This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0685
Commission Implementing Decision of 13 October 2011 recognising the fully operational character of the Lithuanian database for bovine animals (notified under document C(2011) 7164)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Ottubru 2011 li tirrikonoxxi l-karattru operattiv kompletament tad-dejtabejż Litwana dwar l-annimali bovini (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7164)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Ottubru 2011 li tirrikonoxxi l-karattru operattiv kompletament tad-dejtabejż Litwana dwar l-annimali bovini (notifikata bid-dokument numru C(2011) 7164)
ĠU L 269, 14.10.2011, p. 36–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
14.10.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/36 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Ottubru 2011
li tirrikonoxxi l-karattru operattiv kompletament tad-dejtabejż Litwana dwar l-annimali bovini
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 7164)
(It-test Litwan biss huwa awtentiku)
(2011/685/UE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat r-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali tal-frat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u ta’ prodotti mil-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (1), b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu.
Billi:
(1) |
L-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (“ir-Regolament”) jistipula li annimal bovin għandu jiġi identifikat u jinħariġlu passaport li jakkumpanjah meta jinġarr imkien ieħor. |
(2) |
L-Artikolu 6(3) tar-Regolament jistipula li l-Istati Membri, li għandhom dejtabejż kompjuterizzata li l-Kummissjoni tqis li hija operattiva kompletament, jistgħu jistabbilixxu li passaport irid jinħareġ biss għal annimali intiżi għall-kummerċ fl-Unjoni stess u li dawk l-annimali għandhom ikunu akkumpanjati mill-passaporti tagħhom biss meta jiġu ttrasportati minn territorju tal-Istat Membru kkonċernat għal territorju ta’ Stat Membru ieħor. |
(3) |
Il-Litwanja ressqet talba lill-Kummissjoni biex din tirrikonoxxi l-karattru operattiv tad-dejtabejż tagħha dwar il-bovini. Din id-dejtabejż tifforma l-bażi tas-sistema Litwana għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini. |
(4) |
Il-Litwanja ressqet l-informazzjoni meħtieġa li b’mod partikolari tikkonferma li d-dejtabejż tagħha dwar il-bovini hija kompatibbli mal-Artikolu 5 tar-Regolament, u dan minħabba li: (i) l-iskadenzi fin-notifikazzjoni tal-inċidenti huma enfasizzati fid-dejtabejż u għaldaqstant huma rispettati l-iskadenzi għan-notifikazzjonijiet taċ-ċaqliq tal-annimali bovini stabbiliti fir-Regolament, (ii) li l-passaporti tal-annimali ttrasportati ’l barra mil-Litwanja għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti mal-wasla, (iii) hemm interfaċċja bejn id-dejtabejż nazzjonali dwar il-bovini u d-dejtabejż dwar l-Iskema tal-Ħlas tal-Agrikoltura kif ukoll mas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni Veterinarja nazzjonali biex tiffaċilita l-kontrolli ta’ rikonċiljazzjoni u l-iskambju ta’ dejta utli u (iv) hemm linji gwida msaħħa b’mod li t-tikketti ta’ mal-widna jinħarġu u jitqassmu b’mod tajjeb u li din l-informazzjoni tkun disponibbli għad-dejtabejż. |
(5) |
Il-Kummissjoni eżaminat din l-informazzjoni u tqisha adegwata biex ikun rikonoxxut il-karattru operattiv tad-dejtabejż. |
(6) |
Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, huwa f’loku li d-dejtabejż Litwana dwar l-annimali bovini tkun rikonoxxuta li hi operattiva kompletament mill-1 ta’ Lulju 2011, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-dejtabejż Litwana dwar l-annimali bovini hija rikonoxxuta bħala operattiva kompletament mill-1 ta’ Lulju 2011.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Ottubru 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.