Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0507

2011/507/UE: Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas- 16 ta’ Awwissu 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/382/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Ungerija (notifikata bid-dokument numru C(2011) 5746)

ĠU L 209, 17.8.2011, pp. 49–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2011/507/oj

17.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 209/49


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Awwissu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2005/382/KE li tawtorizza metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Ungerija

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 5746)

(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(2011/507/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 43(m), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/382/KE (2), ġie awtorizzat l-użu ta’ erba’ metodi għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fl-Ungerija.

(2)

L-Ungerija ddikjarat li mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2005/382/KE l-formola u l-metodi ta’ klassifikazzjoni evolvew b’mod konsiderevoli. Għalhekk hemm bżonn li tiġi aġġornata l-formola ta’ wieħed mill-metodi, sabiex jissotitwixxi t-tliet metodi l-oħra, li jiżdied metodu ġdid, u li jiġu ssimplifikati l-metodi ta’ klassifikazzjoni permezz tal-użu ta’ punt ta’ kejl wieħed biss minflok iż-żewġ punti ta’ kejl attwali.

(3)

L-Ungerija talbet lill-Kummissjoni tawtorizza s-sostituzzjoni tal-formula użata fil-metodi ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali “FAT-O-MEATER FOM S70 U FAT-O-MEATER FOM S71”, kif ukoll biex tawtorizza erba’ metodi ġodda għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali fit-territorju tagħha u ppreżentat deskrizzjoni dettaljata tal-prova tad-dissezzjoni, li tindika l-prinċipji li fuqhom huma bbażati dawk il-metodi, ir-riżultati tal-prova tad-dissezzjoni tagħha u l-ekwazzjonijiet użati għall-valutazzjoni tal-perċentwal tal-laħam dgħif fil-protokoll ipprovdut fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rappurtar tal-prezzjijiet tagħhom (3).

(4)

Eżami ta’ dik it-talba żvela li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni huma ssodisfati. Għalhekk dawk il-metodi ta’ klassifikazzjoni għandhom jiġu awtorizzati fl-Ungerija.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2005/382/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Il-modifiki tal-apparat jew tal-metodi ta’ klassifikazzjoni m’għandhomx ikunu permessi, sakemm dawn ma jkunux awtorizzati b’mod espliċitu permezz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/382/KE għandha tiġi emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

L-użu tal-metodi li ġejjin huwa awtorizzat għall-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali skont il-punt 1 tat-Taqsima B.IV tal-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*1) fl-Ungerija:

(a)

l-apparati “Fat-O-Meater FOM S70” u “Fat-O-Meater FOM S71” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta magħhom, li d-dettalji tagħhom jinsabu fil-Parti I tal-Anness;

(b)

l-apparat “Ultra FOM 300” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tiegħu jinsabu fil-Parti II tal-Anness;

(c)

l-apparat “OptiScan-TP” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tiegħu jinsabu fil-Parti III tal-Anness;

(d)

l-apparat “IM-03” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tiegħu jinsabu fil-Parti IV tal-Anness;

(e)

l-apparat “OptiGrade-MCP” u l-metodi ta’ valutazzjoni marbuta miegħu, li d-dettalji tiegħu jinsabu fil-Parti V tal-Anness.

Fir-rigward tal-apparat imsejjaħ “Ultra FOM 300”, imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, wara li titlesta l-proċedura tal-kejl, irid ikun jista’ jiġi vverifikat fuq il-karkassa li l-apparat kejjel il-valuri tal-kejl BF u LD fil-post pprovdut fil-punt 3 tal-Parti II tal-Anness. L-immarkar korrispondenti tal-post tal-kejl irid isir fl-istess waqt li ssir il-proċedura tal-kejl.

(*1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.” "

2.

L-Anness jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-2 ta’ Lulju 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Ungerija.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)   ĠU L 126, 19.5.2005, p. 55.

(3)   ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3.


ANNESS

“ANNESS

METODI GĦALL-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KARKASSI TAL-MAJJALI FL-UNGERIJA

Parti I

FAT-O-MEATER FOM S70 U FAT-O-MEATER FOM S71

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparati magħrufa bħala ‘Fat-O-Meater FOM S70’ u ‘Fat-O-Meater S71’ .

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi prob (probe) li għandha dijametru ta’ 6 millimetri (mm) li fiha sonda optikali tat-tip Fremstillet AF Radiometer Copenhagen/Slagteriernes Forskningsinstitut Optisk Sonde MQ u li għandha distanza operattiva ta’ bejn 5 u 105 mm. Ir-riżultati tal-kejl jiġu konvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz ta’ tip tal-kompjuter S70 u S71 rispettivament.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassa għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 63,78987 – 0,77968 × BF + 0,10715 × LD

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

BF

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 6 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tieni u t-tielet kustilja tal-aħħar,

LD

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal BF.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramm.

Parti II

ULTRA FOM 300

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘Ultra FOM 300’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi prob ultrasonika b’serje (array) ta’ transdjuser li jitfa mewġ ultrasoniku ta’ 3,5 MHz. Is-sinjal ultrasoniku huwa diġitizzat, maħżun u pproċessat permezz ta’ mikroproċessur. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-apparat Ultra FOM 300 nnifsu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 69,38252 – 0,79120 × BF + 0,00994 × LD

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

BF

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 7 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tieni u t-tielet kustilja tal-aħħar,

LD

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal BF.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramm.

Parti III

OPTISCAN TP

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘OptiScan TP’.

2.

L-apparat Optiscan-TP għandhu jkun mgħammar b’apparat tal-immaġni (imager) diġitali li jieħu ritratt illuminat taż-żewġ punti tal-kejl fuq il-karkassa. L-immaġnijiet huma l-bażi għall-kalkolu tal-ħxuna tax-xaħam u tal-muskolu skont il-metodu taż-żewġ punti ‘Zwei-Punkte Messverfahren (ZP)’.

Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-apparat Optiscan-TP nnifsu. Ir-ritratti jinħażnu u mbagħad aktar tard jistgħu jiġu kontrollati. L-interfaċċa Bluetooth® integrata tippermetti t-trasferiment faċli tad-dejta.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 58,31147 – 0,62677 × BF + 0,14664 × LD

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

BF

=

il-ħxuna minima tax-xaħam (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri fuq il-M.gluteus medius,

LD

=

il-ħxuna minima tal-muskolu f’millimetri bejn l-estremità anterjuri tal-M. gluteus medius u l-parti dorsali tal-kanal tal-medulla.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramm.

Parti IV

IM-03

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘IM-03’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi prob ottiku forma ta’ labra (single line scanner SLS01) b’dijametru ta’ 7 millimetri mas-sikkina. Il-prob fih il-linja ta’ sensuri li jagħmlu kuntatt mal-imaġni (CIS-contact image sensors) u dajowdi li jagħtu dawl aħdar. Id-distanza operattiva hija bejn 0 u 132 millimetru. Ir-riżultati tal-kejl għandhom ikunu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz tal-apparat IM-03 nnifsu.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 59,63994 – 0,63951 × BF + 0,12083 × LD

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

BF

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 6 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tieni u t-tielet kustilja tal-aħħar,

LD

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal BF.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramm.

Parti V

OPTIGRADE-MCP

1.

Ir-regoli stipulati f’din il-Parti għandhom japplikaw meta l-klassifikazzjoni tal-karkassi tal-majjali ssir permezz tal-apparat magħruf bħala ‘OptiGrade-MCP’.

2.

L-apparat għandu jkun mgħammar bi prob ottika b’dijametru ta’ 6 mm, fotodajowd infrared (Siemens) wieħed u fototranżister (Siemens). Id-distanza operattiva għandha tkun bejn 0 u 110 millimetru.

Ir-riżultati tal-kejl jiġu kkonvertiti f’kontenut ta’ laħam dgħif stmat permezz ta’ kompjuter.

3.

Il-kontenut tal-laħam dgħif tal-karkassi għandu jiġi kkalkulat skont il-formola li ġejja:

Ŷ = 61,45261 – 0,62941 × BF + 0,11736 × LD

fejn:

Ŷ

=

il-perċentwal tal-laħam dgħif stmat fil-karkassa,

BF

=

il-ħxuna tax-xaħam tad-dahar (bil-ġilda ta’ barra) f’millimetri, imkejla 6 ċentimetri ’l bogħod mil-linja tan-nofs tal-karkassa maqsuma, bejn it-tieni u t-tielet kustilja tal-aħħar,

LD

=

il-ħxuna tal-muskolu dorsali f’millimetri, imkejla fl-istess ħin u fl-istess post bħal BF.

Din il-formola għandha tkun valida għall-karkassi li jiżnu bejn 50 u 120 kilogramm.”


Top