EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0504

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 504/2011 tat- 23 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

ĠU L 136, 24.5.2011, p. 45–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2012; Imħassar b' 32012R0036

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/504/oj

24.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/45


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 504/2011

tat-23 ta’ Mejju 2011

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 442/2011 tad-9 ta’ Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 442/2011.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/302/PESK tat-23 ta’ Mejju 2011 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (2),persuni oħra għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011.

(3)

L-informazzjoni rigward ċerti persuni inklużi fil-lista fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament għandha tiġi aġġornata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 442/2011 għandu jiġi sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)  ĠU L 121, 10.5.2011, p. 1.

(2)  Ara paġna 91 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

“ANNESS II

LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4

Persuni

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Bashar Al-Assad

Twieled fil-11/09/1965 f'Damas;

nru tal-passaport diplomatiku D1903

President tar-Repubblika; Ordna u mexxa r-repressjoni kontra l-manifestanti.

23.05.2011

2.

Mahir (magħruf ukoll bħala Maher) Al-Assad

Twieled fit-8 ta' Diċembru 1967;

nru tal-passaport diplomatiku 4138

Kmadant tar-raba' Diviżjoni tal-Armata, membru tal-Baath Party Central Command, strongman tal-Gwardja Repubblikana; ħu l-President Bashar Al-Assad; responsabbiltà prinċali tal-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011

3.

Ali Mamluk (magħruf ukoll bħala Mamlouk)

Twieled fid-19 ta' Frar 1946 f'Damasku;

nru tal-passaport diplomatiku 983

Kap tad-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence Sirjana (GID); involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011

4.

Muhammad Ibrahim Al-Sha’ar (magħruf ukoll bħala Mohammad Ibrahim Al-Chaar)

 

Ministru tal-Intern involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011

5.

Atej (magħruf ukoll bħala Atef, Atif) Najib

 

Qabel kien il-Kap tad-Direttorat tas-Sigurtá Politika f'Deraa; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011

6.

Hafiz Makhluf (magħruf ukoll bħala Hafez Makhlouf)

Twieled fit-2 ta' April 1971 f'Damasku;

nru tal-passaport diplomatiku 2246

Kurunell u Kap ta' Unitá fid-Direttorat Ġenerali tal-Intelligence, il-Fergħa ta' Damasku; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; qrib ta' Mahir Al-Assad; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011

7.

Muhammad Dib Zaytun (magħruf ukoll bħala Mohammed Dib Zeitoun)

Twieled fl-20 ta' Mejju 1951 f'Damas;

passaport diplomatiku D 000, 00 13 00

Kap tad-Direttorat tas-Sigurtá Politika; involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011

8.

Amjad Al-Abbas

 

Kap tas-Sigurtà Politika f'Banyas, involut fil-vjolenza kontra d-dimostranti f'Baida.

23.05.2011

9.

Rami Makhlouf

Twieled fl-10 ta' Lulju 1969 f'Damasku,

nru tal-passaport 454224

Negozjant Sirjan; assoċjat ta' Mahir al-Assad; kuġin tal-President Bashar Al-Assad; jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011

10.

Abd Al-Fatah Qudsiyah

Twieled fl-1953 f'Hama;

passaport diplomatiku D0005788

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana (SMI) involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

11.

Jamil Hassan

 

Kap tal-Intelligence tal-Forza tal-Ajru Sirjana; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

12.

Rustum Ghazali

Twieled fit-3 ta' Mejju 1953 f'Deraa;

passaport diplomatiku D000000887

Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-Fergħa tal-Kampanja ta' Damasku; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

13.

Fawwaz Al-Assad

Twieled fit-18 ta' Ġunju 1962 f'Kerdala;

nru tal-passaport 88238

Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha.

23.05.2011

14.

Munzir Al-Assad

Twieled fl-1 ta' Marzu 1961 f'Lattaquié;

nru tal-passaport 86449 u 842781

Involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili bħala parti mill-milizzja ta' Shabiha.

23.05.2011

15.

Asif Shawkat

Twieled fil-15 ta' Jannar 1950 f'Al-Madehleh, Tartus

Deputat Kap tal-Persunal għas-Sigurtá u r-Reconnaissance; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

16.

Hisham Ikhtiyar

Twieled fl-1941

Kap tal-Uffiċċju tas-Sigurtá Nazzjonali Sirjana; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

17.

Faruq Al Shar'

Twieled fl-10 ta' Diċembru 1938;

Viċi President tas-Sirja; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

18.

Muhammad Nasif Khayrbik

Twieled fl-10 ta' April 1937 (alt. 20 ta' Mejju 1937) f'Hama,

nru tal-passaport diplomatiku 0002250

Assistent Viċi President tas-Sirja għall-Affarijiet tas-Sigurtá Nazzjonali; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

19.

Mohamed Hamcho

Twieled fl-20 ta' Mejju 1966;

nru tal-passaport diplomatiku 002954347

Ħaten Mahir Al-Assad; negozjant u aġent lokali ta' diversi kumpanniji barranin; jiffinanzja r-reġim li jippermetti r-repressjoni kontra d-dimostranti.

23.05.2011

20.

Iyad (magħruf ukoll bħala Eyad) Makhlouf

Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku;

nru tal-passaport N001820740

Ħu Rami Makhlouf u Uffiċjal tal-GID involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

21.

Bassam Al Hassan

 

Konsulent Presidenzjali għall-Affarijiet Strateġiċi; involut fir-repressjoni kontra l-popolazzjoni ċivili.

23.05.2011

22.

Dawud Rajiha

 

Kap tal-Persunal tal-Forzi Armati responsabbli għall-involviment militari fir-repressjoni tad-dimostranti paċifiċi.

23.05.2011

23.

Ihab (magħruf ukoll bħala Ehab, Iehab) Makhlouf

Twieled fil-21 ta' Jannar 1973 f'Damasku;

nru tal-passaport N002848852

Viċi President ta' SyriaTel u jieħu ħsieb il-Kumpannija Amerikana ta' Rami Makhlouf jipprovdi finanzjament lir-reġim biex jippermetti l-vjolenza kontra d-dimostranti.

23.05.2011”


Top