This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0502
Council Implementing Regulation (EU) No 502/2011 of 23 May 2011 implementing Regulation (EU) No 204/2011 concerning restrictive measures in view of the situation in Libya
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 502/2011 tat- 23 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 502/2011 tat- 23 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
ĠU L 136, 24.5.2011, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/01/2016; Impliċitament imħassar minn 32016R0044
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011R0204 | Emenda | anness III | 24/05/2011 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32016R0044 | 20/01/2016 |
24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/24 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 502/2011
tat-23 ta’ Mejju 2011
li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja u f’konformità mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2011/300/PESK tat-23 ta’ Mejju 2011 li timplementa d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (2), persuna oħra u entità oħra għandhom jiġu inklużi mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuna u l-entità elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu inklużi fil-lista mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 204/2011.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(2) Ara paġna 85 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
PERSUNA U ENTITÀ MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
1. |
Kurunell Taher Juwadi |
Ir-raba' fil-linja tal-kmand tal-Gwardja Rivoluzzjonarja |
Membru Ewlieni fil-regim ta' Qadhafi |
23.05.2011 |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
|||||||
1. |
Afriqiyah Airways |
|
Sussidjarja Libjana ta'/li hija l-proprjetá tal-Libyan African Investment Portfolio, entitá li hija proprjetá u taħt il-kontroll tar-regim u indikata mir-regolament tal-UE. |
23.05.2011 |