This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011D0545
2011/545/EU: Commission Implementing Decision of 16 September 2011 concerning the application of the control and movement provisions of Council Directive 2008/118/EC to products falling within CN code 3811 , in accordance with Article 20(2) of Council Directive 2003/96/EC (notified under document C(2011) 6423)
2011/545/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Settembru 2011 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll u l-moviment li jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward ta’ prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi 3811 tan-NM, f’konformità mal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6423)
2011/545/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Settembru 2011 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll u l-moviment li jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward ta’ prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi 3811 tan-NM, f’konformità mal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (notifikata bid-dokument numru C(2011) 6423)
ĠU L 241, 17.9.2011, p. 33–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 22/04/2012; Imħassar b' 32012D0209
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repealed by | 32012D0209 |
|
17.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 241/33 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta’ Settembru 2011
dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll u l-moviment li jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE fir-rigward ta’ prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi 3811 tan-NM, f’konformità mal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 6423)
(2011/545/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità għat-tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi nnotifikaw lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2003/96/KE, dwar il-fatt li jekk ma jiġux applikati d-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll u l-moviment, li jinsabu fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li tħassar id-Direttiva 92/12/KEE (2), għal additivi li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 3811 tan-Nomenklatura Magħquda, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2031/2001 tas-6 ta’ Awwissu 2001, li huma soġġetti għal tassazzjoni f’konformità mad-Direttiva 2003/96/KE, u ssir emenda tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (3), jista’ jinħoloq lok għal evażjoni, evitar jew abbuż tat-taxxa. Għalhekk l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi talbu biex jiżdied il-kodiċi NM 3811 għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll u l-moviment li jinsabu fid-Direttiva 2008/118/KE. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni trażmettiet it-talba tal-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi lill-Istati Membri l-oħra. |
|
(3) |
Meta jitqies ir-riskju ta’ evażjoni, evitar jew abbuż tat-taxxa li huma jirrappreżentaw, il-prodotti taħt il-kodiċi NM 3811 għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll u l-moviment li jinsabu fid-Direttiva 2008/118/KE. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont il-fehma tal-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
F’konformità mal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2003/96/KE, prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM 3811 għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll u l-moviment li jinsabu fid-Direttiva 2008/118/KE.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Settembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Algirdas ŠEMETA
Membru tal-Kummissjoni