Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex
Έγγραφο 32011R0075
Commission Regulation (EU) No 75/2011 of 28 January 2011 establishing a prohibition of fishing for blue marlin in the Atlantic Ocean by vessels flying the flag of a Member State of the European Union
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 75/2011 tat- 28 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 75/2011 tat- 28 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
ĠU L 27, 1.2.2011, σ. 9 έως 10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Δεν ισχύει πλέον, Ημερομηνία λήξης ισχύος: 31/12/2010
1.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 75/2011
tat-28 ta’ Jannar 2011
li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 tal-14 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi għall-2010 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-UE, u għal bastimenti tal-UE, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti tal-qbid (2), jistabbilixxi kwoti għall-2010. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2010. |
(3) |
Għalhekk, hija meħtieġa projbizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd għall-2010 allokata lill-Istat Membri msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istati Membri msemmija fl-Anness jew irreġistrati f'dawk l-Istati Membri għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat, ittrasportat, jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2011.
Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) ĠU L 21, 26.01.2010, p. 1.
ANNESS
Nru |
50/T&Q |
|
L-Unjoni Ewropea – l-Istati Membri kollha |
Stokk |
BUM/ATLANT |
Speċi |
Marlin blu (Makaira nigricans) |
Żona |
L-Oċean Atlantiku |
Data |
20.11.2010 |