This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0389
Commission Regulation (EU) No 389/2010 of 6 May 2010 amending Regulation (EC) No 2104/2004, as regards the management of fishing fleets in certain French outermost regions
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2010 tas- 6 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 fir-rigward tal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd f’ċerti reġjuni mill-aktar imbiegħda ta’ Franza
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2010 tas- 6 ta’ Mejju 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 fir-rigward tal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd f’ċerti reġjuni mill-aktar imbiegħda ta’ Franza
ĠU L 114, 7.5.2010, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004R2104 | Emenda | anness | 12/05/2010 |
7.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 389/2010
tas-6 ta’ Mejju 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 fir-rigward tal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd f’ċerti reġjuni mill-aktar imbiegħda ta’ Franza
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi [ir-reġjuni l-aktar imbiegħda] tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 1(2) u 4(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2104/2004 (2) jistipula regoli ddettaljati ta’ implimentazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 li għandu x’jaqsam mal-immaniġġjar tal-flotot tas-sajd reġistrati lir-reġjuni ultraperiferali [ir-reġjuni l-aktar imbiegħda]. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1274/2007 (3) rreveda l-livelli ta’ referenza għall-flotot fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, stipulati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2104/2004, wara d-dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u l-Kummissjoni fil-Kunsill tas-Sajd tas-27 ta’ Lulju 2006 (4). |
(3) |
Fil-każ ta’ ċerti taqsimiet tal-flotta tad-Dipartimenti Franċiżi l-aktar imbiegħda, ir-Regolament (KE) Nru 1274/2007 fittex ir-regolarizzazzjoni ta’ għadd importanti ta’ bastimenti li wettqu attivitajiet tas-sajd qabel il-31 ta’ Diċembru 2006, u li kienu attivi mingħajr ma kienu ddaħħlu fir-Reġistru tal-Flotot tal-UE. Din ir-regolarizzazzjoni tqieset bħala estensjoni tal-pjanijiet ta’ żvilupp li kienu tressqu għar-reġjunijiet ikkonċernati l-aktar imbiegħda. |
(4) |
Inventarju aktar riċenti u aktar sħiħ tal-flotot fuq skala żgħira li joperaw fl-iktar żoni mbiegħda tat-territorji Franċiżi l-aktar imbiegħda tal-Gujana u Martinique, imfassal mill-awtoritajiet Franċiżi, wera li fi żmien ir-reviżjoni msemmija hawn fuq tal-livelli ta’ referenza, l-għadd ta’ bastimenti li jeħtieġu r-regolarizzazzjoni ġie sottovalutat. Franza talbet li ssir regolarizzazzjoni ġdida għall-bastimenti li ma tqisux bħala parti mill-pjanijiet ta’ żvilupp imressqa fl-2007 għall-Gujana u Martinique. |
(5) |
It-taqsimiet tal-flotta kkonċernati mit-talba għal żieda fil-livell ta’ referenza jiffukaw l-attivitajiet tagħhom fuq ir-riżorsi tal-ħut max-xatt, li skont l-aktar tagħrif xjentifiku riċenti, ma jurux problemi ta’ konservazzjoni. |
(6) |
Għaldaqstant, bħala kontribut għall-iżvilupp sostenibbli tas-settur tas-sajd fl-iktar reġjuni mbiegħda, jaqbel li jitqies il-bżonn ta’ regolarizzazzjoni tal-bastimenti kkonċernati fil-qafas tal-pjanijiet ta’ żvilupp ikkonċernati, u li jiżdiedu l-livelli ta’ referenza korrispondenti sabiex dawk il-bastimenti jkunu jistgħu jiddaħħlu fir-Reġistru tal-Flotot tal-UE. |
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2104/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2014/2004 għandu jiġi emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 365, 10.12.2004, p. 19.
(3) ĠU L 284, 30.10.2007, p. 6.
(4) Id-Dokument tal-Kunsill Nru 11823/06 ADD 1, l-20 ta’ Lulju 2006.
ANNESS
Fit-Taqsima “Franza” tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2104/2004, l-entrati li jikkonċernaw it-taqsima tal-flotta “Il-Gujana Franċiża. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m” u t-taqsima tal-flotta “Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m” jinbidlu b’li ġej:
Franza |
|||
Taqsima tal-flotta |
Kodiċi tat-taqsima |
GT |
kW |
“Il-Gujana Franċiża. Speċijiet demersali u pelaġiċi. Tul < 12 m |
4FF |
903 |
11 644 ” |
“Martinique. Speċijiet pelaġiċi. Tul ≥ 12 m |
4FK |
1 046 |
3 294 ” |