerti li nfetħet permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 634/2011, li għaliha l-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-offerti skada fit-13 ta’ Lulju 2011, ġie ffissat dazju doganali minimu jew ma ġie ffissat l-ebda dazju doganali, kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-kodiċijiet bi tmien ċifri għaz-zokkor li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 1701
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
José Manuel SILVA RODRÍGUEZ
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 170, 30.6.2011, p. 21.
ANNESS
Dazji doganali minimi
(EUR/tunnellata) |
|||||
Il-kodiċi NM bi tmien ċifri |
Dazji doganali minimi |
||||
1 |
2 |
||||
1701 11 10 |
131,11 |
||||
1701 11 90 |
150,00 |
||||
1701 12 10 |
X |
||||
1701 12 90 |
X |
||||
1701 91 00 |
X |
||||
1701 99 10 |
217,00 |
||||
1701 99 90 |
180,00 |
||||
|