EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010L0077

Direttiva tal-Kummissjoni 2010/77/UE tal- 10 ta’ Novembru 2010 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KE fir-rigward tad-dati ta' skadenza għall-inklużjoni fl-Anness I ta' ċerti sustanzi attivi Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 293, 11.11.2010, p. 48–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011; Impliċitament imħassar minn 32009R1107

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2010/77/oj

11.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 293/48


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/77/UE

tal-10 ta’ Novembru 2010

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KE fir-rigward tad-dati ta' skadenza għall-inklużjoni fl-Anness I ta' ċerti sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

L-inklużjonijiet fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi elenkati fl-Anness ta' din id-Direttiva jiskadu bejn il-31 ta' Mejju 2011 u l-31 ta' Diċembru 2012.

(2)

L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta' sustanza attiva tista' tiġġedded, wara talba, kemm-il darba ssir applikazzjoni mhux aktar tard minn sentejn qabel ma jkun wasal biex jiskadi l-perjodu ta' inklużjoni. Il-Kummissjoni rċeviet talbiet dwar it-tiġdid tal-inklużjonijiet għas-sustanzi kollha msemmija fil-premessa 1.

(3)

Se jkunu meħtieġa regoli ddettaljati dwar is-sottomissjoni u l-valutazzjoni ta' aktar tagħrif meħtieġa għat-tiġdid tal-inklużjoni fl-Anness I. Għaldaqstant, huwa ġustifikabbli li tiġġedded l-inklużjoni tas-sustanzi attivi msemmija fil-premessa 1 għal perjodu meħtieġ sabiex l-applikanti jkun jistgħu jħejju l-applikazzjonijiet tagħhom u sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta u tiddeċiedi dwar dawn l-applikazzjonijiet.

(4)

Huwa għaldaqstant xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skont dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' April 2011.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-ringiela 7 għandha tinbidel b'dan li ġej:

Nru

Isem Komuni,Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem skont l-IUPAC

Purità (*)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“7

Metsulfuron metil

Nru tal-CAS74223-64-6

Nru tal-KEE 441

2-(4-metossi-6-metil-1,3,5,-triazin-2-ilkarbamojlsulfamojl) benżoat tal-metil

960  g/kg

l-1 ta' Lulju 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom skont il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal ħarsien tal-ilma tal-blat;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt fuq l-organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn jixraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: is-16 ta' Ġunju 2000.”

(2)

Ir-ringieli minn 9 sa 28 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

Nru

Isem Komuni,Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem skont l-IUPAC

Purità (**)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“9

Triasulfuron

Nru tal-CAS82097-50-5

Nru ta' CIPAC 480

1-[2-(2-kloroetossi)fenilsolfonil] - 3 - (4-metossi-6-metil-1,3,5-triazin-2-il)urea

940  g/kg

l-1 ta' Awwissu 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom skont il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal ħarsien tal-ilma tal-blat;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt fuq l-organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn jixraq, miżuri għat-tnaqqis tar-riskju.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: it-13 ta' Lulju 2000.

10

Esfenvalerat

Nru tal-CAS66230-04-4

Nru ta' CIPAC 481

(S)-a-Ċjanu-3-fenossibenżil-(S)-2-(4-klorofenil)-3- metilbutirat

830  g/kg

l-1 ta' Awwissu 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

Jista' jiġi awtorizzat biss l-użu bħala insettiċida.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom skont il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt fuq l-organiżmi akkwatiċi u artropodi mhux fil-mira u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri tat-taffija tar-riskju.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: it-13 ta' Lulju 2000.

11

Bentażon

Nru tal-CAS25057-89-0

Nru ta' CIPAC 366

3-isopropil-(1H)-2,1,3-benżotijadijażin-4-(3H)-on-2,2-diossidu

960  g/kg

l-1 ta' Awwissu 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom skont il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-ilma tal-blat.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: it-13 ta' Lulju 2000.

12

Lambda-ċijalotrin

Nru tal-CAS91465-08-6

Nru ta' CIPAC 463

A 1:1 taħlita ta’:

 

(S)-a-ċjanu-3-fenossibenżil (Z)-(1R,3R)-3-(2-kloro-3,3,3-trifluworupropenil)-2,2-dimetilċiklupropanekarbossilat,

kif ukoll

 

(R)-a-ċjanu-3-fenossibenżil (Z)-(1S,3S)-3-(2-kloro-3,3,3-trifluworopropenil)-2,2-dimetilċiklopropanekarbossilat

810  g/kg

l-1 ta' Jannar 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

Jista' jiġi awtorizzat biss l-użu bħala insettiċida.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom skont il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għas-sikurezza tal-operatur;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt potenzjali fuq l-organiżmi akkwatiċi u artropodi mhux fil-mira u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri tat-taffija tar-riskju;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għar-residwi fl-ikel u speċjalment l-effetti akuti tagħhom.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: id-19 ta' Ottubru 2000.

13

Feneżamid

Nru tal-CAS126833-17-8

Nru ta' CIPAC 603

N-(2,3-dikloru-4-idrossifenil)-1- metilċikloeżanekarbossammid

≥ 950 g/kg

l-1 ta' Ġunju 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala funġiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Fit-teħid tad-deċiżjoni tagħhom skont il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt potenzjali fuq l-organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn jixraq, miżuri tat-taffija tar-riskju.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: id-19 ta' Ottubru 2000.

14

Amitrolu

Nru tal-CAS61-82-5

Nru ta' CIPAC 90

H-[1,2,4]-triażolu-3-ilammina

900  g/kg

l-1 ta' Jannar 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-amitrolu, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-12 ta’ Diċembru 2000 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-operaturi;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal ħarsien tal-ilma tal-blat f'żoni vulnerabbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu mhux għall-uċuħ tal-art;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-artropodi benefiċi;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-protezzjoni tal-għasafar u l-mammiferi salvaġġi.

L-użu tal-amitrolu matul l-istaġun tat-tgħammir jista' biss jiġi awtorizzat meta valutazzjoni xierqa tar-riskju tkun ippruvat li ma hemm ebda impatt mhux aċċettabbli u meta l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri tat-taffija tar-riskju.

15

Dikwat

Nru tal-CAS2764-72-9 (jone), 85-00-7 (dibromur)

Nru ta' CIPAC 55

9,10-diidro-8a,10a-jone ta' diażonjafenantren (dibromur)

950  g/kg

l-1 ta' Jannar 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

Abbażi tat-tagħrif attwalment disponibbli, l-użu biss bħala erbiċida għall-art u dessikant jista' jiġi awtorizzat. L-użu għall-kontroll tal-ħaxix ħażin akkwatiku ma għandux jiġi awtorizzat

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar id-dikwat, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-12 ta’ Diċembru 2000 għandhom jiġu kkunsidrati F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt potenzjali fuq l-organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn jixraq, miżuri tat-taffija tar-riskju.

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għas-sikurezza tal-operatur fir-rigward tal-użu mhux professjonali u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn jixraq, miżuri tat-taffija tar-riskju.

16

Piridat

Nru tal-CAS55512-33.9

Nru ta' CIPAC 447

6-kloro-3-fenilpiridażin-4-il S-oktil tijokarbonat

900  g/kg

l-1 ta' Jannar 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-Piridat, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-12 ta’ Diċembru 2000 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal ħarsien tal-ilma tal-blat;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt potenzjali fuq l-organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn jixraq, miżuri tat-taffija tar-riskju.

17

Tijabendażol

Nru tal-CAS148-79-8

Nru ta' CIPAC 323

2-Tijażol-4-il-1H-benżimidażol

985  g/kg

l-1 ta' Jannar 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala funġiċida biss jista' jiġi awtorizzat. Applikazzjonijiet ta' bexx ta' weraq ma għandhomx jiġu awtorizzati.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-tijabendażol, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-12 ta’ Diċembru 2000 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-organiżmi akkwatiċi u li jgħixu fil-ħama u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni jinkludu, fejn jixraq, miżuri tat-taffija tar-riskju.

Miżuri xierqa tat-taffija tar-riskju (p.eż. depurazzjoni bil-ħamrija dijatoma jew karbonju attivat) għandhom jiġu implimentati biex jitħarsu l-ilmijiet tal-wiċċ minn livelli mhux aċċettabbli ta' tniġġis permezz tal-ilma tar-rimi.

18

Paecilomyces fumosoroseus Apopka razza 97, PFR 97 jew CG 170, ATCC20874

Mhux applikabbli

l-assenza ta' metaboliti sekondarji għandha tiġi kkontrollata f'kull soluzzjoni ta' fermentazzjoni mill-HPLC.

l-1 ta' Lulju 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala insettiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Kull soluzzjoni ta' fermentazzjoni għandha tiġi kkontrollata mill-HPLC biex jiġi żgurat li ma hemmx metaboliti sekondarji.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: is-27 ta' April 2001.

19

DPX KE 459 (flupirsulfuron-metil)

Nru tal-CAS144740-54-5

Nru ta' CIPAC) 577

2-(4,6-dimetossipirimidin-2-ilkarbamoilsulfamoil)-6-triflurometilnikotinat melħ monosodju

903  g/kg

l-1 ta' Lulju 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

Fit-teħid tad-deċiżjoni skont il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-ilma tal-blat.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: is-27 ta' April 2001.

20

Aċibenzolar-s-metil

Nru tal-CAS135158-54-2

Nru ta' CIPAC 597

benżo[1,2,3]tijadiażol-7-aċidu karbotijoiku S-metil esteru

970  g/kg

l-1 ta' Novembru 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala attivatur tal-pjanti biss jista' jiġi awtorizzat.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: id-29 ta' Ġunju 2001

21

Ċiklanilidu

Nru tal-CAS113136-77-9

Nru ta' CIPAC 586

Mhux disponibbli

960  g/kg

l-1 ta' Novembru 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu biss bħala regolatur tal-iżvilupp tal-pjanti jista' jiġi awtorizzat.

Il-kontenut massimu tal-impurità 2,4-dikloroanilina (2,4-DCA) fis-sustanza attiva kif mmanifatturata għandu jkun ta' 1 g/kg.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: id-29 ta' Ġunju 2001.

22

Fosfat ferriku

Nru tal-CAS10045-86-0

Nru ta' CIPAC 629

Fosfat ferriku

990  g/kg

l-1 ta' Novembru 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala molluskiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: id-29 ta' Ġunju 2001.

23

Pimetrożina

Nru tal-CAS123312-89-0

Nru ta' CIPAC 593

(E)-6-metil-4-[(piridin-3-ilmetilena)amino]-4,5-di-idro-2H-[1,2,4]-triażin-3 on

950  g/kg

l-1 ta' Novembru 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala insettiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Fit-teħid tad-deċiżjoni skont il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-organiżmi akkwatiċi.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: id-29 ta' Ġunju 2001.

24

Piraflufen-etil

Nru tal-CAS129630-19-9

Nru ta' CIPAC 605

Etil 2-kloro-5-(4-kloro-5-difluworometossi-1-metilpirażol-3-il)-4-fluworofenossiaċitat

956  g/kg

l-1 ta' Novembru 2001

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

Fit-teħid tad-deċiżjoni skont il-Prinċipji Uniformi l-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-alge u l-pjanti akkwatiċi u għandhom japplikaw, fejn jixraq, miżuri tat-taffija tar-riskju.

Id-data tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti li fiha ġie finalizzat ir-rapport ta’ reviżjoni: id-29 ta' Ġunju 2001.

25

Glifosat

Nru tal-CAS1071-83-6

Nru ta' CIPAC 284

N-(fosfonometil)-gliċin

950  g/kg

l-1 ta' Lulju 2002

il-31 ta’ Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-glifosat, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-29 ta’ Ġunju 2001 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal ħarsien tal-ilma tal-blat f'żoni vulnerabbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu mhux għall-uċuħ tal-art.

26

Tifensulfuron-metil

Nru tal-CAS79277-27-3

Nru ta' CIPAC 452

Metil 3-(4-metossi-6-metil-1,3,5-triażin-2-ilkarbamoil-sulfamoil)tiofen-2-karbossilat

960  g/kg

l-1 ta' Lulju 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar it-tifensulfuron-metil, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-29 ta’ Ġunju 2001 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għal ħarsien tal-ilma tal-blat;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-impatt fuq il-pjanti akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn jixraq, miżuri tat-taffija tar-riskju.

27

2,4-D

Nru tal-CAS94-75-7

Nru ta' CIPAC 1

(2,4-diklorofenossi) aċidu aċetiku

960  g/kg

l-1 ta' Ottobru 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar 2,4-D, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-2 ta’ Ottubru 2001 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-ilma tal-blat, meta s-sustanza attiva tkun applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-assorbiment dermiku;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-artropodi mhux fil-mira u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, miżuri tat-taffija tar-riskju.

28

Isoproturon

Nru tal-CAS34123-59-6

Nru ta' CIPAC 336

3-(4-isopropilfenil)-1,1-dimetilurea

970  g/kg

l-1 ta' Jannar 2003

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-isoproturon, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-7 ta’ Diċembru 2001 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-ilma tal-blat, meta s-sustanza attiva tkun applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli jew b'rati ta' użu ogħla minn dawk deskritti fir-rapport ta' reviżjoni u għandhom japplikaw miżuri tat-taffija tar-riskju, fejn xieraq;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn jixraq, miżuri tat-taffija tar-riskju.”

(3)

Ir-ringieli minn 30 sa 39 għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

Nru

Isem Komuni,Numri ta’ Identifikazzjoni

Isem skont l-IUPAC

Purità (***)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“30

Iprovalikarb

Nru tal-CAS140923-17-7

Nru ta' CIPAC 620

{2-Metil-1-[1-(4-metilfenil)etilkarbonil]propil}- aċidu karbamiku isopropilesteru

950  g/kg

(speċifikazzjoni provviżorja)

l-1 ta' Lulju 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala funġiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-ipovalikarb, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Frar 2002 għandhom jiġu kkunsidrati. F'din il-valutazzjoni globali

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment għandha tkun ikkonfermata u appoġġjata b’dejta analitika xierqa. Il-materjal tat-test użat fil-fajl tat-tossiċità għandu jiġi mqabbel u vverifikat ma’ din l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku;

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-operaturi.

31

Prosulfuron

Nru tal-CAS94125-34-5

Nru CIPAC 579

1-(4-metossi-6-metil-1,3,5-triażin-2-il)-3-[2-(3,3,3-trifluworopropil)-fenilsulfonil]-urea

950  g/kg

l-1 ta' Lulju 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-prosulfron, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta’ Frar 2002 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom iqisu sewwa r-riskju għall-pjanti akkwatiċi jekk is-sustanza attiva tiġi applikata qrib l-ilmijiet tal-wiċċ. Il-miżuri tat-taffija tar-riskju għandhom jiġu applikati fejn xieraq;

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-ilma ta' taħt l-art, meta s-sustanza attiva tkun applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli. Il-miżuri tat-taffija tar-riskju għandhom jiġu applikati fejn xieraq.

32

Sulfosulfuron

Nru tal-CAS141776-32-1

Nru ta' CIPAC 601

1-(4,6-dimetossipirimidin-2-yl)-3-[(2-etansulfonil-imidażo[1,2-a]piridin) sulfonil]urea

980  g/kg

l-1 ta' Lulju 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar is-sulfosulfuron, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fis-26 ta' Frar 2002 għandhom jiġu kkunsidrati. F'din l-evalwazzjoni globali

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-organiżmi akkwatiċi u l-alge. Il-miżuri tat-taffija tar-riskju għandhom jiġu applikati fejn xieraq;

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-ilma tal-blat, meta s-sustanza attiva tkun applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli.

33

Ċinidon-etil

Nru tal-CAS142891-20-1

Nru CIPAC 598

(Z)-ethil 2-kloro-3-[2-kloro-5-(ċikloess-1-en-1,2-dikarbossimido)fenil]akrilat

940  g/kg

l-1 ta' Ottubru 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar iċ-ċinidon-etil, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-19 ta’ April 2002 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għat-tniġġis tal-ilma tal-blat, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'ħamrija (p.eż. ħamrija b'valuri newtrali jew għolja tal-pH) u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli.

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-organiżmi akkwatiċi.

Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jridu jinkludu miżuri tat-taffija tar-riskju, fejn xieraq.

34

Ċijalofop butil

Nru tal-CAS122008-85-9

Nru ta' CIPAC 596

Butil-(R)-2-[4(4-ċijano-2-fluworofenossi) fenossi]propjonat

950  g/kg

l-1 ta' Ottubru 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar iċ-ċijalofop butil, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-19 ta’ April 2002 għandhom jiġu kkunsidrati. F'din l-evalwazzjoni globali

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw bir-reqqa l-impatt potenzjali tal-applikazzjonijiet mill-ajru fuq l-organiżmi mhux fil-mira u b'mod partikolari l-ispeċji akkwatiċi. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu restrizzjonijiet jew miżuri tat-taffija tar-riskju, fejn meħtieġ.

L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw bir-reqqa l-impatt potenzjali tal-applikazzjonijiet fuq l-art fuq l-organiżmi akkwatiċi fi ħdan l-għelieqi tar-ross. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jridu jinkludu miżuri tat-taffija tar-riskju, fejn xieraq.

35

Famossadon

Nru tal-CAS131807-57-3

Nru ta' CIPAC 594

3-anilino-5-metil-5-(4-fenossifenil)-1,3-ossażolidin-2,4-dijon

960  g/kg

l-1 ta' Ottubru 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala funġiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-famossadon, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-19 ta’ April 2002 għandhom jiġu kkunsidrati. F'din il-valutazzjoni globali

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għar-riskji kroniċi potenzjali tas-sustanza jew il-metaboliti ġenituri għad-dud tal-art;

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-organiżmi akkwatiċi u għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jinkludu, fejn xieraq, il-miżuri tat-taffija tar-riskju;

L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-operaturi.

36

Florasulam

Nru tal-CAS145701-23-1

Numru ta' CIPAC 616

2', 6', 8-Trifluworo-5-metossi-[1,2,4]-triażol [1,5-c] pirimidina-2-sulfonanilid

970  g/kg

l-1 ta' Ottubru 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta’ l-Anness VI, l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-florasulam, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-19 ta’ April 2002 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għat-tniġġis potenzjali tal-ilma tal-blat, meta s-sustanza attiva tiġi applikata f'reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni jridu jinkludu miżuri tat-taffija tar-riskju, fejn xieraq.

37

Metalassil-M

Nru tal-CAS70630-17-0

Nru ta' CIPAC 580

Metil (R)-2-{[(2,6-dimetilfenil)metossiaċetil] amino} propjonat

910  g/kg

l-1 ta' Ottubru 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala funġiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-Metalassil-M, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-19 ta’ April 2002 għandhom jiġu kkunsidrati. F'din il-valutazzjoni globali

għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tniġġis potenzjali tal-ilma tal-blat mis-sustanza attiva jew il-prodotti tad-degradazzjoni tagħha CGA 62826, u CGA 108906 meta s-sustanza attiva tiġi applikata fir-reġjuni b'ħamrija u/jew kundizzjonijiet klimatiċi vulnerabbli. Il-miżuri tat-taffija tar-riskju għandhom jiġu applikati fejn xieraq.

38

Pikolinafen

Nru tal-CAS137641-05-5

Nru ta' CIPAC 639

4'-Fluworo-6-[(α,α,α-trifluworo-m-tolil)ossi]pikolinanilid

970  g/kg

l-1 ta' Ottubru 2002

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-pikolinafen, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fid-19 ta’ April 2002 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-ħarsien tal-organiżmi akkwatiċi. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu l-miżuri tat-taffija tar-riskju, fejn xieraq.

39

Flumjossażin

Nru tal-CAS103361-09-7

Nru ta' CIPAC 578

N-(7-fluworo-3,4-di-idro-3-osso-4-prop-2-inil-2H-1,4-benżossażin-6-il)ċikloex-1-ene-1,2-dikarbossimid

960  g/kg

l-1 ta' Jannar 2003

il-31 ta' Diċembru 2015

L-użu bħala erbiċida biss jista' jiġi awtorizzat.

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-flumjossażin, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-28 ta’ Ġunju 2002 għandhom jiġu kkunsidrati. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri:

għandhom jikkunsidraw bir-reqqa r-riskju lill-pjanti akkwatiċi u lill-alge. Il-kundizzjonijiet ta' awtorizzazzjoni għandhom jinkludu l-miżuri tat-taffija tar-riskju, fejn xieraq.”


(*)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta' sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapporti tagħhom ta' reviżjoni.

(**)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta' sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapporti tagħhom ta' reviżjoni.

(***)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta' sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapporti ta' reviżjoni tagħhom.


Top